Ian Ciantar sospiż għal għomru.. min imissu ? Riflessjoni ta’ Sandro Micallef

Tuesday, November 1, 2011, 13:45

minn Sandro Micallef

Mela din il-ġimgħa kienet ġimgħa b’ħafna aħbarijiet mix-xena tal-Futbol lokali. Smajna u qrajna bl-aħbar li NDD u Bjorn Vassalo marru quddiem l-Eżekuttiv u pproponew li l-kuntratt ta’ Buttigieg u Busuttil bħala kowċis tat-Tim Nazzjonali jiġi tterminat.

Smajna wkoll bl-aħbar li Ian Ciantar (eks Sliema) ġie sospiż għal għomru wara li nstab ħati ta’ koruzzjoni talli pprova jxaħħam lil sieħbu qabel il-partita Sliema vs Qormi ta’ żewġ staġuni ilu li kienet decider għal min se jipparteċipa fl-Ewropa League.

Smajna wkoll bl-aħbar li l-MFA sa fl-aħħar għandha f’idha l-faxxikolu tax-xhieda li saret fil-Qorti Ġermaniża ta’ Bochum meta żewġ persuni Kroati kienu qed jagħtu x-xhieda tagħhom fuq firxa ta’ logħbiet falsifikati. F’dan il-faxxikolu (transcript) NDD qalilna li hemm isem ta’ plejer Malti li allegatament kien ftiehem ma’ Sapina jew Cravtak sabiex Malta titlef bi skor kbir.

Li niskanta hi kif persuna waħda biss fil-kunsill kellha l-bajd li ssaqsi lill-President għaliex mhux se jissemew l-ismijiet. Bir-risposta ta’ NDD waqt il-Kunsill ta’ nhar il-Ħamis b’hekk ġiet estiża din id-dilemma kbira li hawn fil-futbol Malti. Jien dejjem u għadni nsostni li l-isem jew ismijiet għandhom joħorġu fil-media ħalli l-pubbliku ikun jaf u jibdew l-investigazzjonijiet neċċessarji. Din bħal tat-tiġieġa u l-bajda …. min ġie l-ewwel ?. Billi joħroġ l-isem ma jfissirx li l-plejer jew plejers huma ħatja….. ikunu innoċenti qabel misjuba ħatja. Imma Demajo u Vassallo ma jridux jonxru ħwejjeġ maħmuġa barra. Qed jippruvaw jgħidu li qed iżommu l-ismijiet għaliex mhux sew li jagħmlu hekk minkejja s-sejħa u l-għajta tal-pubbliku li jrid ikun jaf il-verita’.

L-MFA bil-ħsieb li ma tħammigx iktar il-futbol malti (u ma titnaqqarx l-image ġdida u sabiħa tal-MFA) qed taħbi d-dettalji u titfa’ l-ballun f’saqajn il-Pulizija u bil-malti ċar u tond twaħħlu lill-Korp tal-Pulizija minflok tibda anke l-MFA stess il-proċeduri interni tagħha hekk kif anke hemm stipulat fl-Istatut tal-MFA li f’każ anke biss ta’ suspett ta’ koruzzjoni l-MFA tqabbad dak li jissejjaħ Prosekutur intern sabiex jinvestiga.

NDD u Vassallo se jibdew investigazzjoni interna l-ġimgħa d-dieħla.... better late than never !!

Issa l-Ħamis filgħaxija smajna waħda tajba minn NDD meta marret tintervistaħ Ramona Attard ġurnalista ta’ One News u NDD għall-ewwel darba kien ippressat u qal li l-ġimgħa d-dieħla anke l-MFA se tibda l-investigazzjoni interna. ABOUT Time Sur President. Imissek ilek li sejjaħt lill-Prosekutur sabiex jibda jinvestiga. Sur President, kont taf bil-każ ħafna żmien ilu, l-ewwel meta kien hemm ix-xhieda ġol-Qorti ta’ Buchum u wara int irċevejt ittra anonima bl-ismijiet tal-plejers involuti. Għaliex ma kellekx il-kuraġġ li tiskatta investigazzjoni interna u kull ma għamilt tfajt din l-ittra lill-Pulizija ? Mind you…. sewwa għamilt li għamilt ir-rapport imma b’mod parrellel kellek tibda l-investigazzjonijiet interni bil-Prosekutur tal-MFA slond l-Istatut tal-istess Assoċjazzjoni li int President…… Dan in-Nazzjonal ta involut mhux żewġ timijiet lokali !!!!!

U xi ngħidu għal każ ta’ Ian Ciantar ? Mela dan ġie sospiż għal għomru talli xaħħam lil sieħbu qabel il-partita Sliema v Qormi. Ciantar isntab ħati…. u x’iktar ? xejn iktar Alla jbierek mill-MFA. Min avviċinah lil Ciantar l-Ispirtu s-Santu ? Xi uffiċjal jew plejer ta’ Qormi ? Xi bookmaker ? Jew xi ħadd li ried iżomm lil Qormi fuq betting bl-Internet ? Il-Poplu li jiġi jħallas sitt ewro jara l-Premier u l-logħbiet l-oħra għandu jkun jaf għaliex weħel Ian Ciantar waħdu. Jekk kien att individwali sabiex jilgħab flus hu personali fuq l-internet fuq telfa ta’ Sliema għandna nkunu nafu wkoll.

L-aħħar appell imur għal darb’oħra lill-Kummissarju tal-Pulizija….. Sur Rizzo solvi l-każ Norveġja vs Malta kemm jista’ jkun malajr u ppublika dak li ħareg fil-Qorti Ġermaniża. Hawn ansjeta’ kbira u kulħadd jisuspetta f’kulħadd f’dak u l-ieħor.

Ikteb il-kummenti tiegħek hawn taħt u esprimi ruħek int ukoll permezz ta’ dan is-sit www.sportinmalta.com is-sit li mhux ċensurat u li m’għandu ebda aġenda favur jew kontra l-MFA u favur u kontra ebda Klabb.

Sandro Micallef





22 Comments

  1. A.Psaila says:

    Dan l-artiklu vera ghamiltu b’injoranza.. issemmi “bajd” u “spirtu s-santu” nispera li l-awtoritajiet ma jarawx biss il-koruzzjoni imma anke dawn l-artikla psataz li qed taghmel. Nispera li tirrealiza li qed taghmel zball meta tikritika b’mod pastaz u titkellem hazin. Grazzi Hafna!

    [Reply]

  2. finian buttigieg says:

    prosit sandro erba kelmiet ta vera ktibt,u ma kontx naf li il kelma bajd ma nistawx nuzawa lol,keep it up sandro

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    F’dan is-sit tista’ tuza kliem li trid…. min irid ma jidholx jaqra, hawn hafna iktar sites tajbin Maltin- sandro micalled editur

    [Reply]

  3. Pete Frendo says:

    int issejjah lilek innifsek professjonali???  Persuna wahda kellha il-bajd?? kemm int pastaz. ghalfejn tuza dan il lingwagg? biex twassal messagg mandekx ghalfejn tkun vulgari. Shame.  Naf li probabbli mhux se tippublika dan il-kumment. Kulhadd jaf x’int Sandro.

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Peter Frendo, pastaz int li qed tipprova tindimida l-liberta’ tal-espressjoni gurnalistika. Jekk ma joghgboks dan is-sit tidholx iktar fih, hemm iktar sites interesanti – Sandro Micallef Editur

    [Reply]

  4. Peter Azzopardi says:

    Jien nahseb li jkun zball kbir jekk jissemmew l ismijiet qabel ma jkunu certi li hemm korruzzjoni. Niftakru lill persuni li qed tigi nvestigata mhuwa hadd ghajr hlief bniedem korrott u ma jridx gid il loghba tal football, ghax li kieku trid il gid il loghba ta football ma tasalx biex taghmel li ghamel. Allura naslu ghal konkluzzjoni li dan il bniedem huwa bniedem falz. Ovvjament iktar ma jirnexxilu jhammeg nies iktar jilhaq l ghan tieghu.

    Qabel xejn nissugerixxi lill footbal Malti jittnehha minn fuq il bettings companies biex jonqsu aktar il posssibilita li jkun hemm korruzzjoni. Jew inkella isir aktar monitoring fuq il betting companies.

    [Reply]

  5. In Nobbli says:

    Ma naqbilx li jissemma l’isem tal player li allegament issemma minn dan it-tali? X’garanzija ghandna li dan qed jghid ilverita? U apparti li semmigh ghandna provi li vera iltaqa mieghu w irranga il-loghba etc etc
    Ilna nisimaw b’ismijiet ma nafx kemm, biex issa lanqa 4 ismijiet ma ghandna imma wiehed

    [Reply]

  6. Nigel Holland says:

    Jiena hallejt kumment li kien qed jiskrutinjah il-’moderator’ u s’issa ma deherx. Nista’ nkun naf ghaliex?

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Sur Sindku, il-kumment tieghek kien ippublikat – Sandro Micallef Editur

    [Reply]

  7. Nigel Holland says:

    Li nistghageb huwa kif l-ebda gurnalist investigattiv  Malti (sportiv jew mhux) ma ndaga  huwa stess fuq il-kaz Malta-Norvegja u semma l-ismijiet tal-plejers involuti!

    Forsi sejjer zball, izda kont nahseb li l-proceduri kriminali il-Germanja, li safejn naf jien huwa pajjiz demokratiku, isiru f’qorti miftuha u x-xhieda tinghata fil-miftuh u allura, jekk hu hekk, possibbli li ebda gurnalist Malti mhu kapaci jakkwista traskizzjoni tax-xhieda fil-qorti ta’ Bochum fejn jissemmew il-plejers involuti?    

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Sur Holland,

    It-transcript ghada mhiex available lill-pubbliku u l-anqas lill-media – Sandro Micallef Editur

    [Reply]

  8. Bugeja says:

    ma nafx jien xejn sewwa……nipruvaw nahbu kollox qedin anke ta nazjonal vs Norway jew inwahlu f`parti wahda…..bhal ta droga din dejjem jinqabad li vizjat u mhux il pusher!!!!!

    [Reply]

  9. Simon Agius says:

    Nahseb kullhadd jiftakar dak l-artiklu li inti stess kont ippuplikajt nhar it-12 ta’ Awissu 2010……….’Simon Agius is a liar’…………. Dak in-nhar is-Sur Steve Abela kien qallek li kien ser iressaq protest gudizzjarju fil-jiem li gejjin biex ixejjen il-gideb tieghi…

    u jien nistaqsi………

    X’qieghed jistenna is-sur Abela, sena u 3 xhur wara……………

    taf li jiena mexxejt il-kaz tieghi quddiem L-MFA u rbahtlu kollox?…..

    ried jissospendini ghall-ghomri (l-istess bhal Ian), jimmultani, ma jhallasnix pero kollox baqa f’wiccu……… Anki fuq malafama ressaqtu quddiem l-MFA, pero ta dan ma tawnix permess li nipprocedi ghax kienu ser jiehdu azzjoni huma. Ta’ dan kollu indagajt Sandro?? Taf li kienu wehlu l-prohibition ghax sahansittra ma kienux onoraw id-decizzjonijiet tal Kunsill tal-MFA? Grazzi Sandro.

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Grazzi tal-kumment tieghek Simon. Nibqa niftakar il-kaz tieghek ghaliex int kont ragel, imma s-Sliema ipprovaw jilghabu n-noli mieghek. Prosit ghal darb’ohra tal-kuragg li kellek u talli harget il-verita….. minn idubita fik zgarra u kif. Sandro Micallef Editur

    [Reply]

  10. Supporter Belti says:

    Jizvelaw l-ismijiet issa x’jigifieri meta l-pulizija suppost li qed tinvestiga? Mela ma tafx li dawn prezunti innocenti sakemm ma jinsabux hatja? U jekk ma jkunx hemm htija izda spekulazzjoni jidhirlek ikun gust li l-imsemmija jghaddu mil-persekuzzjoni tal-gossip u malafama? haga ohra. Issemmi l-bajd u aktar tard l-Isprtu s-Santu. Nahseb tesagera naqra fil-lingwagg miktub habib.

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Hi Emmanuel mazzitelli, jekk ma joghgbokx il-lingwagg li nuza tista’ ma tarax iktar dan is-sit. Min irid ifittxni fuq malafama jew libell jista’ jaghmel dan bil-liberta’ kollha. Sandro Micallef Editur

    [Reply]

  11. Floriana says:

    Proset sandro, artiklu bis sens

    [Reply]

  12. Alex Caruana says:

    vera li sandro ghandu BAJD kbir

    [Reply]

  13. ahmar u abjad says:

    Saru wisq tibdiliet f`daqqa u nispera li ma jkompplux jibqaw iwwebsu rasom ghax jispiccaw b`hal ta qabilom sikkatura zejda ghanki nies li kienu jidhlu fid-dressing rooms qataw, issa dawn kienu jidhlu b`xoghol ibqaw sejrin hekk ta u proset hafna.

    [Reply]

  14. Prosit Sandro ta dan l-artiklu, hekk meqjus BIL-BAJD!

    Stramba ta Ian kif wehel wahdu, kif edt inti, min prova j’xahmu? Nixtieq nkun naf naqra i-iktar fuq dan il kas!

    Ma ghandix dubju li la darba jkollok l-icken informazjoni inti se tavzana bija. Grazzi ta kollox Sur Micallef!

    [Reply]

  15. Dizzapuntat says:

    Ma tantx hemm x’wiehed izid ma dan kollu. Nistenna lil-Assocjazzjoni tal-players li ukoll titlob li jissemmew il-players ghax jekk ma jissemmewx kullhadd jibda jissusspetta fil-players kollha li dakinar kienu fil-partita!!

    [Reply]

  16. Nieqfu ghal korruzjoni says:

    Prosit Sandro tat trasparenza li qedt turi fil gurnalizmu tieghek, kemm xejn nghidlek li kieku setaw jahbuh il kaz ta Ian Ciantar, hekk kienu jaghmlu.

    Tal misthija mil MFA erba kelmiet xotti xotti u xejn izjed, x kien il movent warra il kaz ta Ian Ciantar ??? min qabad lil Ian Ciantar jikorompi player siehbu fit team qabel id decider tant importanti ??? ahna is supporters football irridu naraw il ground u mhux rexta fuq il palk , meta ha tiehu azjoni l MFA,

    Sur Darmanin Demajo, give us both sides of the story, la Ian Ciantar gie sospiz ghijdilna il ghaliex , u min qabdu lil Ian Ciantar jaghmel li ghamel. kredibilta irridu fil football malti , ghax di linkonsistenza li teffat il football malti fid dlam , fidducja ma ghatx fadal fli qedt naraw.

    [Reply]

Leave a comment