Hibs u Siggiewi jisfurzaw it-tielet partita

Tuesday, May 4, 2010, 14:22

minn Colin Schembri

Hibs Medsea 52
Luxol 46

(12-5)(13-15)(11-9)(16-17)

Ghall-darb’ohra dawn iz-zewg timijiet regaw offrew partita kumbattuta. Pero din id-darba ic-champions Hibs Medsea zammew il-vantagg li bnew mill-ewwel sessjoni u hargu rebbieha biex issa se tkun it-tielet partita li trid tiddeciedi jekk Luxol humiex se jerbhu l-ewwel kampjonat mill-1992 jew inkella Hibs izommux it-titlu ghall-hames sena konsekuttiva. Iz-zewg timijiet ipprezentaw l-istess formazzjoni ta gimgha ilu.

Hibs bdew din il-partita kif bdew l-ewwel wahda. Fil-fatt wara li kien hemm basket fuq kull naha Hibs ghamlu break ta 10-0 b’punti minn Joselle Cardona u Lucienne Bezzina. Three pointer ta Beverlee Zammit waqqaf dan il-break tal-Pawlisti pero Hibs xorta temmew l-ewwel sessjoni b’vantagg ta’ 7 punti 12-5. Fl-ewwel finali, Luxol bdew ir-rimonta taghhom fit-tieni sessjoni pero din id-darba ma rnexxilhomx jaghmlu l-istess. Punti ta Alexis Darmanin hallew lil Hibs fuq quddiem ghalkemm Diana Muscat ghamlet il-punti tal-vjola. Trippla ohra ta Zammit giet newtralizzata minn ohra ta Bezzina hekk kif fil-halftime Hibs kienu hamsa minn fuq 25-20.

Wara l-mistrieh Luxol sfurzaw biex inaqqsu d-distakk pero Doreen Micallef bdiet tirrispondi ghall-Hibs biex halliethom fill-kontroll tal-partita. Zammit ghamlet it-tielet thee pointer taghha biex Luxol baqaw vicin ghalkemm issa b’distakk ikbar ta 7 punti fit-tmiem it-tielet sessjoni 36-29. Wara basket inizzjali minn Hibs, wasal l-aqwa mument tal-Luxol li b’run ta’ 8-0 naqqsu d-distakk ghall punt 38-37. Pero hawn harget tajba Joselle Cardona li b’sitt punti konsekuttivi regghat tat vantagg importanti lil Hibs fl-aktar hin krucjali tal-partita. Luxol irrispondew bi trippla ta Steffi De Martino pero l-hin kien kontra taghhom hekk kif ic-champions ikkontrollaw il-pussess fl-ahhar minuti biex hargu rebbieha 52-46.

It-tielet partita se tintlaghab il-Hadd 9 ta’ Mejju fis-2.30 ta wara nofsinhar.

Hibs: Emma Micallef, Elena Cassar, Diane Cassar, Lucienne Bezzina 12, Francesca Tabone, Doreen Micallef 11, Alexis Darmanin 10, Nadia Arrigo, Kirsten Micallef , Joselle Cardona 19.

Luxol: Emma Moore 6, Mandi Sciortino 6, Becky. Naudi, Steffi De Martino 13, Paula Ellul 4, Diana Muscat 6, Lara Chetcuti, Tina Demartino, Beverlee Zammit 11.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

Azzjoni bejn Athleta u Siggiewi - Ritratt Malcolm Sammut - www.msshots.webs.com

Siġġiewi Kent Boringer 56
Athleta Compleet IS 51

(14-15)(16-17)(14-10)(12-9)

Quddiem l-akbar folla tal-istagun bil-partitartji taz-zewg timijiet armati sa snienhom, Siggiewi Kent Boringer rnexxilhom jeghlbu lill-Athleta Compleet IS b’wirja ta karattru fl-ahhar sessjoni biex issa sfurzaw it-tielet loghba. Ma tantx kien hemm bdil fil-formazzjoni taz-zewg timijiet bl-unika bidla jaghmulha Siggiewi b’Don Ross jiehu post ibnu Lee li wegga serjament fl-ewwel partita.

Il-partita mall-ewwel bdiet b’ritmu tajjeb bi three pointer ta Micheal Naudi b’Louis Camilleri jwiegeb ghal Siggiewi. Marco Matijevic pogga lil Siggiewi minn fuq pero sat-tmiem is-sessjoni Athleta dawwru l-iskor favurhom bi three pointer ta Omar Said ghal skor ta 14-15. Sa nofs it-tieni perjodu Siggiewi kienu ghadhom fil-vantagg 22-19 pero Athleta gew lura bi break ta 12-2 li poggijhom 30-24 minn fuq. Dan kien l-ikbar vantagg tul il-partita kollha bis-Siggiewi jergaw inaqqsu d-distakk bi three pointer ta’ Peter Shoults. Sall-mistrieh, Athleta kienu basket minn fuq 32-30.

Fit-tielet perjodu iz-zewg timijiet bdew kontinwament jirrispondu lil xulxin u t-tensjoni bdiet tinhass fuq iz-zewg nahat tal-court. Lejn it-tmiem Matijevic ghamel 4 punti konsekuttivi li bijhom spiccat is-sessjoni b’Siggiewi minn fuq 44-42. L-ahhar sessjoni kienet maqsuma f’zewg fazijiet. Kienu Athleta li kellhom l-ahjar bidu bill-punti ta’ Michael Naudi b’Siggiewi jibdew jitilfu l-players bill-hames foul. L-ewwel ma spicca fouled out kien Adrian Micallef b’Louis Camilleri johrog warajh. Three pointer ta Etienne Bezzina rega ta 5 punti vantagg lill Athleta 51-46. Pero dan kien l-ahhar basket tal-Athleta u Siggiewi bill-grinta ta Peter Shoults u l-punti ta Matijevic regaw dawwru l-iskor f’run ta 10-0 li tathom ir-rebha 56-51.

It-tielet partita li issa tiddeciedi l-kampjonat tintlaghab il-Hadd 9 ta Mejju fl-4.15 ta wara nofsinhar.

Siġġiewi: Peter Shoults 22, JohnPaul Antoncic, Louis Camilleri 6, Elton Baldacchino, Eman Xuereb, Alex Tabone 4, Karl Borg 2, Adrian Micallef 3, Don Ross, Antoine Costa, Jide Jetson 3, Marco Matijevic 16.2

Athleta: Michael Naudi 15, Cameron Doughty 3, Etienne Bezzina 3, Michael Giusti, Chris Galea, Omar Said 16, Clayton Calleja, Addison Bonnici 12, Jonathan Zammit, Silvio Cassar 2.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Jean Paul Sammut.





Leave a comment