Ic-champions bit-tieni rebħa konsekuttiva

Monday, November 24, 2014, 15:52

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 62

Honey Athleta 54

(10-14)(21-13)(10-14)(21-13)

Ic-champions Caffè Moak Luxol kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat St. James Hospital meta għelbu lil Honey Athleta 62-54 li kienu qiegħdin isofru t-tieni telfa tagħhom. Luxol kienu mingħajr Martina Darmanin u Athleta kellhom nieqsa lil Leanne Sciberras. Il-partita kellha bidu kwiet u Athleta marru 6-2 minn fuq wara erba’ minuti. Luxol kellhom żewġ trippli minn Beverlee Zammit biex marru fuq quddiem fis-seba’ minuta. Hawn Athleta kellhom il-punti konsekuttivi tal-Amerikana Amelia Simmons biex temmew il-perjodu 14-10 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Simmons kompliet bil-punti tagħha fl-ewwel żewġ minuti u l-vantaġġ tal-Athleta kiber għal 9 punti 19-10. Hawn Luxol irkupraw hekk kif kellhom it-trippli ta’ Sarah Pace u baskets minn Steffi De Martino u Laekitha Alston u ħadu l-vantaġġ għal darb’oħra 22-21. Pace kompliet b’żewġ trippli oħra hekk kif l-Athleta ma setgħux isibu tarf tagħha u fl-intervall Luxol kienu 31-27 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Athleta bdew b’basket minn Sammy Jo Barbara qabel ma Luxol kellhom il-punti ta’ Paula Ellul bi trippla u baskets ta’ Alston biex kabbru d-distakk għal 8 punti 41-33. Luxol waqfu jagħmlu l-punti u mir-raba’ minuta ‘l quddiem kien hemm biss punti mill-Athleta fi break ta’ 8-0 biex ir-raba’ taqsima bdiet f’parita 41-41. Luxol reġgħu marru minn fuq b’żewġ baskets ta’ Alston u trippla ta’ Pace. Simmons kompliet twieġeb għall-Athleta biex huma baqgħu viċin tal-avversarji 48-50. Basket ta’ Joselle Borg Cardona u trippla ta’ De Martino reġgħu kabbru l-vantaġġ ta’ Luxol 55-48 u huma baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 62-54.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 19, B. Zammit 6, M. Caruana, I. Medina, S. Tabone,  S. De Martino 14, K. Portelli, J. Borg Cardona 3, P. Ellul 3, L. Alston 17, C. Curmi.

Honey Athleta: E. Moore, L. Pirotta, S. Vella, L. Cassar 8, D. Said Hollier, A. Simmons 34, R. Sciberras, F. Farrugia, S.J. Barbara 12, C. Mifsud.

Referees: Cesar Baena, Louis Abuin (ESP).

Pavi Depiro 84

DHL Phoenix 36

(19-7)(20-5)(22-8)(23-6)

Pavi Depiro kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika. Huma għelbu lil DHL Phoenix 84-36 minkejja li kienu mingħajr Samantha Brincat. Depiro bdew il-partita b’sitt punti minn Maria Bonett, Siarre Evans u Claire Ciantar. Phoenix kellhom basket minn Guliana Torpiano però Depiro komplew bi break ieħor ta’ 8-0. Depiro temmew it-taqsima 19-7 minn fuq hekk kif huma kellhom trippla minn Gaby Mifsud u Francesca Sant kellha trippla għal Phoenix. It-tieni sessjoni l-andament tal-partita baqa’ l-istess hekk kif Phoenix żammew il-pass mal-avversarji fl-ewwel minuti wara trippla ta’ Justine Busuttil Gaerthy u basket ta’ Adriana Demanuele. Hawn Depiro għamlu run ta’ 12-0 fejn kellhom trippli minn Nicole Agius u Evans u fl-intervall kienu 39-12 minn fuq.

Depiro reġgħu qawwi fit-tielet sessjoni għax għamlu break ta’ 11-0 bit-tieni trippla ta’ Agius u l-punti ta’ Evans u Mifsud. Phoenix kellhom il-punti ta’ Janika Agius iżda Depiro għalqu s-sessjoni b’sitt punti oħra minn Raissa Calleja, Svetlana Micallef u Bonett għal skor ta’ 61-20. Fl-aħħar sessjoni Phoenix kellhom it-three pointers ta’ Sandra Munduru bid-Depiro jwieġbu bil-punti ta’ Ciantar u Andrea Mifsud. Depiro għamlu l-aħħar ħames punti tal-partita minn Bonett u trippla ta’ Gaby Mifsud biex ħarġu rebbieħa 84-36.

 

Pavi Depiro: A. Mifsud 4, G. Mifsud 16, R. Calleja 3, M. Bonett 10, N. Agius 14, M. Mifsud 6, S. Evans 13, S. Micallef 8, C. Ciantar 10.

DHL Phoenix: Y. Agius 5, L. Pace, N. Said, M. Gatt 4, S. Munduru 10, F. Sant 7, G. Torpiano 2, J. B. Gaerthy 4, S. Davies, A. Demanuele 2.

Referees: Cesar Baena, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Pavi Depiro

3

2

1

5

216

155

Caffe Moak Luxol

2

2

0

4

118

104

Honey Athleta

3

1

2

4

191

189

Hibs

2

1

1

3

101

100

DHL Phoenix

2

0

2

2

75

153





Leave a comment