Honey Athleta jissorprendu lil Mc Donalds Depiro

Thursday, March 22, 2012, 11:09

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

Starlites Sports Experience 21

Mc Donalds Depiro 78

(6-14)(9-16)(4-31)(2-17)

 

Depiro vs Athleta

Depiro vs Athleta

Din il-partita kienet twaqqfet fl-intervall Il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu minħabba l-kundizzjoni tal-court. Sa’ dak il-ħin Depiro kienu 30-15 minn fuq. Il-partita tkompiet bid-Depiro jiddominaw nettament l-aħħar żewġ sessjonijiet. Fil-fatt huma bdew bi break qawwi ta’ 15-0 fostjhom trippla ta’ Steffi De Martino. Marylou Cutajar għamlet basket għal Starlites pero’ Depiro għamlu run oħra ta’ 16-2 għal skor ta’ 61-19. L-aħħar sessjoni fetħet bl-uniku basket ta’ Starlites minn Samantha Tabone. Depiro għamlu 17 –il punt mingħajr risposta biex rebħu l-partita 78-21.

 

Starlites Sports Experience: C. Riolo, A. Grixti 7, S. Tabone 2, S. Cutajar, S. Davies, L. Pirotta 3, N. Attard 1, L. Pisani, C. Scicluna, M. Cutajar 8.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 4, M. Bonett, S. Brincat 10, V. Woods 11, F. Biancho 4, T. De Martino 2, A. Borg 2, M. Scicluna 2, M. Mifsud 2, S. Micallef 3, S. De Martino 37.

 

Luxol 71

Starlites Sports Experience 29

(20-6)(19-9)(21-4)(11-8)

 

Ic-champions Luxol ftit sabu oppożizzjoni minn Starlites Sports Experience biex kisbu s-sitt rebħa tal-kampjonat 71-29. Luxol kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li Marie Claire Cilia kienet nieqsa għal Starlites. Wara li Luxol għamlu l-ewwel 4 punti tal-partita, Starlites wieġbu b’basket ta’ Marylou Cutajar. Hawn Luxol għamlu l-ewwel run soda tagħhom fil-partita meta kisbu 9 punti mingħajr risposta fosthom trippla minn Beverlee Zammit. Cutajar kienet il-player li baqgħet tagħmel il-baskets ta’ Starlites pero’ Luxol temmew is-sessjoni 20-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu Luxol komplew isaħħu l-vantaġġ b’diversi punti minn Clementina Medina biex fir-raba’ minuta kienu 20 minn fuq 20-10. Qabel l-intervall huma għamlu run oħra ta’ 9-1 biex daħlu jistrieħu 39-5 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kien hemm trippla ta’ Greta Zarb għal Luxol bil-punti jaslu bil-mod sas-seba’ minuta. Hawn pero’ Luxol donnhom ġew f’tagħhom għaliex għamlu run ta’ 16-0 għal skor ta’ 60-19. Fl-aħħar perjodu kien hemm spazju għal break qasir ta’ 8-2 minn Starlites pero’ Luxol baqgħu fil-kontroll u rebħu l-partita 71-29.

 

Luxol: S. Pace 12, M. Sciortino, C. Boena Medina 9, B. Naudi 5, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 10, P.Ellul 6, R. Murphy 11, D. Muscat 4, M. Darmanin 4, A. Paul 2, B. Zammit 8.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 1, A. Grixti 2, S. Tabone 2, S. Cutajar, D. Jager 4, S. Davies, L. Pirotta, N. Attard 2, C. Scicluna, M. Cutajar 18.

Referees: Steve Gouder, Luke Camilleri

 

Mc Donalds Depiro 49

Honey Athleta 50

(10-6)(8-13)(17-18)(14-13)

 

Honey Athleta kisbu rebħa drammatika fuq Mc Donalds Depiro meta bi free-throw ta’ Kelly Busuttil fl-aħħar 0.28 sekondi ħadu r-rebħa 50-49. Minkejja li Depiro ma kienux qabżu l-kwota tal-fouls l-uffiċjali tal-partita ġġudikaw il-foul ta’ Sam Brincat li sar f’tentattiv ta’ basket u allura kien hemm il-free-throws ta’ Athleta li tawhom ir-rebħa. Il-partita bdiet b’ritmu baxx u fil-ħames minuta kien hemm parita 2-2. Hawn Depiro għamlu 8 punti mingħajr risposta permezz ta’ Antoinette Borg u Vontisha Woods. Athleta għamlu 4 punti biex temmew is-sessjoni fuq quddiem 10-6 u komplew iżidu l-vantaġġ meta fl-ewwel sitt minuti tat-tieni waħda għamlu 9 punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Aleksandra Ratomska. F’dan il-mument Depiro bdew jitilfu diversi blalen pero’ wara time-out irkupraw xi ftit u għamlu break qasir ta’ 6-2 biex fl-intervall kien hemm punt jifred liż-żewġ timijiet 19-18 favur Athleta.

Athleta għamlu l-ewwel żewġ baskets tat-tieni perjodu pero’ Depiro wieġbu bi break ta’ 8-0 fosthom trippla ta’ Steffi De Martino biex reġgħu marru fuq quddiem 26-23. Iż-żewġ timijiet bdew ifallu l-freethrows biex baqgħu viċin xulxin għalkemm basket ta’ Busuttil reġa’ poġġa lil Athleta fuq quddiem 29-26. Id-dħul ta’ Francesca Biancho reġa għen lil Depiro jmorru minn fuq lejn tmiem it-tielet perjodu u r-raba’ wieħed. Brincat għamlet trippla flimkien ma żewġ baskets oħra ta’ Biancho pero Athleta ma ċedewx u fid-disa’ minuta marru 48-45 fuq quddiem wara’ trippla ta’ Busuttil. Fl-aħħar minuta kienu Depiro li marru minn fuq b’baskets ta’ De Martino u Borg pero’ Busuttil kienet l-eroj ta’ Athleta fejn l-ewwel ippareġjat il-partita 49-49 u fl-attakk ta’ wara sofriet il-foul li ddeċieda l-partita għal skor finali ta’ 50-49.

 

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, J. Xuereb, S. Brincat 6, V. Woods 7, F. Biancho 9, T. De Martino 3, A. Borg 13, C. Sammut 4, M. Mifsud, S. Micallef, S. De Martino 7.

Honey Athleta: M. DeMartino 3, A. Ratomska 18. C. Ciantar 6, L. Calleja, L. Sciberras 7, M. Azzopardi Duca, G. Muscat, S. Pisani, F. Farrugia, K. Busuttil 16, C. Mifsud.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.

 

Alyssa Ashley Loyola 30

Hibs Melita Gardens 47

(2-9)(11-13)(10-9)(7-16)

 

Hibs Melita Gardens pattew għat-telfa fl-ewwel round kontra Alyssa Ashley Loyola meta ħarġu rebbieħa 47-30. Loyola ħassew in-nuqqas tal-player Christina Grima li kienet nieqsa flimkien ma’ Adalia Bonnano u Justine Mangion. Hips kienu bil-formazzjoni titulari tagħhom hekk kif irkupraw il-players neqsin li kellhom fl-aħħar partita. Il-bidu tal-partita kien kwiet ferm bil-punti jaslu bil-mod. Hibs ħadu vantaġġ ta’ 6-0 fl-ewwel ħames minuti b’żewġ baskets ta’ Lena Gipson. Fis-seba’ minuta wasal l-uniku basket ta’ Loyola minn Denise Hollier qabel ma’ Gipson għamlet 3 punti oħra biex is-sessjoni ntemmet 9-2 favur Hibs. Ir-risposta ta’ Loyola ma waslitx fil-bidu tat-tieni sessjoni biex Hibs żiedu l-vantaġġ 18-2 fis-sitt munuta. Hawn daħlet iktar fix-xena l-Amerikana ta’ Loyola Desarae Johnson li kisbet l-ewwel punti tagħha f’run ta’ 8-0 biex sal-mistrieħ il-vantaġġ ta’ Hibs kien ta’ 9 punti 22-13.

Wara l-mistrieħ Gipson għamlet l-ewwel basket ta’ Hibs li kien imwieġeb b’5 punti minn Loyola għal skor ta’ 19-24 fit-tielet minuta. Ir-risposta ta’ Hibs ġiet minn żewġ baskets ta’ Joselle Cardona. Pero’ l-punti baqgħu ġejjin bil-mod u fit-tmiem is-sessjoni Hibs kienu 31-23 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet bilanċjata fl-ewwel minuti u trippla ta’ Jean Doughty rat lil Loyola jaslu sa’ 9 punti ‘l bogħod 28-37. Pero’ hawn Hibs għamlu run oħra ta’ 10-2 biex rebħu l-partita 47-30.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 1, J. Doughty 5, M. Gatt, D. Hollier 4, K. Tonna, A. Sciberras, F. Camilleri, S.J. Barbara 4, D. Johnson 16.

Hibs Melita Gardens: J. Scerri, E. Cassar 9, M. Zammit, L. Bezzina, F. Mifsud, M. Desira 2, K. Gatt, R. Scerri, N. Arrigo, K. Baldacchino 6, J. Cardona 12, L. Gipson 18.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

 

Klassifika Kampjonat MSV   Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
McDonalds Depiro

8

6

2

14

510

362

Alyssa Ashley Loyola

8

6

2

14

519

374

Luxol

7

6

1

13

509

326

HibsMelita  Gardens

8

5

3

13

495

337

Athleta

8

3

5

11

461

445

Starlites Sports   Experience

8

1

7

9

252

545

PhoenixMendoza  Qormi

7

0

7

7

199

556

 

 

 





Leave a comment