Hon.Stefan Buontempo iħabbar il-bord il-ġdid tal-KMS

Tuesday, May 7, 2013, 18:52

Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport ħabbar kif se jkun magħmul il-bord il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport. Iċ-Chairperson se jkun Jonathan Barbara, li miegħu se jkollu bħala membri lil Dunstan Attard, Alfred Cachia, Christopher Cocker, Nicholai Gauci, Keith Bartolo u żewġ membri eletti.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo qal li issa li l-bord inħatar, se jsib l-appoġġ kollu meħtieġ biex jaħdem bla heda favur it-tisħiħ tal-kultura sportiva f’pajjiżna.

Il-bord għandu mandat ta’ tliet snin.





Leave a comment