- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibs u Starlites għar-raba’ post…kollox fl-aħħar ġurnata

Posted By sportinmalta1 On March 4, 2014 @ 4:27 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 30

Honey Athleta 38

(11-10)(5-12)(7-10)(7-6)

Partita li minkejja kienet qiegħda tlaqqa lil tal-ewwel ma’ tat-tielet post qatt ma laħqet xi livell għoli fejn spikkaw in-numru ta’ turnovers fuq iż-żewġ naħat. Finalment rebaħ min żbalja l-anqas u Honey Athleta ħarġu rebbieħa 38-30. Pavi Depiro kellhom nieqsa lil Sam Brincat fil-waqt li Athleta rkupraw lil Emma Moore. Depiro kellhom it-three pointers minn Beverlee Zammit fl-ewwel ħinijiet u basket minn Antoinette Borg. Athleta wieġbu bi tlett baskets konsekuttivi minn Ijeoma Ofomata u Leanne Sciberras biex marru minn fuq però Zammit għamlet trippla oħra u Depiro kienu 11-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Depiro kabbru l-vantaġġ wara basket minn Nola Taylor. Però sensiela ta’ turnovers konsekuttivi mic-champions raw lil Athleta japprofittaw u jagħmlu run ta’ 10-2 b’aktar punti minn Ofomata u u Sammy Jo Barbara u daħlu jistrieħu 22-16 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, l-punti komplew ġejjin bil-mod bl-Athleta jkabbru l-vantaġġ għal 11 –il punt. Depiro kellhom risposta miż-żagħżugħa Nicole Agius bi three pointer u free-shot biex is-sessjoni għalqet b’basket ieħor ta’ Ofomata għall-Athleta għal skor ta’ 32-23. Fl-aħħar sessjoni r-ritmu kompla jonqos u Athleta għamlu biss sitt free-throws. Depiro ma rnexxielhomx japprofittaw minn dan u wara li kellhom trippla minn Zammit qatt ma resqu viċin biżejjed tal-avversarji biex Athleta rebħu l-partita 38-30.

Pavi Depiro: N. Agius 4, G. Mifsud, C. Camilleri, M. Bonett 3, D. Sammut, M. Mifsud, A. Borg 2, N. Taylor 8, N. Donoghue, S. Micallef, B. Zammit 13.

Honey Athleta:E. Moore, M.C. Cilia, J. Xuereb, L. Cassar 1, L. Sciberras 5, D. Said Hollier, I. Ofamata 19, E. Vella, A. Demanuele, F. Farrugia 3, S.J. Barbara 6, C. Mifsud 2.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Starlites Naxxar BC 69

Phoenix Petrus Pizza Loyola 34

(18-2)(15-7)(18-8)(18-17)

Kif mistenni Starlites għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Loyola 69-34 u bis-saħħa tar-riżultat tal-partita ta’ wara issa se tkun l-aħħar ġurnata biex tiddetermina min se jagħddi għall-playoffs. It-triq ta’ Starlites hija aktar diffiċli għaliex minbarra li huma jridu jerbħu lil Luxol iridu wkoll jittamaw li Hibs ma jerbħux lil Athleta. Intant, Starlites ħarġu tajjeb u għamlu l-ewwel seba’ punti tal-partita fejn Lindsey Pirotta kellha trippla. Wara żewġ free-throws minn Phoenix, Starlites għamlu run oħra ta’ 10-0 b’aktar punti minn Pirotta  flimkien ma’ Samantha Tabone, Marilou Cutajar u l-Amerikana Renea Phelps. It-tieni perjodu beda b’żewġ baskets fuq kull naħa u wara punti minn Phelps u Tabone Starlites kabbru l-vantaġġ għal 20 punti 26-6. Lejn tmiem il-perjodu Starlites kellhom three pointer minn Justine Busuttil Gaerty fi break ta’ 7-0 biex daħlu jistrieħu 33-9 minn fuq.

Wara l-mistrieħ, Starlites komplew iżidu l-vantaġġ speċjalment wara d-dħul ta’ Maria Desira li kella diversi punti. Busuttil Gaerty kellha trippla oħra f’run ta’ 14-1 għal skor ta’ 51-17 fi tmiem il-perjodu. L-aħħar taqsima kienet iktar bilanċjat hekk kif il-coach Alex Farrugia serraħ il-players regolari u bil-partita deċisiva kontra Luxol f’moħħu. Għal Pheonix kien hemm diversi punti minn Jovana Stancic  foshom trippla li servew l-aktar biex għollewlhom il-punteġġ biex Starlites rebħu l-partita 69-34.

Starlites Naxxar BC: A. Mifsud 3, J. Busuttil Gaerty 8, A. Grixti 2, S. Tabone 18, P. Montanaro, M. Desira 13, R. Phelps 4, L. Pirotta 18, N. Attard, S. Galea, S. Davies 1, M. Cutajar 2.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: L. Pace 1, Y. Agius, M. Gatt 9, M. R. Agius, N. Said 2, N. Said 4,  G. Torpiano, F. Camilleri, J. Stancic 15, M. Bajada 3.

Referees: Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibs 52

Caffè Moak Luxol 71

(17-22)(13-18)(8-18)(14-13)

Friski mis-suċċess fil-finali tas-St. James Hospital Knock out, Caffè Moak Luxol għelbu lil Hibs 71-52 biex saħħew it-tieni post tal-klassifika u ħallew lil Hibs imdendlin sal-aħħar partita biex ikunu jafu d-destin tagħhom fil-play-offs. Luxol bdew bil-punti ta’ Patricia Bright u Paula Ellul però Hibs kellhom risposta mmedjata permezz tal-Amerikana Crystal Woodley. Luxol wieġbu bil-punti ta’ De Martino u Bright però Hibs reġgħu ħadu l-vantaġġ bi tlett baskets oħra ta’ Woodley. Luxol irkupraw u għaqqdu run ta’ 13-4 bi trippli ta’ De Martino u Greta Costa biex temmew l-ewwel sessjoni 22-17 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Luxol komplew jinqatgħu mill-avversarji bi break ta’ 11-2 b’De Martino tagħmel it-tieni trippla tagħha u kien hemm ukoll il-baskets ta’ Bright u Kirsten Baldacchino. Luxol kabbru l-vantaġġ wara trippla ta’ Becky Naudi u basket tal-captain Mandi Mercieca 40-22 iżda fl-aħħar żewġ minuti Hibs għamlu tmien punti mingħajr risposta biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 40-30.

Wara l-intervall, Luxol bdew bit-tielet trippla ta’ De Martino qabel ma Hibs kellhom il-punti ta’ Woodley. Hawn iżda Luxol għamlu break ta’ 11-2 bil-punti ta’ De Martino, Mercieca u Bright u temmew is-sessjoni b’vantaġġ komdu ta’ 20 punt 58-38. Fl-aħħar perjodu, Luxol kellhom run oħra ta’ 8-3 fl-ewwel erba’ minuti biex serrħu rashom mir-riżultat. Hibs kellhom il-baskets minn Woodley u ż-żagħżugħa Julia Scerri u ghalqu l-partita bi trippla ta’ Woodley biex Luxol rebħu l-partita 71-52.

Hibs: E. Micallef 2, E. Cassar, J. Doughty, J. Scerri 9, L. Micallef, N. Mifsud, C. Woodley 33, J. Borg Cardona 8, I. Agius.

Caffè Moak Luxol: M. Caruana, M. Mercieca 6, B. Naudi 5, P. Ellul 2, G. Costa 3, K. Portelli, S. De Martino 24, K. Baldacchino 2, P. Bright 27, M. Darmanin, C. Curmi 2.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Honey Athleta

9

8

1

17

492

350

Caffe Moak Luxol

9

7

2

16

659

411

Pavi Depiro

9

5

4

14

477

380

Hibs

9

4

5

13

501

504

Starlites Sports Experience

9

3

6

12

477

456

Phoenix Petrus Pizza Loyola

9

0

9

9

242

747


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibs-u-starlites-ghar-raba-post-kollox-fl-ahhar-gurnata/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.