Honey Athleta u Caffe Moak Luxol b’rebħiet komdi

Monday, October 28, 2013, 19:11

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

minn Colin Schembri

Phoenix Petrus Pizza Loyola 24

Honey Athleta 76

(7-17)(5-15)(7-16)(5-28)

Fit-tieni ħarġa tagħhom fis-St. James Hospital Shield, Honey Athleta kisbu rebħa konvinċenti fuq Phoenix Petrus Pizza Loyola 76-24. Phoenix, li kienu mingħajr Francesca Camilleri, jridu jnaqqsu n-numru kbir ta’ turnovers li jkollhom f’kull partita jekk iridu jittamaw fi staġun posittiv. Athleta li kellhom lil player Ingliża (mhux Amerikana kif deher bi svista l-ġimgħa li għaddiet) Ijeoma Ofomata għal darb’oħra bi prestazzjoni posittiva fejn kellha tripple double bi 30 punt, 11 –il steal u 18 –il rebound. Il-partita kellha bidu kwiet bl-Athleta jmorru 8-5 minn fuq wara li Melania Bajada kellha trippla għal Phoenix. Athleta komplew bi break ta’ 9-2 bil-punti ta’ Emma Moore, Leanne Sciberras u Ofomata biex temmew il-perjodu 17-7 minn fuq. Huma bdew it-tieni taqsima b’run oħra ta’ 9-0 qabel ma Yovana Stancic wieġbet għal Phoenix. Athleta kellhom żewġ baskets ta’ Sciberras u ieħor ta’ Ofomata qabel l-intervall għal skor ta’ 32-12.

Wara l-mistrieħ Athleta komplew iżidu d-dominju tagħhom għalkemm fl-ewwel ħinijiet kien hemm punti fuq kull naħa. Athleta mbagħad għalqu t-taqsima bi break ta’ 12-2 b’diversi punti ta’ Sciberras u Sammy Jo Barbara għal skor ta’ 48-19. Fl-aħħar sessjoni d-dominju tal-Athleta kien aktar evidenti hekk kif huma kellhom żewġ runs ta’ 11-0 u 10-0 b’Ofomata tkompli żżid il-punteġġ tagħha flimkien ma’ Lonnecke Cassar u Francesca Farrugia. Phoenix kellhom biss free-throws minn Stancic u Abigail Sciberras, b’Cassar tagħlaq il-partita bi trippla favur Athleta għal skor finali ta’ 76-24.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: M. Abela, Y. Stancic 9, Y. Agius, M. Gatt 2, J. Millo, M. Bajada 3, M.R. Agius, G. Torpiano 2, A. Sciberras 6, A. DeManuele 2.

Honey Athleta: E. Moore 2, M.C. Cila 3, J. Xuereb, L. Cassar 13, L. Sciberras 16, M. Azzopardi 2, I. Ofamata 30, E. Vella 2, R. Sciberras, F. Farrugia 4, S.J. Barbara 4, C. Mifsud.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

Caffè Moak Luxol 74

Hibs 45
(24-9)(17-4)(19-12)(14-20)

Caffè Moak Luxol ukoll kisbu rebħa sabiħa fuq Hibs bl-iskor ta’ 74-45 biex issa jiltaqgħu kontra Athleta fis-semifinali fil-waqt li fis-semifinali l-oħra, Pavi Depiro jiltaqgħu kontra Starlites. Hibs intant komplew jitilfu l-players ta’ esperjenza hekk kif jidher li Elena Cassar se tkompli l-isaġun barra minn xtutna. F’din il-partita kellhom ir-ritorn ta’ Nadia Mifsud u Alexis Cutajar iżda komplew ukoll jilgħabu b’diversi players minn nursery tagħhom. Il-partita kellha bidu bilanċjat bil-Luxol ikollhom il-punti ta’ Patricia Bright, Greta Costa u trippla ta’ Paula Ellul. Hibs wieġbu bil-baskets ta’ Cutajar u Joselle Borg Cardona u f’nofs is-sessjoni Luxol kienu 4 minn fuq 11-7. Hawn Luxol kellhom run ta’ 13-2 b’diversi punti ta’ Costa fosthom trippla biex temmew is-sessjoni 24-9 fuq quddiem.  Huma komplew iżidu l-vantaġġ fil-bidu tat-tieni sessjoni b’sitt punti oħra fosthom trippla minn Costa . F’din it-taqsima, Hibs kellhom biss żewġ baskets minn Julia Scerri fil-waqt li għal Luxol bdew ġejjin ukoll il-punti ta’ Becky Naudi, Steffi De Martino u Bright biex daħlu jistrieħu 28 punt minn fuq 41-13.

Wara l-intervall Hibs kellhom trippla minn Jean Doughty però kellhom isofru run oħra qawwija ta’ 15-2 minn Luxol b’baskets minn Mandi Mercieca, Ina Medina u Bright fost l-oħrajn. Qabel intemmet is-sessjoni kien hemm trippla minn Emma Micallef pero Luxol kienu għadhom b’vantaġġ qawwi ta’ 35 punt 60-25. Fl-aħħar taqsima Micallef kompliet bil-punti tagħha għall-Pawlisti hekk kif Luxol naqqsu xi ftit ir-ritmu speċjalment fl-ewwel battutti. Qabel intemmet il-partita kien hemm il-punti taż-żgħażagħ Kay Portelli u Christina Curmi għal Luxol b’Scerri twieġeb għal Hibs biex Luxol ħarġu rebbieħa 74-45.

Caffè Moak Luxol: M. Mercieca 2, I. Medina 6, B. Naudi 5, P. Ellul 5, G. Costa 18, K. Portelli 6, S. De Martino 10, P. Bright 15, M. Darmanin, C. Curmi 7.

Hibs: E. Micallef 13, J. Scerri 12, J. Doughty 3, R. Scerri 2, Y. Abela, N. Farrugia, L. Micallef, A. Cutajar 6, N. Mifsud, F. Mifsud, J.Borg Cardona 9, I. Agius.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri





1 Comment

  1. Lisa Fields says:

    Hello,

    Can someone assist me with the translation. My daughter is Patricia Bright of Caffe Moak Luxol . I appreciate any assistance. Blessings

    [Reply]

Leave a comment