- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibs u Luxol jibdew il-play-offs bir-rebħ

Posted By sportinmalta1 On April 20, 2018 @ 5:06 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Finalment setgħu jibdew is-semifinali tal-play-offs tal-kampjonat Mapfre MSV Life tan-nisa wara li l-bidu tagħhom kien ġie sospiż mill-MBA sakemm il-każ jiġi deċiż minn Bord ta ‘Arbitraġġ. Numru ta ‘klabbs sussegwentement sejħu għal EGM li matulha l-maġġoranza tal-klabbs ivvotaw favur li l-Play-offs għandhom jibdew, skont il-klassifika fit-tmiem tal-istaġun regolari, filwaqt li jirrikonoxxu, fl-istess ħin, li kollox huwa suġġett għad-deċiżjoni li għandha tittieħed mis-smigħ tal-Arbitraġġ. Ġie deċiż ukoll mill-klabbs kollha li kwalunkwe deċiżjoni mill-Bord ta ‘l-Arbitraġġ tkun deċiżiva u finali.

Hibernians 72

Starlites GIG 55

(15-5)(15-18)(19-14)(23-18)

Hibs taw sinjal ċar tal-intenzjonijiet tagħhom meta fl-ewwel semi-finali tal-play-offs għelbu lil Starlites GIG 72-55. Starlites qatt m’għelbu lil Hibs fis-seba’ konfronti ta’ qabel u l-Pawlisi reġgħu kkonfermaw il-qawwa tagħhom. Hibs kellhom bidu qawwi meta bdew il-partita bi break ta’ 15-2 fejn Samantha Brincat kellha tlett three pointers flimkien ma’ baskets ta’ Elena Cassar u Silvia Gambino. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn Patricia Arguello għal skor ta’ 15-5. Fit-tieni perjodu Starlites bdew jirkupraw u kellhom żewġ trippli ta’ Arguello. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Rachel Kehoe, Sophie Abela u Maria Said biex baqgħu 8 minn fuq 21-13. Hawn Starlites għamlu 8 punti mingħajr risposta minn Arguello u Kirsty Galea biex għamlu l-iskor indaqs b’Sandro Farrugia jagħjjat time-out. Dan għen lil Hibs jirkupraw u jagħmlu run ta’ 9-0 minn Brincat, Cassar u Julia Scerri u daħlu jistrieħu 30-23 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu, Starlites komplew iżidu l-isforzi tagħhom u punti minn Arguello, Galea u Mikela Riolo rawhom inaqqsu d-distakk għal 3 punti 35-38. Hawn però Hibs kellhom mument ieħor tajjeb b’run ta’ 11-0  b’baskets minn Silvia Gambino, Scerri u Kehoe u temmew is-sessjoni 49-37 minn fuq. L-aħħar sessjoni fetħet bill-punti ta’ Abela u Scerri għal Hibs b’Michela Zammit Cordina twieġeb bi trippla għal Starlites. Hibs komplew b’run ta’ 8-2 biex żiedu l-vantaġġ għal 21 punt u kellhom kontroll tal-partita minkejja trippla ta’ Galea għal Starlites biex ħadu l-ewwel rebħa 72-55.

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 9, S. Gambino 8, S. Brincat 18, I. Agius 2, J. Abela, S. Abela 9, K. Caruana 2, N. Farrugia, R. Kehoe 13, M. Said 2, J. Scerri 9.

 

Starlites GIG: M. Zammit Cordina 3, K. Galea 9, J. Doughty, S. Farrugia, H. Acreman 9, I. Ruiz Villar 5, M. Riolo 2, L. Pirotta, P. Arguello 23, M. Cutajar 2, S. Davies, A. Lupo 2.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Caffè Moak Luxol 55

Gżira Athleta 43

(14-11)(15-17)(12-4)(14-11)

Ic-champions Caffè Moak Luxol bdew it-triq tagħhom biex

Ritratt: Wally Galea

jiddefendu t-titlu b’rebħa kontra Gżira Athleta 55-43. Luxol kienu għal darb’oħra mingħajr Christina Grima li mistennija titlef il-kumplament tal-istaġun. Athleta kienu bl-aqwa formazzjoni possibli fejn inkludew mill-ġdid lil Marina Beltri. Luxol għassew sew taħt il-boards lil Amerikana Amelia Simmons fil-waqt li Julia Schembri iddefendiet lil Sarah Pace u llimitata għal żewġ free-throws biss fl-ewwel żewġ sessjonijiet. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 6-2 però Luxol bdew jirrispondu bil-punti ta’ Christina Curmi u Cristina Sollami biex marru 14-7 minn fuq. Qabel intemmet it-taqsima, Athleta kellhom il-punti minn Antoinette Borg u Simmons għal skor ta’ 14-11. Fit-tieni perjodu Athleta kellhom l-aħjar bidu megħjjuna sew mit-three pointers tagħhom minn Schembri u Beverlee Zammit u marru minn fuq 22-16. Wara time-out, Luxol irkupraw u kellhom il-punti tal-Amerikana Maria Brown flimkien ma’ trippla ta’ Sollami. Punti minn Leane Sciberras ħallew lill-Athleta fuq quddiem iżda Luxol għamlu l-aħħar 5 punti tas-sessjoni biex daħlu fuq quddiem 29-28.

Wara l-intervall Athleta sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti tant li kellhom biss erbgħa. Luxol ninn naħa l-oħra bdew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Pace, Sollami u Martina Darmanin u temmew is-sessjoni 9 minn fuq 41-32. Fl-aħħar perjodu Athleta ppruvaw jirkupraw bil-punti ta’ Simmons u Sharon Vella. Huma rnexxielhom jaslu sa’ 4 punti ‘l bogħod 43-47 iżda żewġ baskets ta’ Pace reġgħu taw vantaġġ komdu lic-champions li baqgħu jikkontrollawh sat-tmiem.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 14, Ni. Vella, No. Vella 4, K. Portelli 2, L. Caruana Montaldo, M. Brown 7, C. Solllami 13, M. Darmanin4, C. Curmi 11.

 

Gżira Athleta: N. Borg, B. Zammit 3, N. Hili, M. Beltri, L. Duncan 10, A. Simmons 17, D. Said Hollier, A. Borg 2, J. Schembri 3, S. Vella 8, E. Pace, C. Mifsud.

Referees: Gordon Barbara, Tuomas Mantere, Miklos Rajzki


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibs-u-luxol-jibdew-il-play-offs-bir-rebh/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.