Honey Athleta jeleminaw lil holders Hibernians

Wednesday, December 12, 2012, 10:26

minn Colin Schembri

TAZZA LOUIS BORG NISA

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi 48

Luxol 73

(11-14)(10-17)(9-19)(18-23)

 

Athleta vs Hibs

Athleta vs Hibs

Ic-champions Luxol bdew l-impenji tagħhom fit-tazza Louis Borg meta rebħu l-ewwel leg kontra Phoenix Petrus Pizza Qormi 73-48 u serrħu rashom minn post fis-semfinali. Il-bidu ta’ Phoenix kien inkoraġġanti meta bil-punti kontinwi tal-Amerikana Brittaney Thomas marru 8-4 minn fuq. Phoenix żammew il-vantaġġ sat-tmien minuta b’Thomas tkompli tagħmel il-punti kontinwament minkejja li Becky Naudi għamlet trippla għal Luxol. Fl-aħħar żewġ minuti Luxol għamlu 7 punti mingħajr risposta biex marru minn fuq 14-11. Phoenix reġgħu naqqsu d-distakk wara punti minn Alexis Cutajar u anke’ rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 17-17 fir-raba’ minuta. Hawn Luxol għamlu run ta’ 12-2 b’diversi punti minn Mollie Williams biex fl-intervall kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 31-21.

Fit-tielet sessjoni, Luxol grazzi għal aktar punti minn Williams flimkien ma’ Paula Ellul komplew jinqatgħu mill-avversarji. B’Thomas issa magħssa tajjeb, Phoenix bdew isibu diffikulta biex jiskurjaw u tlett trippli konsekuttivi minn Greta Zarb taw vantaġġ ta’ 20 punt lil Luxol 50-30. L-aħħar sessjoni bdiet bi break ieħor ta’ 12-2 minn Luxol li ssiġillatilhom ir-rebħa. Thomas għamlet 5 punti konsekuttivi għal Phoenix qabel ma Naudi għamlet trippla oħra. Lejn tmiem il-partita kien hemm il-baskets ta’ Christine Scicluna għal Phoenix b’Zarb tagħlaq il-partita bir-raba’ trippla tagħha għal skor finali ta’ 73-48.

           

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 1, V. Agius, M.R. Agius, C. Scicluna 6, Y. Agius, D. Pace, N. Said 1, A. Cutajar 4, B. Thomas 36, J. Millo, A. Abdilla, A. Demanuele.

Luxol: S. Pace 5, M. Sciortino 10, C. Medina 1, B. Naudi 16, J. B. Gaerty, G. Zarb 16, P. Ellul 4, M. Williams 17, D. Muscat, K. Portelli 2, M. Darmanin.

Referees: Steve Gouder, Robert Darmanin.

 

Depiro 81

Starlites Sports Experience 37

(16-5)(28-8)(18-13)(19-11)

 

Fit-tieni partita, Depiro wkoll kellhom rebħa faċli fuq Starlites Sports Experience 81-37. Hawn ukoll kienet evidenti l-qabża bejn iż-żewġ timijiet tant li Depiro utiliżżaw il-players kollha tagħhom u minkejja dan kienu dominanti tul il-partita kollha. Sa nofs l-ewwel sessjoni Depiro kienu diġa 12-2 minn fuq b’diversi punti minn Latisha Belcher. Sa tmiem il-perjodu Depiro fallew il-freethrows imma xorta rnexxielhom itemmuh 16-5 fuq quddiem. It-tieni sessjoni kompliet bl-istess andament u kienet Steffi De Martino li bil-punti tagħha fosthom żewġ three pointers żiedet il-vantaġġ ta’ Depiro. Huma għalqu s-sessjoni bi tlett baskets oħra mingħajr risposta għal skor ta’ 44-11.

Fit-tielet sessjoni Svetlana Micallef flimkien ma’ Belcher żiedu l-vantaġġ ta’ Depiro bi Starlites iwieġbu permezz ta’ Samantha Tabone. Il-perjodu ntemm bi break ieħor ta’ 11-2 għal skor ta’ 62-26. Il-bidu tal-aħħar taqsima kien aktar bilanċjat biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin. Belcher u Christabelle Camilleri għamlu disa’ punti oħra għal Depiro li komplew jikkontrollaw il-partita mingħajr problemi u rebħu 81-37.

 

Depiro: C. Camilleri 5, G. Mifsud 2, F. Biancho 8, S. Brincat, M. Bonnett 5, S. De Martino 16, M. Mifsud 2, M. Scicluna, L. Belcher 31, A. Mifsud 2, S. Micallef 8, B. Zammit 2.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 9, C. Riolo, A. Grixti 4, S. Tabone 4, L. Pisani, S. Cutajar 2, L. Pirotta 9, N. Attard, S. Galea, S. Davies, M. Cutajar 9.

Referees: Alfred Carbonaro, Robert Darmanin

 

Hibs 45

Honey Athleta 52

(10-12)(13-14)(18-12)(4-14)

 

Hibs telgħu biex jiddefendu l-unur li rebħu f’dawn l-aħħar erba’ snin kontra Honey Athleta u tilfu fl-ewwel leg bl-iskor ta’ 52-45. Hibs għadhom mingħajr Joselle Cardona u kienet nieqsa wkoll Elena Cassar fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Claire Ciantar u Francesca Farrugia. Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ 4-2 wara erba’ minuti. Athleta wieġbu bi break ta’ 8-0 biex ħadu vantaġġ 10-4 u baqgħu minn fuq sa’ tmiem is-sessjoni 12-10. Huma komplew iżidu l-vantaġġ fil-bidu tat-tieni sessjoni b’sitt punti oħra mingħajr risposta. Athleta wieġbu b’basket minn Khadi Soune Sagna u ieħor ta’ Antoinette Borg għalkemm Aleksandra Ratomska u Leanne Sciberras komplew jagħmlu l-punti tal-Athleta. Wara li Athleta fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 26-19, Hibs kellhom 4 punti minn Antoinette Borg biex Athleta jidħlu jistrieħu 26-23 minn fuq.

It-tielet sessjoni bdiet b’basket ta’ Edwina Vella għall-Athleta pero’ Hibs dehru li se jirkupraw meta għamlu run ta’ 8-0 biex marru fuq quddiem 31-28. Borg għamlet trippla biex żiedet il-vantaġġ tal-Pawlisti flimkien ma’ baskets ta’ Julia Scerri u Hibs temmew is-sessoni 3 punti minn fuq 41-38. Pero’ fil-bidu tal-aħħar perjodu reġgħu kienu Athleta li hasdu lil Hibs b’run ta’ 10-2 fl-ewwel seba’ minuti u marru minn fuq. Hibs sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti tant li għamlu biss żewġ baskets u Athleta għalqu l-partita bil-punti ta’ Ratomska u Marie Claire Cilia rebħu l-ewwel konfront 52-45.

 

Hibs: J. Scerri 6, E. Cassar, R. Scerri, L. Bezzina 4, F. Mifsud, M. Desira 6, L. Micallef, A. Borg 14, N. Mifsud 4, E. Micallef, K. Soume Sagna 11.

Honey Athleta: M.C. Cilia 10, J. Xuereb, L. Calleja 2, L. Sciberras 10, A. Ratomska 20, G. Muscat, E. Vella 6, R. Sciberras, C. Ciantar, C. Mifsud 4.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder

 

Luxol 69

Phoenix Petrus Pizza Qormi 42

(18-6)(16-8)(19-8)(16-20)

 

B’vantaġġ ta’ 25 punt li bnew fl-ewwel leg, Luxol ftit sabu diffikulta biex jkomplu jibnu fuqhu u rebħu wkoll it-tieni leg b’distakk akbar bi skor ta’ 69-42. Huma bdew il-partita b’run ta’ 14 –il punt mingħajr risposta u kien biss fid-disa’ minuta li Phoenix għamlu l-ewwel punti tagħhom minn Brittaney Thomas. Wara li Luxol temmew il-perjodu 18-6 minn fuq, huma fetħu t-tieni sessjoni b’sitt punti oħra minn Greta Zarb u Paula Ellul. Wara iktar punti minn Thomas għal Phoenix, Mollie Williams kompliet twieġeb għall-Luxol flimkien ma’ Kay Portelli biex temmew is-sessjoni 34-14 fuq quddiem.

Fit-tielet perjodu Luxol komplew fejn ħallew u bil-punti ta’ Becky Naudi u Mandi Sciortino għamlu run ta’ 11-0 li għalquha bi trippla ta’ Sarah Pace. Is-sessjoni għalqet b’Luxol minn fuq 53-22 u fl-aħħar perjodu kien hemm ukoll it-trippli ta’ Greta Zarb. Fl-aħħar ħinijiet kien hemm iktar spazju għal Thomas biex iżżid il-punteġġ tagħha u ta’ Phoenix meta għamlet run ta’ 13 –il punt b’żewġ trippli biex Phoenix ġabu l-iskor aktar rispettabbli bil-Luxol jerbħu l-partita 69-42.

           

Luxol: S. Pace 11, M. Sciortino 12, C. Medina 1, B. Naudi 6, J. B. Gaerty, G. Zarb 14, P. Ellul 4, M. Williams 17, D. Muscat, K. Portelli 4, M. Darmanin.

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela, V. Agius 4, M.R. Agius, C. Scicluna, Y. Agius, D. Pace, N. Said, A. Cutajar 8, B. Thomas 28, J. Millo, A. Abdilla, A. Demanuele 2.

Referees: Steve Gouder, Alfred Carbonaro.

 

Starlites Sports Experience 28

Depiro 81

(6-25)(0-23)(13-14)(9-19)

 

Bħal l-partita ta’ qabel din il-logħba kienet deċiża diġa fl-ewwel leg u l-coach ta’ DepiroAdrian Mifsuduża diversi players żgħażagħ li kellhom partita posittiva partikolarment Maria Bonnett u Andrea Mifsud. Depiro bdew b’run ta’ 13-1 u wara li Starlites għamlu  punti permezz ta’ Stephanie Cutajar u Marilou Cutajar, Depiro għalqu s-sessjoni bi 8 punti oħra. It-tieni sessjoni kienet mingħajr storja hekk kif ma kien hemm l-ebda punt minn naħa ta’ Starlites. Depiro għamlu 23 punt biex fl-intervall kienu 48-6 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet iktar bilanċjata tant li Depiro rebħuha biss b’distakk ta’ punt. Il-punti bdew ġejjin fuq kull naħa u wara trippla ta’ Lara Pisani għal Starlites, Depiro wieġbu bi break ta’ 6-1. Lyndsey Pirotta għamlet trippla oħra għal Starlites qabel ma basket ta’ Gaby Mifsud għalaq il-perjodu b’Depiro minn fuq 62-19. Fl-aħħar sessjoni kien hemm break ieħor ta’ 8-2 minn Depiro u wara punti ta’ Pirotta għal Starlites, Depiro għalqu l-partita b’run ta’ 11-4 biex ħarġu rebbieħa 81-28.

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo, A. Grixti 1, S. Tabone, L. Pisani 3, S. Cutajar 2, L. Pirotta 16, N. Attard, S. Galea, S. Davies 1, M. Cutajar 5.

Depiro: C. Camilleri 2, G. Mifsud 6, F. Biancho, S. Brincat, M. Bonnett 15, S. De Martino 18, M. Mifsud 2, M. Scicluna 4, L. Belcher 14, A. Mifsud 5, S. Micallef 6, B. Zammit 9.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

 

Hibs 50

Honey Athleta 47

(13-15)(12-8)(12-12)(13-12)

 

Kif mistenni din kienet l-aktar partita preliminari bilanċjata u l-kwalifikazzjoni kellha tiġi deċiża fl-aħħar ħinijiet. Finalment kienu Athleta li rebħu l-partita 50-47 biex b’hekk kienu huma li kkwalifikaw biex eleminaw lil Hibs li rebħu dan l-unur għal dawn l-aħħar erba’ snin konsekuttivi. Xejn anqas minn rebħa ma kienet se sservi biex Hibs jibqgħu fil-kompetizzjoni u l-l-bidu tagħhom kien inkoraġġanti u wara seba’ minuti kienu 11-47 minn fuq. Pero’ Athleta wieġbu b’punti minn Aleksandra Ratomska u Leanne Sciberras u ppareġjaw fl-aħħar minuta 13-13. Hinbs għalqu s-sessjoni b’basket ta’ Antoinette Borg u Khadi Soune Sagna għamlet basket ieħor fil-ftuħ tat-tieni perjodu. Hawn Athleta għamlu run ta’ 9-1 biex marru 4 minn fuq 22-18. Athleta baqgħu fuq quddiem sal-intervall 25-23 hekk kif Maria Desira għamlet l-aħħar basket tat-taqsima fl-aħħar attakk.

Athleta komplew jinqatgħu mil-avversarji fil-ftuħ tat-tielet sessjoni meta għamlu break ta’ 8-0 u żiedu l-vantaġġ għal 8 punti fis-sitt minuta 33-25. Hibs għamlu sforz ieħor, u b’run ta’ 10-4 naqqsu d-distakk għal basket 35-37. Fl-aħħar sessjoni Hibs reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 3 punti fis-seba’ minuta u kienu biss 4 minn taħt bl-aggregate. Pero punti ta’ Marie Claire Cilia u Ratomska reġgħu taw ftit tan-nifs lil Athleta u minkejja li Borg għamlet trippla għal Hibs, kienu Athleta li ħarġu rebbieħa 50-47 biex għaddew għas-semifinali.

 

Honey Athleta: M.C. Cilia 4, J. Xuereb, L. Calleja, L. Sciberras 9, A. Ratomska 24, G. Muscat, E. Vella 5, R. Sciberras, C. Ciantar, C. Mifsud 8.

Hibs: J. Scerri 2, E. Cassar, R. Scerri, L. Bezzina 8, F. Mifsud, M. Desira 14, L. Micallef, A. Borg 13, N. Mifsud 3, E. Micallef, K. Soume Sagna 7.

Referees: Clive Terribile, Jacques Abeng

 





Leave a comment