- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Honey Athleta jerġgħu jegħlbu lil Caffè Moak Luxol

Posted By sportinmalta1 On November 12, 2013 @ 5:28 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 46

Starlites Sports Experience 32

(14-8)(8-10)(17-9)(7-5)

Ic-champions Pavi Depiro bdew id-difiża tat-titlu b’rebħa fuq Starlites Sports Experience ħames t’ijiem wara li rebħulhom fis-semi-finali tas-shield. Depiro kellhom lil Neeve Donoghue flok Darleen Sammut u rritornat Maria Bonett. Starlites kienu mingħajr Lindsey Pirotta u Sarah Galea. Il-partita bdiet bi Starlites jieħdu l-ewwel vantaġġ wara punti tal-Amerikana Renea Phelps. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet bi break ta’ 10-0 bi trippli minn Antoinette Borg u Samantha Brincat biex marru 12-4 minn fuq. Phelps u Maria Desira wieġbu għal Starlites u Depiro għalqu b’basket ta’ Brincat għal skor ta’ 14-8. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni kien hemm basket fuq kull naħa miż-żewġ Amerikani għalkemm Joncelyn Peterkin kellha partita kwieta. Starlites komplew bi break qasir ta’ 6-2 bil-freethrows ta’ Phelps u basket ta’ Samantha Tabone. Wara xi minuti Depiro kellhom trippla minn Beverlee Zammit u fl-intervall kienu erbgħa minn fuq 22-18.

It-tielet sessjoni fetħet b’diversi free-throws minn Brincat u Zammit għac-champions li kollha saru fl-ewwel ħames minuti. Starlites reġgħu għamlu run oħra ta’ 7-0 wara żewġ offensive rebounds ta’ Desira u basket ta’ Phelps biex waslu sa’ 5 punti taħt l-avversarji 25-30. Ic-champions wieġbu bi tlett trippli waħda minn Zammit u tnejn ta’ Brincat biex fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 39-27. Fl-aħħar taqsima l-punti naqsu drastikament wara li Depiro bdew bi trippla oħra ta’ Brincat. Għal Starlites kien hemm il-punti ta’ Marilou Cutajar u Phelps b’Zammit tagħlaq il-partita tac-champions b’żewġ freethrows biex huma rebħu l-partita 46-32.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 2, J. Peterkin 4, S. Brincat 19, M. Bonett, M. Scicluna 2, M. Mifsud, A. Borg 7, N. Donoghue, N. Agius, S. Micallef, B. Zammit 12.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, J. Busuttil Gaerty, A. Grixti, S. Tabone 2, P. Montanaro, M. Desira 9, R. Phelps 19, N. Attard, C. Sammut, M. Cutajar.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri.

Phoenix Petrus Loyola 38

Hibs 76
(6-13)(7-18)(14-24)(11-21)

Hibs bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa konvinċenti fuq Phoenix Petrus Loyola 76-38. F’din il-partita kellna xi uċuh ġodda fejn għal Phoenix kien hemm id-debutt tal-player Serba Ivana Dordevic u Hibs ippreżentaw il-player Amerikana tagħhom Crystal Woodley. Phoenix kellhom nieqsa lil Yovana Stancic, Jessica Millo u Maria Rita Agius u Hibs kienu mingħajr Alexis Cutajar u Yanika Abela però rritornat Elena Cassar. Wara xi minuti mingħajr punti, Hibs għamlu run ta’ 12-3 b’Melania Bajada tagħmel trippla għal Phoenix. Sat-tmiem il-perjodu kien hemm freethrows minn Dordevic għal skor ta’ 13-6 favur Hibs. Fit-tieni perjodu Phoenix naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Abigail Sciberras u Bajada. Hibs kellhom run ta’ 9-1 bi trippla ta’ Cassar u punti ta’ Woodley. Phoenix wieġbu b’basket ta’ Martha Gatt però Julia Scerri għamlet tlett baskets konsekuttivi biex Hibs daħlu jisrieħu 31-13 minn fuq.

Wara l-intervall Hibs komplew jiddominaw il-partita u għamlu break qawwi ta’ 15-2 b’punti ta’ Cassar, Joselle Borg Cardona u Francesca Mifsud fost l-oħrajn. Sciberras waqqfet din ir-run bil-freethrows qabel ma Hibs għamlu 5 punti oħra. Sat-tmiem is-sessjoni Phoenix kellhom break ta’ 8-4 għal skor ta’ 55-27. Fl-aħħar sessjoni kien hemm break ieħor qasir minn Phoenix ta’ 6-2 b’baskets ta’ Yanika Agius u Sciberras. Hibs reġgħu għamlu break ta’ 11-0 li bdewh bi trippla ta’ Emma Micallef biex baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 76-38 b’kull player jirnexxielha tniżżel isimha fost l-iskorers.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: M. Abela, I. Dordevic 5, Y. Agius 2, M. Gatt 11, M. Bajada 5, G. Muscat 3, A. Sciberras 10, F. Camilleri 2.

Hibs: E. Micallef 7, E. Cassar 16, J. Doughty 4, R. Scerri 2, F. Mifsud 4, J. Scerri 8, L. Micallef 2, D. Cassar 4, N. Mifsud 2, C. Woodley 13, J.Borg Cardona 10, I. Agius 4.

Referees: Clive Terribile, Teemu Helenius

Honey Athleta 56

Caffè Moak Luxol 45

(10-4)(15-14)(15-12)(16-15)

Honey Athleta reġgħu għelbu lil Caffè Moak Luxol din id-darba fl-ewwel ħarġa tagħhom fil-kampjonat St. James Hospital. Għall-Athleta Marie Claire Cilia ħadet post Marusca Azzopardi fil-waqt li Luxol kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċċezjoni ta’ Christina Curmi. Luxol sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti b’mod partitkolari fl-ewwel sessjoni meta għamlu biss żewġ baskets minn Patricia Bright. Bejniethom kien hemm run ta’ 10-0 minn Athleta b’żewġ baskets ta’ Ijeoma Ofomata, Emma Moore, Leanne Sciberras  u Chantelle Mifsud. Athleta komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom meta bdiet it-tieni taqsima hekk kif fl-ewwel tlett minuti għamlu run oħra ta’ 8-2 fejn kien hemm aktar baskets minn Ofomata flimkien ma’ Lonnecke Cassar. Hawn Luxol bdew jirkupraw u għaqqdu break ta’ 10-0 bil-punti ta’ Paula Ellul, Bright u trippla ta’ Kay Portelli biex waslu sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji 16-18. Athleta wieġbu b’seba’ punti mingħajr risposta qabel ma basket ta’ Steffi De Martino għalaq il-perjodu b’Athleta sebgħa minn fuq 25-18.

Athleta bdew it-tielet sessjoni b’basket ta’ Ofomata u trippla ta’ Sciberras biex reġgħu fetħu vantaġġ b’figuri doppji 30-18. De Martino għamlet trippla għal Luxol però Athleta kellhom żewġ baskets minn Sciberras. Qabel intemmet it-taqsima Luxol kellhom trippla minn De Martino u Athleta wieġbu b’basket ta’ Sammy Jo Barbara biex l-aħħar sessjoni bdiet bl-Athleta 10 minn fuq 40-30. L-aħħar sessjoni kienet kumbattuta hekk kif Luxol tħabtu biex jirkupraw id-distakk. Fil-fatt wara punti minn De Martino, Bright u Mandi Mercieca huma waslu sa’ tlett punti ‘l bogħod 42-45 fis-sitt minuta. Trippla ta’ Sciberras u basket minn Ofomata immedjatament wara reġgħu taw nifs lill-Athleta. Iż-żewġ timijiet żbaljaw xi free-throws biex il-partita ntemmet bil-punti ta’ Cassar u Athleta ħarġu rebbieħa 56-45.

Honey Athleta: E. Moore 4, M.C. Cilia, J. Xuereb, L. Cassar 6, L. Sciberras 17, E. Vella, I. Ofamata 21, A. Demanuele, R. Sciberras, F. Farrugia 2, S.J. Barbara 4, C. Mifsud 2.

Caffè Moak Luxol: K. Baldacchino 2, M. Mercieca 3, I. Medina, B. Naudi 2, P. Ellul 5, G. Costa, K. Portelli 3, S. De Martino 10, P. Bright 20, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Luke Camilleri, Teemu Helenius.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/honey-athleta-jergghu-jeghlbu-lil-caffe-moak-luxol/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.