- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Honey Athleta u Caffè Moak Luxol jibdew bir-rebħ

Posted By sportinmalta1 On March 23, 2015 @ 10:33 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 60

Honey Athleta 64

(7-16)(8-19)(21-7)(24-22)

Honey Athleta kisbu l-ewwel rebħa fil-play-offs kontra PAVI Depiro 64-60. Athleta deheru fil-kontroll tal-logħba sal-ħames minuta tat-tielet perjodu meta kienu 22 pun minn fuq iżda f’daqqa waħda sofrew rimonta stupenda minn Depiro. Athleta kellhom Lonneke Cassar nieqsa għal din il-logħba u Depiro kienu bil-formazzjoni sħiħa tagħhom. Wara basket inizjali minn Sierra Evans għal Depiro, Athleta wieġbu b’run ta’ 9-0 run bil-punti minn Amelia Simmons, Emma Moore u Leanne Sciberras. Depiro kellhom baskets minn Sam Brincat u Tina Mifsud iżda Athleta għalqu s-sessjoni bi trippla minn Sciberras għal skor ta’ 16-7. Athleta żiedu l-vantaġġ tagħhom fil-bidu tat-tieni perjodu bil-punti ta’ Sciberras u Simmons. Depiro wieġbu b’żewġ baskets minn Brincat iżda Athleta rrispondew bi break ieħor ta’ 11-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 20 punt. F’nofs il-partita, Athleta kellhom vantaġġ komdu ta’ 20 punt 35-15 wara aktar punti minn Simmons u Moore.

Fit-tielet sessjoni, Athleta fetħu vantaġġ massimu ta’ 22 punt 42-20 wara aktar punti minn Simmons u Antoinette Borg. Hawn forsi ħasbu li l-logħba kienet lesta iżda Depiro kellhom pjanijiet oħra. Wara time-out, Depiro għamlu run stupenda ta’ 16-0 miftuħa minn Evans bi trippla. Huma kellhom ukoll baskets minn Nicole Agius, Maria Bonett u Brincat hekk kif naqqsu d-distakk għal 6 punti 36-42. Fl-aħħar taqsima, Athleta kellhom punti kruċjali minn Denise Said Hollier li għamlet żewġ trippliu u basket biex tathom mill-ġdid vantaġġ b’figuri doppji 52-40. Depiro ma ċedewx u wieġbu b’run ta’ 11-4 u għal darb’oħra jitnaqqsu l-iżvantaġġ għal 5 punti 51-56. Said Hollier mill-ġdid tat nifs lill-Athleta bi trippla iżda Depiro ukoll kellhom it-three pointers tagħhom minn Evans u Brincat u waslu biss sa’ punt ‘l bogħod 60-61. Madankollu fl-aħħar ftit sekondi, Athleta għamlu l-aħħar free-throws biex ħadu nifs qawwi hekk kif rebħu l-partita 64-60.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 2, M. Balzaraviute, S. Brincat 24, M. Bonett 2, N. Agius 6, M. Mifsud 2, M. Scicluna, S. Evans 14, P. Montanaro, S. Micallef 10, C. Ciantar.

Honey Athleta: E. Moore 10, L. Pirotta, S. Vella, L. Sciberras 9, A. Borg 4, D. Said Hollier 15, A. Simmons 21, R. Sciberras, S.J. Barbara 5, C. Mifsud.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

Caffè Moak Luxol 67

Hibs Medsea 56

(15-14)(15-17)(24-14)(13-11)

Fit-tieni semi-finali c-Champions Caffe Moak Luxol

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

ħadu l-ewwel vantaġġ wara li għelbu lil Hibs Medsea 67-56 f’partita divertenti. Luxol kellhom bidu qawwi immedjatament wara l-intervall li tahom 9 punti vantaġġ li huma żammew għall-bqija tal-logħba. Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippla minn Ema Micallef. Luxol wieġbu b’punti minn Joselle Borg Cardona, Laekitha Alston u Beverlee Zammit. Hibs mbagħad kellhom żewġ trippli minn Micallef u Christina Grima iżda Steffi De Martino wieġbet għal Luxol biex dawn għalqu l-ewwel sessjoni fuq quddiem 15-14. Għat-tieni perjodu, Hibs għażlu li jużaw lis-Serba Jovana Karakesevic u hi bdiet b’żewġ baskets biex tathom il-vantaġġ. De Martino wieġbet bi trippla għal Luxol iżda Hibs kellhom il-qawwa ta’ Karakesevic taħt il-bord kif huma għamlu run ta’ 9-0 run. Qabel l-intervall, Zammit għamlet trippla għal Luxol però Hibs daħlu jistrieħu punt minn fuq 31-30.

Luxol fetħu t-tielet sessjoni bi break ta’ 10-0 run bi trippli ta’ Zammit u De Martino. Hibs sejjħu time-out, però Luxol komplew bil-punti tagħhom minn Alston u De Martino. Hibs finalment wieġbu b’run ta’ 10-3 run b’sitt punti minn Justine Xuereb biex naqqsu d-distakk għal 4 punti 45-49. Luxol għalqu s-sessjoni b’ħames punti minn Alston u Sarah Pace għal skor ta’ 54-45. Fl-ewwel sitt minuti tal-aħħar sessjoni, Luxol kellhom run ta’ 10-2 run fejn il-punti waslu prinċipalment minn Alston. Karakesevic wieġbet għal Hibs imma kien tard fil-logħba u minkejja li Micallef kellha trippla oħra, Luxol xorta rnexxielhom jikkontrollaw l-aħħar minuti u rebħu l-logħba 67-56.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, B. Zammit 11, M. Caruana, I. Baena, S. Tabone, S. De Martino 20, J. Borg Cardona 4, P. Ellul, L. Alston 25, M. Darmanin, C. Curmi.

Hibs: E. Micallef 9, E. Cassar, S. Gambino 2, J. Xuereb 6, C. Schiavone, C. Grima 12, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud 4, J. Karakesevic 20, N. Farrugia, J. Scerri 3.

Referees: Gordon Barbara, Brian Sly.

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

Programm tal-play-offs:

29-03-2015 – 11:15 – Honey Athleta vs Pavi Depiro

29-03-2015 – 14:45 – Hibs Medsea vs Caffè Moak Luxol

 

07-04-2015 – 18:15 – Pavi Depiro vs Honey Athleta

07-04-2015 – 20:00 – Caffè Moak Luxol vs Hibs Medsea


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/honey-athleta-u-caffe-moak-luxol-jibdew-bir-rebh/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.