- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hillclimb fix-Xagħra, Għawdex

Posted By Sportinmalta On May 22, 2019 @ 1:25 pm In Featured,Motorsport | No Comments

Għad-dilettanti tal-motorsport, b’mod speċjali dawk kollha dilettanti tal-Hillclimb, nhar il-Ħadd 26 ta Mejju għad-9 ta’ filgħodu fit-telgħa għax-Xagħra Għawdex, ikunu jistgħu jsegwu t-tielet rawnd tal-kampjonat Enemed Hillclimb Championship, organizzat mill-Island Car Club.

L-ewwel rawnd kien seħħ il-Hadd 10 ta’ Marzu fil-Ġnejna u it-tieni rawnd seħħ il-Ħadd 14 ta’ April fl-Mtaħleb. Is-sewwieq Fabio Baldacchino issaportjat minn Tony’s Bar rebaħ l-ewwel żewġ rounds. Fit-tieni rawnd Baldacchino ġie segwit minn Mark Micallef bis-sapport ta Avon Tyres u Mauro Portelli bis-sapport ta Sullivan Maritime.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hillclimb-fix-xaghra-ghawdex/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.