IASC League II: Għeluq l-Ewwel Round

Monday, January 23, 2017, 10:24

Gavin Muscat

Illum, għadu kif ġie mitmum l-ewwel round tal IASC League II, fejn issa nafu il-ħames timijiet li se jipproċedu għat-tieni round. Dawn huma Zurrieq Wolves, Rovers Utd, Birkirkara St Joseph, Safi AFC u Birzebbuga Tigers. Dan wara li fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat tat-Tieni diviżjoni Birkirkara St Joseph għelbu lir- rivali tagħhom Birzebbuga Tigers 1-0 fil-konfront dirett wara li Birkirkara kienu fir-riskju li jiġu eliminati mal-ewwel round. Il-Karkariżi kellhom bżonn jirbħu il- konfront tagħhom biex jikkwalifikaw,kif filfatt hekk għamlu.

Fil-partita l-oħra li kellna illum rajna lil Swieqi Utd jgħelbu lil Żabbar Crystal Blues bl-iskor ta 3-0. Swieqi għamlu min kollox biex jippruvaw jikkwalifikaw pero kien kollu għal xejn għax kienu jiddependu ukoll mir-rizultat ta’ bejn Birzbbuga Tigers u Birkirkara St Joseph.

Mosta Gunners vs Burmarrad AFC





Leave a comment