Honey Athleta waħedhom f’ras il-klassifika

Tuesday, December 10, 2013, 20:21

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Phoenix Petrus Pizza Loyola 23

Starlites Sports Experience 69

(4-19)(6-14)(6-19)(7-17)

Starlites Sports Experience ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat kontra Phoenix Petrus Pizza Loyola 69-23. Phoenix li kienu mingħajr Ivana Dordevic kellhom lil coach Duncan Cilia ndispost u posthu ħadithu Maria Agius fil-waqt li Starlites kellhom nieqsa lil Maria Desira li kienet biss spettatriċi fuq il-bank. Kif mistenni Starlites kellhom l-aħjar bidu biex għamlu l-ewwel 11 –il punt tal-partita minn Samantha Tabobe u l-Amerikana Renea Phelps. Wara basket minn Martha Gatt għal Phoenix,  Starlites kellhom 3 baskets oħra qabel ma s-sessjoni għalqet b’basket fuq kull naħa bi Starlites 19-4 minn fuq.  Fit-tieni sessjoni Starlites komplew jagħfsu lill-avversarji tant li kellhom 13 –il punt mingħajr risposta hekk kif flimkien ma’ ta’ Phelps waslu wkoll punti minn Lindsey Pirotta u Petra Montanaro. Phoenix kellhom iktar punti minn Gatt u trippla ta’ Melania Bajada biex fil-mistrieħ Starlites kienu 33-10 minn fuq.

Wara lintervall Phoenix kellhom żewġ baskets oħra minn Francesca Camilleri u Lisa Pace. Hawn iżda sofrew break ieħor qawwi ta’ 15-0 minn Starlites fejn kien hemm iktar punti minn Phelps, Marilou Cutajar u Stephanie Davies.  Bil-partita issa deċiża, l-aħħar sessjoni ftit offriet interess fejn wara li Phoenix kellhom erba’ punti oħra, Starlites għamlu break ieħor ta’ 11-0. Il-partita għalqet bi tlett baskets minn Tabone biex Starlites rebħu 69-23.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: L. Pace 2, Y. Agius 3, M. Gatt 6, J. Millo 2, M. Bajada 4, G. Muscat 2, M.R. Agius, F. Camilleri 4.

Starlites Sports Experience: C. Sammut, J. Busuttil Gaerty 2, A. Grixti 4, S. Tabone 10, P. Montanaro 4, M. Desira, R. Phelps 23, L. Pirotta 16, S. Galea, N. Attard, S. Davies 2, M. Cutajar 8.

Referees: Clive Terribile, Jennifer Mangani

Honey Athleta 40

Pavi Depiro 33

(8-2)(5-10)(13-14)(14-7)

Honey Athleta komplew bis-sensiela ta’ riżultati posittivi tagħhom fil-kampjonat St. James Hospital u grazzi għal din ir-rebħa fuq Pavi Depiro u t-telfa ta’ Hibs telgħu waħedhom f’ras il-klassifika b’punti massimi. Minn naħa l-oħra c-champions jeħtieġ li jwaqqfu s-serje negattiva ta’ tlett telfiet konsekuttivi fil-kampjonat biex iserrħu rashom minn kmieni. Fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla dawn iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu fir-round prelimanari tat-tazza Louis Borg. L-ewwel sessjoni ftit li xejnkien fiha storja hekk saru biss 10 punti. Athleta bdew b’żewġ baskets minn Leanne Sciberras fl-ewwel tlett minuti. Żewġ minuti wara wasal l-uniku basket ta’ Depiro minn Maria Bonett u kellhom jagħddu tlett minuti oħra biex kien hemm aktar punti b’żewġ baskets ta’ Sammy Jo Barbara għall- Athleta. Fit-tieni taqsima, Athleta fetħu b’basket minn Emma Moore bid-Depiro jwieġbu b’basket minn Joncelyn Peterkin. Athleta żiedu l-vantaġġ bl-ewwel basket minn Ijeoma Ofomata u freethrow ta’ Leanne Sciberras. Hawn reġa’ kien hawn erba’ minuti bla punti iżda mbagħad Depiro taw ħjiel li jistgħu jirkupraw meta għamlu tmien punti mingħajr risposta. Huma kellhom il-baskets minn Peterkin u Samantha Brincat biex fl-intervall Athleta kienu punt minn fuq 13-12.

Fit-tielet sessjoni Depiro ħadu l-vantaġġ għall-ewwel darba meta bdew bi break ta’ 9-3 b’baskets minn Peterkin, Bonett, Beverlee Zammit u trippla ta’ Gaby Mifsud. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Ofomata u Lonecke Cassar iżda Brincat kellha trippla oħra għal Depiro. Qabel intemmet it-taqsima, Athleta rnexxielhom jġibu l-iskor indaqs wara baskets ta’ Barbara u Cassar 26-26. Fl-aħħar perjodu, Athleta fetħu bi break ta’ 10-2 fl-ewwel ħames minuti b’żewġ baskets ta’ Ofomata u tlieta minn Emma Moore biex fetħu distakk ta’ tmien punti 36-28. Żewġ baskets ta’ Peterkin qabel ma ġiet fouled out taw ftit tat-tama lil Depiro iżda pronta kienet ir-risposta ta’ Ofomata għall-Athleta li għalqu l-partita bil-freethrows ta’ Sciberras u rebħu l-partita 40-33.

Honey Athleta: E. Moore 8, M.C. Cilia, J. Xuereb, L. Cassar 4, L. Sciberras 9, R. Sciberras, I. Ofamata 13, E. Vella, A. Demanuele, F. Farrugia, S.J. Barbara 6, E. Vella.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 3, J. Peterkin 15, S. Brincat 7, M. Bonett 6, M. Scicluna, M. Mifsud, A. Borg, D. Sammut, N. Agius, S. Micallef, B. Zammit 2.

Referees: Clive Terribile, Teemu Helenius.

Caffè Moak Luxol 80

Hibs 57

(19-7)(20-13)(23-16)(18-21)

Caffè Moak Luxol telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara li taw l-ewwel telfa tal-kampjonat lil Hibs u komplew bir-riżultati posittivi fejn wara li kienu tilfu fl-ewwel ħarġa tal-kampjonat, kisbu tlett rebħiet konsekuttivi. Luxol kienu mingħajr iż-żgħażagħ Monique Caruana u Christina Curmi u Hibs kellhom nieqsa lil Joselle Borg Cardona. Luxol kellhom l-aħjar bidu tal-partita hekk kif fetħu bil-punti ta’ Steffi De Martino fosthom trippla biex sar-raba’ minuta kienu diġa 9-2 minn fuq. Huma komplew iżidu l-vantaġġ hekk kif Hibs ma setgħux jinfdu d-difiża tagħhom u kisbu l-punti minn Patricia Bright, Greta Costa u Becky Naudi biex temmew l-ewwel sessjoni 19-7 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni kien hemm iktar bilanċ hekk kif Hibs kienu iżjed konsistenti fl-attakk tagħhom. Luxol bdew b’żewġ trippli minn De Martino iżda Hibs irrispondew permezz ta’ Crystal Woodley, Emma Micallef u Elena Cassar. Punti konsekuttivi minn Naudi u Bright raw lil Luxol jagħmlu break ta’ 10-2 biex sal-intervall huma kellhom vantaġġ komdu ta’ 19 –il punt 39-20.

Fil-ftuħ tat-tielet is-sessjoni, ż-żewġ timijiet reġgħu bdew jirrispondu lil xulxin b’punti minn Bright u Woodley biex Luxol kienu 20 minn fuq 47-27. Hibs komlew bi break ta’ 8-0 li għalquh bi trippla ta’ Micallef. Wara time-out minn Sandro Farrugia, Luxol reġgħu irkupraw u għamlu break ieħor ta’ 12-1 b’De Martino tagħmel l-aħħar sitt punti fosthom trippla għal skor ta’ 62-36. Fl-aħħar sessjoni Hibs reġgħu bdew tajjeb meta kellhom run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ Alexis Cutajar biex naqqsu xi ftit l-iżvantaġġ li kellhom 45-62. Luxol malajr wieġbu b’run oħra ta’ 8-0 b’baskets minn Bright u Mandi Mercieca fost l-oħrajn. Sa’ tmiem il-partita ż-żewġ timijiet komplew iwieġbu lil xulxin bil-Luxol jibqgħu fil-kontroll biex ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 80-57.

Caffè Moak Luxol: K. Baldacchino, M. Mercieca 6, B. Naudi 14, P. Ellul 4, G. Costa 2, K. Portelli 2, S. De Martino 25, P. Bright 25, M. Darmanin 2.

Hibs: E. Micallef 17, E. Cassar 4, J. Doughty 2, R. Scerri, F. Mifsud,  J. Scerri 4, L. Micallef, A. Cutajar 4, N. Mifsud 5, C. Woodley 21, N. Farrugia, I. Agius. Referees: Steve Gouder, Clive Terribile.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Honey Athleta

4

4

0

8

220

139

Caffe Moak Luxol

4

3

1

7

305

182

Hibs

4

3

1

7

250

228

Pavi Depiro

4

1

3

5

179

183

Starlites Sports Experience

4

1

3

5

204

180

Phoenix Petrus Pizza Loyola

4

0

4

4

98

344

 





Leave a comment