Hibs u Luxol jibqgħu fill-quċċata

Wednesday, October 20, 2010, 10:43

minn Colin Schembri

Guzelpinar Imtarfa 36
Starlites Sports Experience 38

(15-9)(9-8)(3-8(9-13)

Iż-żewġ timijiet kienu qiegħdin ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom f’dan l-istaġun. Wara basket inizjali ta’ Mtarfa minn Nicola Said, Starlites wieġbu bi 8 punti wara xulxin fosthom żewġ three pointers ta’ Lara Pisani. Mtarfa rrispondew b’run ta’ 11-0 li bdewha b’żewġ trippli ta’ Martha Gatt u temmew l-ewwel sessjoni 15-9 minn fuq. |ewġ baskets ta’ Martina Scicluna ħallew lill-Imtarfa 19-11 minn fuq pero’ Starlites b’run ta 4-0 u naqqsu d-distakk għal 4 punti 19-15. Mtarfa għalqu l-perjodu bi break żgħir ta’ 5-2 u daħlu jistrieħu 24-17 minn fuq.

Mtarfa kienu għadhom 7 minn fuq f’nofs it-tielet perjodu 27-20. Starlites għajtu time out u tejjbu l-logħob tagħhom u għamlu 5 punti konsekuttivi u resqu sa basket il-bogħod 27-25. Fl-aħħar sessjoni il-punti kienu skarsi għal-ewwel u wara sitt minuti Mtarfa kienu għadhom basket minn fuq 30-28. Il-vantaġġ beda jinbidel fuq kull naħa u fl-aħħar żewġ minuti Mtarfa kienu 33-32 minn fuq. |ewġ baskets ta’ Marylou Cutajar kienu deċisivi għax taw vantaġġ ta’ 3 punti lil Starlites u minkejja ta’ Gaby Mifsud fl-aħħar 9 sekondi, Starlites rebħu l-partita 38-36.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 9, R. Sammut, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 7, M. Mifsud 4, M. Agius, N. Said 2, G. Santillo 3, F. Borg , M. Scicluna 9, G. Mifsud 2 Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 1, A. Grixti 5, S. Tabone 4, L. Pisani 8, C. Spiteri 11, S. Davies, L. Pirotta, N. Attard, C. Scicluna, M. Cutajar 9
Referees: Stephen Micallef, Jennifer Mangani

McDonalds Depiro 69
St. Andrews 29

(15-3)(18-11)(17-13)(19-2)

McDonalds Depiro kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil St. Andrews b’distakk ta’ 40 punt 69-29. Huma fetħu tajjeb biex wara li marru 5-3 minn fuq, għamlu run ta’ 10-0 b’Sarah Pace u Kaila Agius jagħmlu l-punti u temmew l-ewwel sessjoni 15-3 minn fuq. Fit-tieni perjodu kellna basket fuq kull naħa qabel ma waslet run oħra ta 10-2 minn Depiro li biha fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 29-9. Elaine Cachia bdiet twieġeb għal St. Andrews pero sall-half time Depiro kienu 19 minn fuq 33-14.

L-istess Cachia għamlet żewġ baskets tat-tielet sessjoni b’Depiro jerġgħu iwieġbu b’Agius u Pace din tal-aħħar bi trippla. Depiro kienu 23 minn fuq 50-27 fit-tmiem is-sessjoni u fetħu r-raba’ waħda b’run oħra ta’ 12-0. Il-partita ġiet fi tmiemha bit-tieni trippla ta’ Pace għal skor finali ta McDonalds Depiro 69 St. Andrews 29.

McDonalds Depiro: S. Pace 21, J. Xuereb, A. Mifsud 1, M. Bonett, F. Biancho 3, J. Busuttil Gaerty 6, A. Borg 12, C. Sammut 6, E. Vella, S. Micallef, K. Agius 20
St. Andrews: R. De Martino, T. Pace Decesare, J. Calleja 8, N. Scicluna, R. Magro 2, M. Caruana, J. Mangion 4, E. Cachia 8, I. Galea, M. De Martino 7
Referees: Clive Terribile, Brian Sly

Luxol 50
Athleta 31

(13-9)(16-6)(13-4)(8-12)

Luxol kisbu t-tielet rebħa minn tlett partiti fill-kampjonat kontra Athleta 50-31. Beverlee Zammit fetħet l-iskor għall-Luxol bl-Athleta jwieġbu b’run ta’ 6-0. Imbagħad kienu Luxol bill-punti ta’ Mandi Sciortino u sat-tmiem is-sessjoni fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 13-9. Il-Luxol fetħu t-tieni perjodu b’run ta’ 7-0 qabel ma’ Athleta reġgħu naqqsu d-distakk bi break ta’ 6-0. Sciortino u Steffi De Martino għamlu l-aħħar punti qabel il-halftime għall-Luxol li daħlu jistrieħu 29-15 minn fuq.

It-tielet perjodu kien dominat mit-team imexxi minn Val Drury. Wara li Leanne Sciberras għamlet l-ewwel basket ta’ Athleta, trippla minn Zammit fetħet run ta 11-0 minn Luxol li komplew jinqataw mill-avversarji. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata fejn wara li Luxol għamlu 4 punti konsekuttivi, Athleta li wieġbu b’run ta’ 6-0. Kay Portelli għamlet l-aħħar free-throw għall-Luxol li għaqqdu l-ħamsin punt f’rebħa ta 50-31.

Luxol: E. Moore, M. Sciortino 9, L. Serge 2, B. Naudi 2, K. Portelli 1, S. De Martino 15, M. De Martino, P. Ellul 4, D. Muscat, L. Chetchuti, E. Grech 3, B. Zammit 14
Athleta: R, Sciberras, L, Pace, D, Jager, L. Calleja, L. Sciberras 12, M. Azzopardi Duca 3, M. Azzopardi, G, Muscat 2, C. Galea 2, F. Farrugia, K. Busuttil 2, C. Mifsud 10
Referees: Clive Terribile, Brian Sly

Hibs Medsea 85
Alyssa Ashley Loyola 25

(25-5)(21-8)(12-8)(21-4)

Partita iddominata nettament mic-champions Hibs Medsea li b’hekk huma wkoll kisbu t-tielet rebħa minn tlett partiti u laħqu lill Luxol b’sitt punti. Wara li Loyola għamlu l-ewwel basket tall-partita minn Sammy Jo Barbara, Hibs għamlu 21 punt mingħajr risposta b’diversi players jagħmlu l-punti. Basket tal-captain Lucienne Bezzina għalaq is-sessjoni bill-Hibs 25-5 minn fuq. Hibs komplew jiddominaw fit-tieni perjodu u bi three pointers ta’ Kirsten Micallef u Francesca Tabone kienu 38-9 minn fuq f’nofs is-sessjoni. Loyola wieġbu bill-punti ta’ Martha Gatt u basket ieħor ta’ Barbara imma kienet Emma Micallef li għalqet il-perjodu għal Hibs bi trippla fuq skor ta’ 46-13.

Three pointer ieħor mill-istess player fetaħ it-tielet perjodu bill-Hibs ikomplu jkabbru d-distakk b’run oħra ta’ 13-2. Fl-aħħar sessjoni kien hemm spazju għall-iktar three poiners mic-champions u punti minn Bezzina għal skor finali ta’ 85-25 favur Hibs.

Hibs Medsea: E. Micallef 9, E. Cassar 5, M. Zammit, L. Bezzina 22, F. Tabone 6, D. Micallef 6, N. Arrigo 8, K. Micallef 13, J. Cardona 16
Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty, F. Schembri 4, M. Gatt 6, R. Spiteri 7, P. Montanaro, K. Borg, F. Camilleri , S.J. Barbara 6, K. Gouder 2
Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly





Leave a comment