- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

HSBC jisponsorja l-Bike Ride tal-President

Posted By Sportinmalta On October 26, 2014 @ 8:00 am In Featured,Motorsport | No Comments

Il-Fondazzjoni HSBC Malta qed tisponsorja l-Bike Ride tal-President ta’ din is-sena li ser issir nhar il-Ħadd 26 ta’ Ottubru b’risq il-Community Chest Fund.

Din l-attività nazzjonali tinkludi l-parteċipazzjoni tad-dilettanti tal-muturi u roti li ser ikunu qed jużaw iż-żewġ roti tagħhom għal skop nobbli.

Il-parteċipazzjoni hi miftuħa għal dawk li għandhom ’il fuq minn 16-il sena u d-dħul hu b’donazzjoni ta’ €10.

Id-Direttur tal-Fondazzjoni HSBC Malta Josef Camilleri qal: “In-nies u l-ħidma kollettiva huma l-qalba ta’ dak kollu li jsir fil-Fondazzjoni HSBC Malta, speċjalment fl-irwol tagħha li tgħin l-iżvilupp soċjali ta’ Malta. Il-ħidma tagħna mal-Uffiċju tal-President għal din l-attività hi parti mill-isforz kontinwu biex, b’mod attiv, inkomplu noffru l-appoġġ tagħna għal bżonnijiet tal-kommunità.”

Ir-roti ser jitilqu mill-Palazz ta’ San Anton fid-9.30am u jaqdfu lejn il-Pjazza ta’ Kastilja fil-belt Valletta u lura lejn Ta’ Qali. Dawk fuq il-muturi għandhom rotta differenti u ser jitlqgħu mill-Palazz ta’ San Anton fejn ser jaddu minn għadd ta’ irħula fin-nofsinhar ta’ Malta sakemm jispiċċaw lura f’Ta’ Qali.

L-attività ser tgħalaq b’xow tal-BMX f’Ta’ Qali.

Ritratt: Il-Fondazzjoni HSBC Malta qed tisponsorja l-Bike Ride tal-President bħala parti mill-impenn biex trawwem spirtu ta’ żvilupp soċjali f’Malta.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hsbc-jisponsorja-l-bike-ride-tal-president/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.