“Horst Heese u Mark Miller inqdew bija” – Mauro Brincat

Thursday, April 1, 2010, 19:00

minn Joschua Cacciatolo

Dawk kienu l-kliem l-iktar li laqtuni tal-plejer ta’ Floriana misluf lil Vittoriosa meta iltqajt miegħu nhar it-Tlieta filgħodu waqt intervista. Twieled fit-3 ta’ Ġunju 1984, huwa n-neputi ta’ Joe Brincat u huwa l-kbir minn tlieta, Roberto u Vincenzo li jilagħbu ma’ Floriana FC u Msida SJ rispettivament. Iddebutta ma’ Ħamrun Spartans fl-istaġun 2000-2001 wara li kienu għadhom kif rebħu l-promozzjoni mill-Ewwel Diviżjoni, fejn għandu r-rekord li rebaħ il-Plejer tal-logħba f’inqas minn 27 minuta kontra Marsa (1-0), fejn wara kienu tilfu l-partita bi protest. 

X’wasal biex fl-2005 ingħaqadt ma Floriana?

“Għal ħafna snin kont kważi diġa lest biex ningħaqad ma’ Birkirkara, Sliema jew Valletta iżda is-Sur Victor  Tedesco  dejjem riedni ma’ Ħamrun, li huwa tim għal qalbi ħafna. Bqajt hemm sakem telaq is-Sur Tedesco, saħansitra lgħabt l-ewwel sitt xhur fl-Ewwel Diviżjoni imma minn hemm xtaqt bidla u l-kumitat irranġa ma’ Floriana u ingħaqadt magħhom fejn wara ftit taż-żmien sofrejt injury serja (cruciate ligaments). Minn hemm mort b’self ma’ San Ġwann fejn bdejt relazzjoni stupenda ma’ Danilo Doncic fejn kompla miegħi ma’ Floriana. Iżda llum l-istorja differenti, jien nemmen li fil-preżent Floriana għandhom bżonn bidla kbira, ma tistax tibdel coach kull 4 xhur, la ma rbaħniex tazza fiż-żmien Doncic ma narax iktar tama, kellna l-aqwa barranin fosthom Darko Krsteski”.

It-Tim Nazzjonali u Horst Heese x’kien ġara dak iż-żmien ?

Mauro Brincat meta kien jilgħab ma' Floriana. Ritratt Domenic Aquilina

Mauro Brincat meta kien jilgħab ma' Floriana. Ritratt Domenic Aquilina

“Għadni mweġġa’ ħafna u ma nistax nifhem kif tirċievi informazzjoni  meta ħa tibda tittrenja mat-tim Nazzjonali u wara ftit ġranet jirrevedu kollox. Horst Heese u Mark Miller inqdew bija biex neħħew it-terza persuna, qiegħed nirreferi għal Ray Zazu Farrugia. Jien nemmen li dik kienet iċ-ċirasa fuq il-kejk biex iwarrbu lil Ray Farrugia. Fejn saħansitra ftit tas-snin wara kien l-istess Heese li talabni nittrenja mat-tim Nazzjonali kull filgħodu. Minkejja l-fatt li kelli xi problemi jien xorta ridt nagħmel ħilti biex fil-futur nilbes il-flokk ta’ pajjiżi”.

Iżda x’waslek li tissieħeb ma’ Vittoriosa u issa l-futur tiegħek għall-istagun li ġej?

“Kelli offerti mingħand Sliema W. u Hamrun, fejn tal-ewwel riduni b’sena u Spartans offrewli kuntratt ta’ erba’  snin u jiena peress li Ħamrun għal qalbi u offrewli kuntratt sodisfaċenti  aċċettajt li mmur magħhom, iżda meta ġew biex iħallsu l-parametri rawhom ħafna u sfaxxa kollox. Ftit wara kien ser isir tibdil ma’ plejer ta’ Marsaxlokk iżda ma mmaterjalizza xejn. Komplejt pre-season waħdi u kellmuni Vittoriosa meta kien jonqos biss ġurnata biex jibda l-kampjonat BOV u aċċettajt fejn il-klabb kellu kollox lest biex jibda l-avventura fl-ogħla diviżjoni iżda wara kulħadd jaf x’ġara. Jien kif kulħadd jaf, jien plejer ta’ Floriana iżda ma’ Vittoriosa kuntent ħafna u sibt għaqda kbira, kumitat ħabrieki u dak li jwegħduk jagħtuhulek fl-aħħar tax-xahar. Jien jekk ikunu fil-Premier lest li nerġa’  nilbes il-flokk aħmar” temm jgħid Brincat.

Mauro xtaq jirringrazzja wkoll lil familjari tiegħu għal dak li għamlu miegħu matul is-snin, liz-ziju Joe, li huwa l-idolu tiegħu fil-futbol Malti, coaches li tawh l-għodda matul is-snin biex wasal fejn qiegħed illum, lil kumitat ta’ Vittoriosa li minkejja l-injury li għandu baqgħu jisaportjawh.

Iżda l-istagun li ġej tgħid il-flokk li se jilbes Mauro se jkun kollu aħmar jew se naraw xi sripes bl-iswed ? Nistennew u naraw.





16 Comments

  1. Charmaine says:

    Prosit lil Joshua ta l-intervista :)  

    [Reply]

  2. mauro brincat says:

    kollox jista jkun qat ma tista tajd le fil hajja …..thanks

    [Reply]

  3. Opinjonista says:

    hemm xi offerti ghal istagun li gej?Hemm xi cans terga tilbes flokk ahdar? tina risposta Mauro

    [Reply]

  4. Johann says:

    nietiq najd proset lil Joshua ta din intervista u niextiq inzid hukoll li horst heese huwa l problema ta futbol malti u ghandha nemmnu f coaches maltin u mhux barrarin

    [Reply]

  5. Slimiz says:

    Ohlom Mauro….ma hu vera xejn li kellek offerta biex tigi mas-Sliema!

    [Reply]

  6. Jake Camilleri says:

    prosit joshua tadin l intervista laqtitni tassew….insomma…

    [Reply]

  7. mauro brincat says:

    sur slimiz ma nahsibx li int agornat ta fuq t team ta sliema ghax fil bidu ta season jien irifjutajt li ninaqad ma sliema thank you

    [Reply]

  8. Slimiz Pur says:

    M’ghandiex bzonnu Sliema. Wisq Injury Prone

    [Reply]

  9. Charmine says:

    Mauro haqqu jilghab ma tim stabbilit f’ ghola divizjoni ghalkemm mhux ta l-istess livell ta zijuh, izda plejer ,li jaf il-loghba . Proset

    [Reply]

  10. Brian Vassallo says:

    Proset ta intervista u nixtieq li nara lil Mauro Brincat lura mal-Hamrun issa li tilfu Vittoriosa u difficli jitilau

    [Reply]

  11. dumpy says:

    Jerry jekk titilghu Premier u jirnexxielkom izommu lil Mauro taghmlu hoss is-season li gej. prosit lil Club tal-Birgu talli qed jibzghu ghall-Brincat

    [Reply]

  12. Alan Michael says:

    Hi Joshua l ewwel net proset hafna. Messek taghmel intervista ma xi plejer tat team zaghzuh ta Sirens FC li barra li huwa team maghmul mil minors huwa team ta ghaqda u grinta u veru plejers li jaghtu qalbhom, Grazzi.

    [Reply]

  13. L-ewwel nett prosit tmur ghal Joshua ta l-intervista. Min naha taghna bhala club, ghalkemm lill Mauro gawdejnieh vera ftit fuq il-pitch, pero xorta nhossuna onorati li rnexxielna nigbdu lejna player tal-kalibru tieghu. Mauro dan l-stagun kien sfortunat hafna minhabba l-Injury li kellu wara biss tliet lobghiet li rnexxielu jilghab ghal club taghna. Izda ahna lesti li nergu nilqu lill Mauro maghna mhux ghal sena wahda biss imma anka ghal aktar snin. Mauro huwa bniedem tal-genn u dan jaghamilna aktar onorati li jaghamel parti mill group taghna. Grazzi Mauro tas-support kontinwu li bqajt ittina ghavolja mwegga.

    [Reply]

  14. Antonella says:

    Proset hafna Joshua Cacciatolo tal-intervista. Mauro Brincat haqqu kien imsejjah mat-tim nazzjonali u/21 dak zmien

    [Reply]

  15. Joshua Cacciattolo says:

    Fil-jiem li gejjin ha naghmel intervista ma plejer ta’ 2nd jew 3rd division jekk hemm xi plejer partikolari hallu kumment hali nservikom

    [Reply]

  16. dumpy says:

    horst heese problema kien u adu tal-football malti .

    [Reply]

Leave a comment