Iċ-ċampjins OkMalta.com fuq quddiem fl-Ewwel Divizjoni tal-MAPFRE MSV Life

Friday, March 15, 2019, 11:47

Żewg punti biss jisseparaw liċ-ċampjins OKMalta.com mir-rivali  FINA, hekk kif għadu kif spiċċa l-ewwel rawnd,  fil-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni tal-bowling. Iż-żewġ timijiet kellhom rebħa identika ta’ 6-2, kif ukoll bl-aħjar scores tal-ġimgħa, bit tim Fina jibbrillaw b’935 fl-aħħar logħba, b’logħba ta’ 277 minn Sue Abela.

Fit-tielet post, kemmxejn maqtugħin, insibu lil Turu’s Knights wara t-telfa kontra FINA. L-ogħla logħba tal-irġiel kienet 277 ta’ Joe Cassar, filwaqt li Justin Caruana Scicluna kellu l-aqwa series ta’ 682. Fin-nisa, Cynthia Frendo Duca lagħbet l-aħjar series ta’ 645.

Mauro Anastasi u Sue Abela għandhom l-aħjar average fl-aħħar tar-rawnd. Anastasi u  Abela ser ikunu jirrapreżentaw lil Malta, flimkien ma’ Caruana Scicluna u ż-żagħżugħa Sportiva tas-Sena Sara Xuereb, fil-kampjionati tal-Mediterran li ser jintlagħbu f’Malta fil-bidu ta’ April.

Klassifika

DIV 1.  OkMalta.com 60, FINA 58, Turu’s Knights 40, Supersonic 38, Royal Shock, Blexr.com 36, XS Park Towers 34, Supreme 26, Strike me Jabaal 20, Mean Machine 12.

DIV 2   Bank of Valletta fuq quddiem, Blitzkrieg fit tieni post u wara  MIA fit-tielet post.

DIV 3: One 4 All jinsabu l-ewwel segwiti min  PinPals u Greens.





Leave a comment