Hibs u Mellieħa jibdew il-play-offs bir-rebħ

Monday, March 2, 2015, 19:42

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Hibs 77

St. Nicholas Suns 51

(10-9)(19-21)(21-9)(27-12)

Hibs bdew il-play-offs b’rebħa fuq ic-champions

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

St. Nicholas Suns f’partita li kienet bilanċjata sa’ ftit minuti mit-tmiem tat-tielet sessjoni meta mbagħad Hibs ikkonfermaw il-qawwa tagħhom. Adrian Pace żdied ma’ Reno Camilleri u Alex Bianchi fil-lista tal-players indisposti għal Suns. Hibs kienu 6-3 minn fuq fl-ewwel ħinijiet b’punti minn Fabrizio Mariani, Stefan Vella u Kieron Caruana. Hawnhekk Suns kellhom 5 punti konsekuttivi minn Hubert Agius u Robert Mercieca però Hibs temmew is-sessjoni minn fuq 10-9 wara punti minn Vella u Mariani. Suns bdew tajjeb ħafna fit-tieni sessjoni meta għamlu break ta’ 19-4. Huma kellhom it-trippli ta’ Michael Barberi u Simon Cauchi flimkien mal-punti ta’ Mercieca u Lee Grech. Wara time-out magħjjat mill-coach ta’ Hibs Ruben Baldacchino, il-Pawlisti wettqu reazzjoni mill-aqwa b’run ta’ 14-0 bi trippli ta’ Caruana u Luke Farrugia. Huma ħadu vantaġġ ta’ punt però żewġ free-throws ta’ Grech raw lil Suns jidħlu minn fuq 30-29.

Wara l-intervall, Hibs bdew iżidu l-vantaġġ fejn kellhom it-three pointers ta’ Mariani u Simon Attard. Agius u Grech wieġbu għal Suns li waslu sa’ basket ‘l bogħod 39-41. Hawn Hibs kellhom run oħra ta’ 9-0 li bdewha bi trippla ta’ Caruana għal skor ta’ 50-39. Fl-aħħar perjodu Hibs ikkonfermaw il-potenzjal tagħhom meta kellhom break qawwi ta’ 17-2 b’żewġ three pointers ta’ Farrugia u ieħor ta’ Attard li flimkien ma’ Caruana għamlu l-punti f’din ir-run. Huma komplew jikkontrollaw u kellhom trippla oħra minn Adrian Baldacchino u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 77-51.

Hibs: M. Giusti, M. Humpton, A. Baldacchino 3, L. Farrugia 15, S. Attard 11, G. Agius, K. Caruana 16, M. Roomets, K. Sultana, S. Vella 11, F. Mariani 19, R. Cortis 2.

St. Nicholas Suns: S. Borg, R. Camilleri, L. Grech 18, H. Agius 12, M. Barberi 5, K. Scicluna 3, R. Mercieca 10, S. Cauchi 3, L. Camilleri.

Referees: Clive Terribile, Selcan Rowles.

Mellieħa Mr. Green 61

Phoenix Frank Salt 60

(8-6)(13-11)(16-16)(18-22)(6-5)

Mellieħa Mr. Green ukoll bdew is-semifinali tagħhom b’rebħa

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

meta għelbu lil Phoenix Frank Salt 61-60 wara l-ħin barrani. Phoenix kellhom lil Francesco Nicastro jieħu post Matthew Fenech. Phoenix għadhom ifttitxu l-ewwel rebħa fuq Mellieħa dan l-istaġun u għandhom ċans ieħor li jagħmlu dan fit-tieni semi-finali. Fl-ewwel sessjoni l-punti ġew bil-mod u kienu Mellieħa li bdew tajjeb bi tmien punti konsekuttivi b’żewġ trippli ta’ Rihards Polis u basket minn Clint Grixti. Phoenix wieġbu b’żewġ baskets ta’ Daniel Cuenca u Jonathan Ransley għal skor ta’ 8-6. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni kien hemm baskets fuq kull naħa qabel ma Mellieħa kellhom erba’ baskets konsekuttivi ta’ Emanuel Lupo. Ransley wieġeb għal Phoenix però Polis għamel trippla oħra u fetaħ vantaġġ ta’ 11 –il punt għal Mellieħa 21-10. Hawn Phoenix ġew lura bil-punti ta’ Ransley, Rueben Curmi u trippla ta’ Antoine Costa għal skor ta’ 21-17.

Fit-tielet taqsima, ż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin biex Mellieħa żammew vantaġġ ta’ 5 punti. Phoenix irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs wara żewġ trippli ta’ Cuenca u Costa 29-29. Robert Loporto u Polis poġġew lil Mellieħa minn fuq u għalkemm Phoenix kellhom ir-risposta minn Christian Briffa, trippla ta’ Michel Farrugia poġġiet lil Mellieħa minn fuq 37-33 fl-aħħar taqsima. Mellieħa bdew l-aħħar taqsima bu trippla ta’ Loporto u basket ta’ Grixti. Phoenix irrispondew bi break ta’ 15-2 fejn kellhom tlett trippli ta’ Costa u marru 4 minn fuq 48-44. Huma żammew dan il-vantaġġ għal xi ħin qabel ma Mellieħa ġabu l-iskor indaqs b’baskets ta’ Lupo u Polis. Fl-aħħar sekonda, Briffa poġġa lil Phoenix minn fuq però 0.03 ta’ sekonda mit-tmiem, Costa wettaq foul fuq Polis bil-Latvjan ta’ Mellieħa jagħmel free-throw minn tnejn biex sforza l-ħin barrani fuq skor ta’ 55 punt kull team. Fil-ħin barrani l-biża’ żammet liż-żewġ timijiet il-bogħod mill-punti. Costa kellhu trippla biex Phoenix marru minn fuq però Grixti għamel il-basket tar-rebħa għal Mellieħa hekk kif in-naħa l-oħra Ransley tilef l-aħħar okkażjoni għal skor finali ta’ 61-60.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 10, M. Farrugia 6, J. Muscat, S. Aquilina, R. Polis 20, R. Loporto 10, J. Stupka, J. Aquilina, E. Lupo 14, I. Terribile, B. Soler 1, P. Magro.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi, L. Bugelli, D. Pisani, R. Curmi 2, D. Debattista, F. Nicastro, C. Camenzuli, D. Cuenca 13, C. Briffa 8, A. Costa 22, J. Ransley 15, A. Toompere.

Referees: Emanuel Mangani, Luis Abuin.

Ritratti: Ritratti: Andrew Large: MCP Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716





Leave a comment