Hutchinson jingħaqad b’self mal-klabb Ċiniż Chengdu Blades

Monday, July 4, 2011, 19:32

minn Cristian Muscat

Il-plejer internazzjonali Malti ta’ nofs il-grawnd ta’ Central Coast Mariners John Hutchinson ingħaqad b’self mat-tim mis-Super League Ċiniż Chengdu blades. Hutchinson inghata permess mingħand Mariners biex imur jilgħab fic-Cina ma’ Chengdu Blades liema tim huwa mmexxi mill-eks kowċ ta’ Mariners Lawrie McKinna. Is-Sibt li għadda, Hutchinson kien parti mit-tim ta’ mariners li għeleb lir-rebbieħa tal-FA cup Skoċċiża Celtic wieħed b’ xejn f’ logħba ta’  ħbiberija pre-season ġewwa Sydney. Huwa se jkompli l-esperjenza mal-klabb mis-Central Coast ftit wara li l-istaġun Awstraljan A League jibda f’Ottubru li ġej.

Fl-istaġun li għadda Hutchinson lagħab 26 logħba ghal mariners, u skorja gowl wieħed. Huwa kien parti mit-tim li laghab fil-grand final tal-a league kontra risbane Roar. Roar rebhu l-play off 4 bi 2 bil-penalties wara draw ta’ 2 bi 2. Din se tkun l-ewwel esperjenza għal Hutchinson barra l-Awstralja. Ma’ Chengdu, huwa se jkun qed ifittex li jgħin lil dan it-tim li gahdu kemm ġie promoss fis-super league Ċiniż jirkupra minn bidu mhux felici fl-istess kampjonat. Fil-fatt, bhalissa Chengdu Blades jinsabu fit-12 -il post minn kampjonat iffumat minn 16 il tim, u ma rebhu l-ebda logħba minn sitt logħbiet li kienu nvoluti fihom. Fl-aħħar logħba fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Blades tilfu kontra Henan Jianve bl-iskor ta’ 2 b’ xejn. Chengdu Blades huma wieħed minn tliet timijiet li huma mmexxija mill-klabb mil-league one Ingliż Sheffield United, bil-klabb l-ieħor ikun Ferencvaros.

Wara s-self ta’ Hutchinson ma’ dan il-klabb Ċiniż, issa t-tliet klabbs li huma relatati ma’ Sheffield ilkoll ghandhom plejer internazzjonali Malti fuq il-kotba taghhom. L-istriker Daniel Bogdanovich jilgħab ma’ Sheffield united waqt li l-goalkeeper Justin Haber kif ukoll l-attakkant ndre Schembri kienu parti mit-tim Ungeriz Ferencvaros fl-ahhar stagun ghalkemm it-tnejn li huma huma mkistennija li jhallu lil dan il-klabb f’dan is-sajf fit-tfittxija ta’ esperjenzi ġodda fil-karriera kalċistika taghhom.

Hutchinson li għandu 31 sena għamel id-debutt tiegħu ma’ Malta f’logħba ta’ ħbiberija internazzjoanli kontra r-Repubblika Ċeka lura fl-2009. Minn dakinhar huwa lagħab seba’ darbiet mat-tim nazzjoanli u kien parti mit-tim li tilef bl-iskor ta’ 3 b’ wieħed f’logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2012 f’ Piraeus ix-xahar li għadda. Għadu mhux magħruf minħabba l-fatt li għadu kmieni jekk Hutchinson hux fil-pjanijiet ta’ Buttigieg għal-logħba ta’ ħbiberija internazzjoanli kontra r-Repubblika Ċentrali Afrikana li se tintlgħab fil-grawnd nazzjoanli Ta’ Qali fl-1o t’Awwissu li ġej. Din il-loghba se tkun l-aħħar logħba ta’ tħejjija għat-tim immexxi minn John Buttigieg qabel il-logħba delikata ta’ kwalifikazzjoni ghall-Ewro 2012 kontra l-Kroazja li se tintlgħab f’Ta’ Qali fit-2 ta’ Settembru li ġej.





Leave a comment