Honey Athleta b’rebħa mportanti fuq Hibs Medsea

Wednesday, March 11, 2015, 19:25

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

DHL Phoenix 32

Caffè Moak Luxol 58

(12-18)(9-14)(5-17)(6-9)

Ic-champions Caffè Moak Luxol għelbu lil DHL Phoenix 58-32 biex komplew jippreparaw għall-fażi finali tal-kampjonat li se tibda fil-ġimgħat li ġejjin. Phoenix kellhom diversi players neqsin bħal Francesca Sant, Guliana Torpiano u Justine Busuttil Gaerthy fil-waqt li Luxol kienu mingħajr Steffi De Martino. Luxol bdew il-partita bil-punti ta’ Sarah Pace u trippla ta’ Beverlee Zammit flimkien ma’ Ina Baena. Phoenix kellhom il-punti ta’ Jean Doughty u Stephanie Davies qabel ma Baena kellha trippla għal Luxol li temmew it-taqsima 18-12 minn fuq. It-tieni perjodu fetaħ bi trippla ta’ Monique Caruana għal Luxol. Phoenix kellhom żewġ baskets minn Martha Gatt però Luxol wieġbu bi break ta’ 9-0 fosthom trippla oħra ta’ Caruana biex daħlu jistrieħu 32-21 minn fuq.

Luxol ikkonsolidaw il-vantaġġ tagħhom fit-tielet taqsima meta bdew bi break ta’ 9-0 kollhu minn Pace u Zammit. Phoenix waqqfuhom bi trippla ta’ Doughty iżda Luxol kellhom żewġ trippli oħra minn Baena  u Pace għal skor ta’ 49-26. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat bil-Luxol ikollhom il-baskets taż-żagħżugħa Ocean Visser u rebħu l-partita 58-32.

DHL Phoenix: L. Pace 4, J. Doughty 11, M. Gatt 6, A. Demanuele 6 Y. Agius, S. Davies 5.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 16, B. Zammit 7, M. Caruana 6, I. Baena 10, S. Tabone 2, O. Visser 4, K. Porelli 1, J. Borg Cardona 2, P. Ellul 6, L. Alston 4, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Honey Athleta 55

Hibs Medsea 53

(14-9)(20-16)(10-12)(11-16)

Hibs Medsea ma rnexxielhomx jevitaw ir-raba’ post tal-klassifika biex issa fil-play-offs jiltaqgħu kontra Luxol fil-waqt li li Honey Athleta jiltaqgħu kontra Pavi Depiro. Il-player Serba Jovana Karakesevic fit-tieni dehra tagħha ma ħallietx l-impatt mistenni hekk kif taħt il-board l-Amerikana tal-Athleta Amelia Simmons kienet dominanti. Għal dan pattiet Ema Micallef li spiċċat il-partita b’total sabiħ ta’ seba’ three

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

pointers u kienet hi li fetħet il-partita għall-ewwel punti ta’ Hibs. Athleta wieġbu bi break ta’ 8-2 bil-punti ta’ Simmons u Sammy Jo Barbara. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Christina Grima però Athleta kellhom sitt punti oħra u temmew it-taqsima 14-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-punti tal-Athleta baqgħu ġejjin primarjament minn Simmons u minkejja żewġ trippli ta’ Micallef għal Hibs, f’nofs is-sessjoni Athleta kienu 12 minn fuq 27-15. Hibs kellhom il-punti ta’ Grima u Nadia Mifsud u t-taqsima ntemmet b’basket fuq kull naħa minn Denise Said Hollier u Grima għal skor ta’ 34-25.

Wara l-intervall, Hibs fetħu qawwi bi tlett three pointers konsekuttivi 2 minn Grima u ieħor ta’ Micallef u ġabu l-iskor indaqs 34-34. Il-coach tal-Athleta Ruth Spiteri għajtet time-out u huma kellhom żewġ baskets minn Simmons però Grima wieġbet bi trippla oħra. Athleta għalqu l-perjodu bil-punti ta’ Emma Moore u Simmons biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 44-37. Fl-aħħar taqsima Athleta żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Leanne Sciberras għalkemm Micallef kompliet bi three pointers tagħha għal Hibs. Fl-aħħar żewġ minuti, Athleta kienu għadhom sebgħa minn fuq 55-48 però sofrew ir-rimonta ta’ Hibs bil-punti ta’ Micallef u Karakesevic. Hibs għal darbtejn kellhom l-okkażjoni li jsalvaw il-partita però l-aħħar tentattivi tagħhom ma daħlux biex Athleta rebħu l-partita 55-53 biex aċċertaw ruħhom mit-tielet post.

Honey Athleta: E. Moore 2, L. Pirotta 1, S. Vella, L. Cassar 6, L. Sciberras 6, A. Borg 3, D. Said Hollier 2, A. Simmons 27, R. Sciberras, S.J. Barbara 8, C. Mifsud.

Hibs: E. Micallef 24, E. Cassar, S. Gambino 1, F. Mifsud, J. Xuereb, C. Schiavone, C. Grima 21, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud 4, J. Karakesevic, N. Farrugia, J. Scerri.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

11

10

1

21

661

522

Pavi Depiro

11

7

4

18

701

582

Honey Athleta

12

6

6

18

737

628

Hibs

11

5

6

16

655

622

DHL Phoenix

11

0

11

11

351

751

 

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716





Leave a comment