Honey Athleta u Caffè Moak Luxol b’rebħiet tajba

Monday, February 2, 2015, 18:52

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Hibs 48

Honey Athleta 83

(7-17)(5-27)(14-19)(22-20)

Honey Athleta rritornaw għar-rebħ wara tliet telfiet kontra Luxol meta huma rebħu kontra Hibernians 83-48. Aktar kien mistenni minn Hibs għal din il-logħba minkejja li għal perjodi twal huma kellhom diversi żgħażagħ fuq il-court. Amelia Simmons kellha 40 punt fil-logħba u bil-punti tagħha flimkien ma’ dawk ta’ Antoinette Borg, Athleta kienu diġà 10 punti fuq quddiem fit-tmiem tal-ewwel sessjoni 17-7. Athleta kienu fil-kontroll tal-logħba fit-tieni taqsima hekk kif Hibs għamlu biss 5 punti fosthom trippla minn Francesca Mifsud. Athleta kellhom żewġ runs ta’ 11-0 u 12-0 b’aktar punti minn Borg, Simmons u Denise Said Hollier u fl-intervall kellhom vantaġġ komdu u sa’ ċertu punti sorprendenti 44-12.

Fit-tielet sessjoni Hibs kellhom punti minn Silvia Gambino iżda Simmons u Francesca Farrugia wieġbu għall-Athleta. Christina Grima u Justine Xuereb għamlu ħames punti oħra għal Hibs qabel żewġ baskets oħra minn Simmons. Qrib it-tmiem tas-sessjoni, Gambino u Nadia Mifsud wieġbu għal Hibs qabel żewġ baskets ta’ Athleta minn Leanne Sciberras u Simmons. Fl-aħħar taqsima kien hemm trippla oħra minn Mifsud għal Hibs imma Athleta kellhom il-free-throws kontinwi minn Sharon Vella flimkien mal-punti ta’ Simmons u Sammy Jo Barbara. Hibs kellhom aktar three pointers minn Mifsud, Ema Micallef u Kim Portainer Mifsud, iżda kienu għadhom ‘l bogħod minn Athleta li rebħu l-logħba 83-48.

Hibs: E. Micallef 5, E. Cassar 2, F. Mifsud 11, J. Xuereb 4, C. Schiavone 2, C. Grima 8, K. Portainer Mifsud 3, N. Mifsud 2, S. Gambino 7, J. Scerri 4.

Honey Athleta: L. Pirotta 2, L. Cassar 6, L. Sciberras 2, A. Borg 6, D. Said Hollier 8, A. Simmons 40, R. Sciberras 2, F. Farrugia 4, S.J. Barbara 6.

Referees: Luis Abuin, Cesar Baena.

Caffè Moak Luxol 71

DHL Phoenix 46

(15-4)(23-9)(13-11)(20-22)

Caffe Moak Luxol żammew ir-rekord tagħhom ta ’100% fil-kampjonat wara rebħa komda kontra DHL Phoenix 71-46. L-akkwist ta’ Jean Doughty għen lil Phoenix itejbu l-logħba offensiva tagħhom madankollu huma kellhom jagħddu mingħajr Martha Gatt għal din il-logħba. Il-coach ta’ Luxol Sandro Farrugia kellu lil Joselle Borg Cardona indisposta madankollu huwa ta’ ħafna ħin lill-plejers kollha tiegħu. Luxol bdew bl-ewwel 8 punti tal-logħba minn Laekitha Alston, Sarah Pace u Martina Darmanin. Phoenix kellhom erba ‘punti minn Yanika Agius iżda Luxol għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Ina Baena u basket ta’ Christine Curmi. Doughty għamlet l-ewwel punti tat-tieni sessjoni għalPhoenix imma Luxol wieġbu bi break ta’ 12-0 b’erba’ baskets ta’ Steffi De Martino flimkien ma’ Alston. Doughty kellha trippla għal Phoenix qabel break ieħor ta’ 7-0 minn Luxol fosthom trippla ta’ Beverlee Zammit fil-halftime Luxol kienu fuq quddiem 38-13.

Phoenix kellhom bidu pożittiv għat-tielet sessjoni bi tliet baskets konsekuttivi. Luxol wieġbu b’punti minn Paula Ellul inkluż tripla flimkien mal-punti minn Baena għal skor ta’ 51-24. Fl-aħħar perjodu Phoenix bdew b’żewġ three pointers minn Doughty iżda Pace ukoll kellha tripla għal Luxol. Wara three pointer ieħor minn Doughty għal Phoenix, Luxol kellhom aktar baskets minn De Martino, Alston u Darmanin. Huma għalqu l-logħba bl-aħħar tripla ta’ Zammit u l-aħħar basket ta’ Alston għal skor finali ta’ 71-46.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 11, B. Zammit 8, M. Caruana, I. Baena 9, S. Tabone, S. De Martino 12, K. Portelli 2, J. Borg Cardona, P. Ellul 7, L. Alston 14, M.Darmanin 6, C. Curmi 2.

 

DHL Phoenix: Y. Agius 6, L. Pace, J. Doughty 22, F. Sant 8, G. Torpiano, J. B. Gaerthy, S. Davies 3, A. Demanuele 7.

Referees: Gordon Barbara, Jennifer Mangani.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

7

7

0

14

409

312

Pavi Depiro

7

5

2

12

484

366

Honey Athleta

8

4

4

12

511

419

Hibs

7

2

5

9

389

405

DHL Phoenix

7

0

7

7

217

508





Leave a comment