Hibs u Honey Athleta jibqgħu b’punti massimi

Tuesday, December 3, 2013, 9:53

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 52

Caffè Moak Luxol 60

(10-9)(14-13)(11-22)(17-16)

Caffè Moak Luxol għamlu nofs il-punti li għamlu fl-aħħar ħarġa tagħhom iżda kienu biżżejjed għalijhom biex jagħtu t-tieni telfa konsekuttiva lic-champions Pavi Depiro meta għelbuhom 60-52. Il-partita kienet missielta għal ħin twil u kellha tkun run deċisiva fit-tielet sessjoni li xaqilbet il-partita favur Luxol. L-ewwel sessjoni fetħet b’baskets fuq kull naħa qabel ma Depiro kisbu punti konsekuttivi minn Maria Bonett u Antoinette Borg u marru 10-4 minn fuq. Luxol wieġbu b’basket ta’ Patricia Bright u trippla ta’ Greta Costa u naqqsu d-distakk għal punt 10-9. Fit-tieni perjodu Luxol fetħu tajjeb b’aktar punti minn Costa u Bright u marru 4 minn fuq 14-10. Depiro wieġbu fir-raba’ minuta bi trippla ta’ Borg u punti ta’ Joncelyn Peterkin f’run ta’ 10-3 bi Steffi De Martino tagħmel trippla għal Luxol. Luxol ippareġjaw bil-punti ta’ Bright però freethrows ta’ Peterkin taw il-vantaġġ lil Depiro 24-22 fi tmiem il-perjodu.

Luxol reġgħu ħadu vantaġġ fit-tielet taqsima b’aktar punti ta’ Bright u Mandi Mercieca 29-26 għalkemm fit-tielet minuta trippla ta’ Brincat ippareġjat il-partita mill-ġdid 29-29. Wara basket fuq kull naħa, Luxol għamlu break deċisiv ta’ 11-0 bi trippla ta’ Costa biex marru 11 minn fuq 42-31. Depiro kellhom żewġ baskets minn Brincat u Peterkin iżda Luxol kienu għadhom 44-35 minn fuq. Wara basket ta’ Peterkin fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Luxol kellhom sitt punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Costa. Wara freethrows ta’ Borg għal Depiro, Costa kellha trippla oħra biex il-vantaġġ ta’ Luxol kiber għal 14 –il punt 53-39. L-aħħar sforz tac-champions isarraf fi tlett trippli minn Brincat u Beverlee Zammit biex 39 sekonda mit-tmiem il-vantaġġ ta’ Luxol niżel għal 6 punti 56-50. Depiro bdew jagħmlu l-fouls biex iwaqqfu l-arloġġ iżda Luxol għamlu l-freethrows biex żammew il-vantaġġ sat-tmiem 60-52.

 

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, J. Peterkin 18, S. Brincat 13, M. Bonett 6, M. Scicluna, M. Mifsud, A. Borg 10, N. Donoghue, D. Sammut, S. Micallef, B. Zammit 5.

Caffè Moak Luxol: K. Baldacchino 1, M. Mercieca 6, I. Medina, B. Naudi, P. Ellul, G. Costa 15, K. Portelli, S. De Martino 17, M. Caruana, P. Bright 21, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Steve Gouder, Teemu Helenius

Phoenix Petrus Pizza Loyola 20

Honey Athleta 79

(3-23)(5-9)(4-27)(8-20)

Honey Athleta ma kellhomx diffikulta biex jiksbu t-tielet rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Loyola. Loyola kienu mingħajr Martha Abela u Abigail Sciberras fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Claire Ciantar  u Chantelle Mifsud hekk kif irritornaw Emma Moore u Marie Claire Cilia. Il-partita bdiet b’dominju minn Athleta li fl-ewwel disa’ minuti li għamlu 21 punt mingħajr risposta. Huma kellhom fost l-oħrajn baskets minn Ijeoma Ofomata, Leanne Sciberras u Marie Claire Cilia. Fl-aħħar minuta waslu l-ewwel punti ta’ Phoenix bi trippla ta’ Melania Bajada biex is-sessjoni għalqet bl- Athleta fuq quddiem 23-3. It-tieni sessjoni kienet nieqsa mill-punti hekk kif Phoenix bdewha bi trippla oħra ta’ Bajada. Athleta wieġbu bil-baskets ta’ Emma Moore u Lonnecke Cassar u fl-intervall kellhom vantaġġ ta’ 24 punt 32-8.

Wara l-intervall, Athleta reġgħu komplew jiddominaw il-partita hekk kif huma kisbu l-ewwel tlett baskets minn Ofomata u Sciberras. Għal Phoenix kien hemm żewġ baskets minn Martha Gatt iżda minn hemm ‘l quddiem kien hemm biss il-punti tal-Athleta.  Huma kellhom run oħra ta’ 21-0 fejn għal darb’oħra spikkaw Ofomata u Sciberras u flimkien magħhom kien hemm ukoll il-punti ta’ Marusca Azzopardi Duca u Raissa Sciberras. Fl-aħħar sessjoni kien hemm aktar punti minn Athleta fl-ewwel erba’ minuti minn Casar u Cilia. Phoenix kellhom basket ta’ Yanika Agius qabel ma Athleta għamlu break ieħor ta’ 8-0. Il-partita ntemmet b’baskets fuq kull naħa biex Athleta rebħu l-partita 79-20.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: L. Pace 2, I. Dordevic, Y. Agius 4, M. Gatt 4, J. Millo 2, M. Bajada 8, G. Muscat, F. Camilleri.

Honey Athleta: E. Moore 5, M.C. Cilia 6, J. Xuereb 2, L. Cassar 10, L. Sciberras 13, M. Azzopardi Duca 4, I. Ofamata 23, A. Demanuele 4, R. Sciberras 2, F. Farrugia 2, S.J. Barbara 4, E. Vella 4.

Referees: Steve Gouder, Emanuel Mangani.

Starlites Sports Experience 62

Hibs 66

(6-14)(12-20)(24-12)(20-20)

Hibs dehru resqin lejn rebħa faċli fuq Starlites Sports Experience meta fit-tielet sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 18 –il punt iżda kellhom isofru r-rimonta ta’ Starlites u l-partita żviluppat f’waħda ferm missielta u baqgħet miftuħa sal-aħħar sekondi. Sa nofs l-ewwel sessjoni Hibs kienu 7-2 minn fuq wara punti ta’ Cyrstal Woodley, Elena Cassar u Joselle Borg Cardona b’din tal-aħħar pero kellha tħalli l-partita b’injury. Għal Starlites l-uniku basket ġie minn Renea Phelps biex Hibs temmew is-sessjoni 14-6 minn fuq. Starlites bdew aħjar fit-tieni perjodu u naqqsu d-distakk b’baskets minn Phelps u Maria Desira. Hawn Hibs għamlu run ta’ 12-2 bi trippli ta’ Emma Micallef u Woodley biex fetħu vantaġġ ta’ 14 –il punt 26-12. Il-punti ta’ Starlites baqgħu ġejjin minn Phelps iżda Hibs għalqu s-sessjoni b’seba’ punti oħra bi trippla oħra ta’ Micallef u baskets minn Woodley u Alexis Cutajar biex daħlu jistrieħu 34-18 minn fuq.

Wara l-intervall, Hibs żiedu d-distakk għal 18 –il punt wara trippla minn Woodleu 40-22. Hawn Hibs donnhom irilassaw hekk kif setgħu ħasbu li rebħu l-partita u dan wassal biex Starlites jibdew ir-rimonta tagħhom. Punti konsekuttivi minn Samantha Tabone, Desira u Phelps raw lil Starlites jagħmlu run ta’ 12-0 u naqqsu d-distakk għal sitt punti 3-40. Basket ta’ Cassar waqqfilhom din ir-run iżda Phelps għamlet sitt punti oħra u basket biss kien jifred liż-żewġ timijiet. Sa’ tmiem it-taqsima Hibs żiedu l-vantaġġ wara punti minn Cassar u r-raba’ taqsima bdiet bil-Hibs fuq quddiem 46-42. Starlites baqgħu kontinwament jiġru wara l-avversarji dejjem bil-punti ta’ Phelps iżda qatt ma rnexxielhom idawwru l-iskor. Basket minn Marilou Cutajar poġġijhom punt taħt l-avversarji 56-57 iżda Woodley u Cutajar reġgħu kabbru d-distakk. Fl-aħar minuta Hibs żammew sod il-vantaġġ li kellhom grazzi wkoll għall-freethrows ta’ Woodley u Micallef biex ħarġu rebbieħa 66-62.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, J. Busuttil Gaerty, A. Grixti, S. Tabone 4, P. Montanaro, M. Desira 10, R. Phelps 37, L. Pirotta 5, S. Galea, C. Sammut, S. Davies, M. Cutajar 6.

Hibs: E. Micallef 12, E. Cassar 16, J. Doughty, R. Scerri, F. Mifsud,  J. Scerri, L. Micallef, A. Cutajar 13, N. Mifsud 2, C. Woodley 21, J.Borg Cardona 2, I. Agius.

Referees: Steve Gouder, T. Helenius.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Honey Athleta

3

3

0

6

180

106

Hibs

3

3

0

6

193

148

Caffe Moak Luxol

3

2

1

5

225

125

Pavi Depiro

3

1

2

4

146

143

Starlites Sports Experience

3

0

3

3

135

157

Phoenix Petrus Pizza Loyola

3

0

3

3

75

275





Leave a comment