- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Horse Racing: L-Istaġun tat-tiġrijiet ikompli l-Ġimgħa

Posted By Sportinmalta On October 22, 2014 @ 5:30 pm In Featured,Horse Racing | No Comments

Nhar il-Ġimgħa filgħaxija ser ikompli l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel wara l-waqfa tas-Sajf. Din is-sena l-waqfa kienet waħda ferm itwal minn tas-soltu iżda issa d-dilettanti kollha ser ikunu jistaw igawdu tiġrijiet kompetittivi b’kampjonati għall-klassijiet kollha.

Filfatt il-Ġimgħa stess jingħata bidu għall-ewwel kampjonat li se jkun riservat għal żwiemel tal-Klassi Gold. Grazzi għas-Sur Alfred Braddick f’isem M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd dawn iż-żwiemel ser jikkompetu biex jirbħu t-Tazza Johnnie Walker li s-soltu kienet dejjem abbinata maż-żwiemel tal-galopp.

Huma 41 iż-żwiemel li rreġistraw sabiex jipparteċipaw f’dan il-kampjonat fosthom ħamsa li ser ikunu qed jiddebuttaw f’pajjżna. Mill-erbgħa tiġrijiet jikkwalifikaw 20 għas-semi finali li jsiru l-Ħadd 26 t’Ottubru.

It-tiġrijiet l-oħra riservati għall-klassijiet Silver, Bronze u Copper kemm tal-Ġimgħa kif ukoll tal-Ħadd huma ta’ kwalifika għall-Condition Races mill-Kampjonat tal-Ħarifa. Iż-żwiemel ta’ l-ogħla klassi ser jiġru tiġrijiet normali bi tħejjija għat-Tazza tal-President li tibda fil-kitba li jmiss.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/horse-racing-l-istagun-tat-tigrijiet-ikompli-l-gimgha/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.