Honey Athleta waħedhom fl-ewwel post

Thursday, February 20, 2014, 16:39

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Honey Athleta 66

Phoenix Petrus Pizza Loyola 33

(27-7)(16-11)(10-10)(13-5)

Athleta vs Phoenix

Athleta vs Phoenix

Honey Athleta kisbu rebħa faċli kontra Phoenix Petrus Pizza Loyola 66-33 biex żammew l-ewwel post tal-klassifika. Athleta fetħu vantaġġ qawwi fl-ewwel sessjoni biex imbagħad tul il-partita minkejja li naqqsu xi ftit ir-ritmu, qatt ma kienu f’periklu li jitilfu l-partita. Fil-fatt Athleta bdew bl-ewwel sittax –il punt mingħajr risposta. Huma kellhom tlett baskets konsekuttivi minn Ijoema Ofomata fllimkien ma’ Lonnecke Cassar u Leanne Sciberras. Fis-seba’ minuta wasal l-ewwel basket ta’ Phoenix minn Guliana Torpiano fil-waqt lil Nicola Said kellha trippa. Athleta għamlu l-aħħar sitt punti tas-sessjoni għal skor ta’ 27-7. Fit-tieni perjodu, Phoenix żammew il-pass mal-avversarji partikolarment fl-ewwel ħinijiet fejn Melania Bajada kellha wkoll trippla. Athleta kellhom break ta’ 8-0 b’punti minn Denise Said Hollieru fl-intervall kienu 43-18 minn fuq.

Fit-tielet perjodu l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat għalkemm Phoenix bdew b’żewġ baskets minn Martha Gatt u Torpiano. Said Hollier kellha iktar punti għall- Athleta flimkien ma’ Cassar u Raissa Sciberras għal skor ta’ 53-28. Athleta bdew l-aħħar taqsima b’sitt punti oħra hekk kif Phoenix għamlu biss ħames punti minn Jovana Stancic bl-Athleta jagħlqu l-partita bil-punti ta’ Adriana Demanuele u Chantelle Mifsud biex rebħu l-partita 66-33.

Honey Athleta: D. Said Hollier 9, M.C. Cilia 2, J. Xuereb 4, L. Cassar 10, L. Sciberras 4, M. Azzopardi Duca 2, I. Ofamata 16, E. Vella 2, A. Demanuele 5, F. Farrugia 4, R. Sciberras 4, C. Mifsud 4.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: L. Pace, Y. Agius 6, M. Gatt 2, J. Stancic 5, N. Said 7, N. Said 2,  G. Muscat, G. Torpiano 6, F. Camilleri, J. Millo, M. Bajada 5.

Referees: Clive Terribile, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibs 50

Starlites Naxxar BC 61

(12-17)(9-16)(9-20)(20-8)

Starlites għadhom jittamaw li jaslu sal-play-offs għalkemm ma jistgħux ifallu fiż-żewġ partiti li fadlilhom kontra Phoenix u Luxol u fl-istess ħin jittamaw li Hibs jitifu ż-żewġ partiti li fadlilhom kontra Athleta u Luxol. Starlites kellhom l-aħjar bidu tal-partita bfejn bil-punti ta’ Renea Phelps, Maria Desira u Lindsey Pirotta marrru 13-4 minn fuq. Hibs wieġbu permezz ta’ Crystal Woodley u Elena Cassar però Desira u Pelphs kabbru l-vantaġġ 17-8. Hibs għamlu l-aħħar żewġ baskets minn Woodley u Nadia Mifsud għal skor ta’ 17-12. Fit-tieni sessjoni l-punti ta’ Hubs naqsu minkejja trippla ta’ Woodley li ressqithom basket biss minn taħt 17-19. Fil-ħames minuta Hibs irnexxielhom jilħqu lill-avversarji wara punti minn Ema Micallef  u Cassar 21-21. Hawn però Hibs waqfu u Starlites approfittaw u għaqqdu run ta’ 12-0 fosthom trippla ta’ Justine Busuttil Gaerty flimkien ma’ Desira u Phelps u daħlu jistrieħu 33-21 minn fuq.

Busuttil Gaerty fetħet it-tielet taqsima bi trippla għal Starlites. Bil-Hibs mifxula fl-attakk, kienet Woodley biss li għamlet il-punti u Starlites għamlu run oħra ta’ 11-4 u l-vantaġġ tagħhom tela’ għal 20 punt 47-27, Woodley kellha trippla għal Hibs però kienu għadhom 23 punt minn taħt meta bdiet ir-raba’ taqsima 30-53. Hawn iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u għalkemm Hibs kellhom run ta’ 13-2 din ma kienitx biżejjed għalijhom għaliex Starlites ħadu r-rebħa 61-50.

Hibs: E. Micallef 2, E. Cassar 6, J. Doughty, R. Scerri, N. Farrugia,  J. Scerri 2, L. Micallef, F. Mifsud, N. Mifsud 6, C. Woodley 32,J. Borg Cardona 2, I. Agius.

Starlites Naxxar BC: A. Mifsud, J. Busuttil Gaerty 9, A. Grixti 2, S. Tabone, P. Montanaro, M. Desira 14, R. Phelps 26, L. Pirotta 8, S. Galea, M. Cutajar 2.

Referees: Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Caffè Moak Luxol 52

Pavi Depiro 70

(10-18)(13-13)(15-12)(14-27)

Ġimgħa qabel ma jiltaqgħu fil-finali tas-St. James Hospital Knock out, ic-champions Pavi Depiro għelbu lil Caffè Moak Luxol 70-52 biex saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika u bis-saħħa tat-telfa ta’ Luxol, Athleta baqgħu waħedhom fl-ewwel post. Luxol ħallew lill-Amerikana Patricia Bright fuq il-bank fl-ewwel żewġ taqsimiet fil-waqt li Depiro kellhom nieqsa lil Martina Scicluna u Antoinette Borg. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippla ta’ Greta Costa però Depiro wieġbu bi break ta’ 9-2 bi trippla ta’ Samantha Brincat u baskets tal-Amerikana Nola Taylor biex marru 10-5 minn fuq. Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ u wara li Luxol kellhom il-punti ta’ Kirstin Baldacchino, huma għamlu trippla oħra minn Brincat għal skor ta’ 18-10. Fit-tieni perjodu, Luxol resqu viċin wara baskets mill-captain Mandi Mercieca u trippla oħra ta’ Costa. Depiro wkoll kellhom three pointer minn Beverlee Zammit flimkien mal-punti ta’ Taylor u Maria Bonett għal skor ta’ 31-23 fil-halftime.

Fit-tielet sessjoni dehret għall-ewwel darba Bright iżda kienet Steffi De Martino, li sa’ dak il-ħin kellha partita kwieta, li serqet ix-xena b’diversi punti. Ic-champions minn naħa l-oħra kellhom it-trippli ta’ Brincat u Martina Mifsud. Fl-aħħar tlett minuti De Martino għamlet run ta’ 8-2 biex Luxol naqqsu d-distakk għal 5 punti 38-43. Depiro kellhom bidu stupend għall-aħħar taqsima fejn għamlu run ta’ 16-5 fejn kellhom sensiela ta’ trippli konsekuttivi minn Zammit, Brincat u Gaby Mifsud u f’nofs is-sessjoni kienu 59-43 minn fuq.  Luxol wieġbu bil-punti ta’ Bright u Mercieca però Depiro għalqu l-partita bil-baskets ta’ Svetlana Micallef u Taylor għal skor finali ta’ 70-52.

Caffè Moak Luxol: M. Caruana, M. Mercieca 8, I. Medina, B. Naudi 3, P. Ellul 2, G. Costa 9, K. Portelli, S. De Martino 14, K. Baldacchino 6, P. Bright 10, M. Darmanin, C. Curmi.

Pavi Depiro: N. Agius, G. Mifsud 5, S. Brincat 18, M. Bonett 6, D. Sammut, M. Mifsud 3, N. Taylor 20, N. Donoghue, S. Micallef 4, B. Zammit 14.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Honey Athleta

8

7

1

15

454

320

Caffe Moak Luxol

8

6

2

14

588

359

Pavi Depiro

8

5

3

13

447

342

Hibs

8

4

4

12

449

433

Starlites Sports Experience

8

2

6

10

408

422

Phoenix Petrus Pizza Loyola

8

0

8

8

208

678





Leave a comment