Hibs u Depiro jerbħu fid-debutt tagħhom

Monday, October 30, 2017, 17:24

St. James Hospital Shield Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Balkan Fusion 69

Marvels Power Plus 54

(16-12)(17-9)(14-9)(22-24)

Balkan Fusion kisbu t-tieni rebħa tagħhom kontra Marvels Power Plus 69-54. Huma żiedu lil Zika Stankovic fl-iskwadra tagħhom fil-waqt li Marvels kienu bl-istess formazzjoni ta’ ġimgħa qabel. Marvels kellhom l-isfortuna li jitilfu 3 players bil-fouls spiċċaw jilgħabu bi tlett players. Balkan fetħu bi trippla ta’ Stankovic u marru 8-2 minn fuq. Ir-risposta ta’ Marvels waslet minn Nicola Guida qabel ma Balkan żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Nemanja Radicevic. Guida u Darren Debattista ressqu lil Marvels punt ‘l bogħod b’Balkan jagħlqu s-sessjoni bi tlett punti għal skor ta’ 16-12. Fit-tieni perjodu, Balkan fetħu bil-punti ta’ Bogdan Ilic u Slavko Opojevlic. Guida rrisponda għal Marvels flimkien ma’ Darryl Pisani u għal darbtejn naqqsu d-distakk għal ħames punti. Qabel l-intervall, Balkan kellhom sitt punti mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 33-21 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa biex Balkan żammew il-vantaġġ stabbli 35-26. Hawn Balkan kellhom run ta’ 12-4 bi trippli minn Ilic u Perunicic għal skor ta’ 47-30. Fl-aħħar sessjoni Marvels bdew jitilfu l-players hekk kif tkeċċa Debattista però b’wirja qalbiena kellhom run ta’ 10-0 biex naqqsu d-distakk għal 8 punti 40-48. Marvels tilfu player ieħor però b’erba’players komplew jitħabtu u punti konsekuttivi ta’ Guida wassluhom sa’ tlett punti ‘l bogħod. Hawn iżda spiċċa fouled out ukoll Christian Briffa u Marvels ma setgħux iwaqqfu iktar l-attakki ta’ Balkan li għalqu l-partita b’run ta’ 13-0 u ħarġu rebbieħa 69-54.

Balkan Fusion: B. Ilic 22, A. Perunicic 19, Z. Stankovic 6, N. Bukva 4, V. Lekovic, S. Opojlevic 5, N. Radicevic 13, M. Stjepanovic.

Marvels Power Plus: N. Guida 32, D. Pisani 6, R. Curmi 2, D. Debattista 2, A. Morris, C. Briffa 4, A. Toompere 8.

Referees: Gordon Barbara, Igor Marjanovic.

Gżira Athleta 65

Starlites GIG 54

(11-19)(23-8)(22-13)(9-14)

Żewġ runs fit-tieni u t-tielet sessjonikienu strumentali għal Gżira Athleta biex jieħdu t-tieni rebħa fis-shield kontra Starlites 65-54. Kienu Starlites li kellhom l-aħjar bidu bil-punti ta’ Miguel Falzon u Ryan Carabot li kellhu wkoll trippla. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Francesco Mifsud Bonnici però Starlites baqgħu fuq quddiem wara baskets ta’ Carabott 19-11. Athleta fetħu t-tieni sessjoni bit-tieni trippla ta’ Nathan Xuereb u wara basket ieħor minn Carabott għal Startlies, waslet l-ewwel run importanti minn Athleta ta’ 11 –il punt mingħajr risposta biex marru fuq quddiem. Starlites kellhom risposta minn Anthony Schembri u Falzon qabel ma Athleta żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Mifsud Bonnici u trippla oħra ta’ Xuereb biex daħlu jistrieħu 34-27 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni iż-żewġ timijiet kellhom żewġ baskets kull wieħed però mbagħad Athleta komplew b’run ta’ 13-2 hekk kif Mifsud Bonnici u Stefan Vincic ikkombinaw tajjeb bejniethom u l-vantaġġ ta’ Starlites kiber għal 16 –il punt 56-40. Fl-aħħar sessjoni l-logħob kien aktar maqsum hekk kif il-coach ta’ Athleta Peter Farrugia ta spazju lil xi players minn fuq il-bank. Starlites approfittaw u għalqu l-partita bi break ta’ 7-0 minn Mirko Azzopardi biex Athleta ħarġu rebbieħa 65-54.

Gżira Athleta: M. Cilia, F. Mifsud Bonnici 19, R. Zammit 1, K. Schembri,  L. Stefanovic 9, M. Gauchi Montaldo 2, N. Xuereb 18, J. Aquilina 4, J. Falzon, S. Vincic 10, N. Henriksen,J. Caruana.

Starlites: O. Psaila, M. Azzopardi 9, L. Vella, I. Felice Pace 2, R. Carabott 16, M. Falzon 9, J. Attard,I. Pace 5, M. Vella, J. Wait 4, A. Xuereb 7, A. Schembri 2.

Referees: Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibernians 73

Victoria Libertas 50

(23-15)(12-13)(19-11)(19-11)

Dawn iż-żewġ timijiet setgħu finalment jagħmlu d-debutt tagħhom wara l-posponiment tal-ġimgħa li għaddiet. Hibs taħt it-tmexxija ta’ Silvio Cassar għandhom skwadra żagħżugħa fil-waqt li Victoria Libertas Spalding huma prattikament it-team ta’ Mellieħa sal-istaġun li għadda. Hibs kellhom ftuħ stupend għall-partita meta għamlu 15 –il punt mingħajr risposta fosthom żewġ trippli ta’ Paul Attard. Victoria finalment wieġbu bi trippla ta’ Michel Farrugia u komplew bil-punti ta’ Daniele Miani u Keith Galea. Hibs kellhom il-punti minn Luca Tardito u temmew l-ewwel sessjoni 23-15 minn fuq. It-tieni perjodu kien aktar bilanċjat biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin. Victoria kellhom żewġ trippli oħra minn Farrugia però Hibs ukoll kellhom il-punti minn Tardito u Attard biex daħlu jistrieħu 35-28 minn fuq.

Wara l-intervall trippla fuq kull naħa ħalliet lil Hibs sebgħa minn fuq 42-35. Hibs imbagħad kellhom run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Michael Houmpton, Isaac Bonett u Tardito fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 54-39. Fl-aħħar sessjni Hibs kellhom run oħra ta’ 13-0 biex serrħu rashom mir-riżultat. Victoria kellhom l-aħħar punti minn Emanuel Lupo u Farrugia biex Hibs rebħu l-partita 73-50.

Hibs: P. Attard 14, M. Formosa 5, M. Laferla, I. Bonnett 15, J. Debono 2, K. Sultana 5, M. Houmpton 6, M. Buhagiar, R. Aquilina, L. Tardito 24, E. Xuereb 2, J. Camilleri.

Victoria Libertas: M. Farrugia 18, K. Galea 7, N. Petrucci 5, D. Miani 9, E. Lupo 8, V. Barbu, B. Soler 3.

Referees: Igor Marjanocic, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Depiro 74

Luxol 67

(14-14)(16-14)(22-23)(22-16)

L-aħħar żewġ timijiet li ddebuttaw kienu Depiro u Hibs li wkoll bħal timijiet oħra għandhom diversi players żgħażagħ però għandhom ukoll player barrani utli ferm. Jack Nygaard li huwa l-Amerikan ta’ Depiro fil-waqt li Luxol għandhom lis-Serb Vukassin Jandric. Il-partita kienet ferm sabiħa bit-teamijiet viċin xulxin għal ħin twil. Rebaħ minn għamel l-inqas żbalji hekk kif Luxol kellhom diversi turnovers speċjalment fl-aħħar taqsima. Ta’ min jinnota wkoll ir-ritorn tar-referee Nicky Azzopardi wara nuqqas ta’ diversi snin mill-basketball lokali. Luxol marru minn fuq fil-bidu tal-partita bid-Depiro jwieġbu b’żewġ three pointers minn Nicholas Grech u Matthew Borg. Luxol kellhom sensiela ta’ punti minn Keith Dimech biex it-taqsima għalqet f’parita ta’ 14-14. Fit-tieni sessjoni Luxol fetħu vantaġġ ta’ 4 punti bil-punti ta’ Jandric. Depiro ġew lura b’run ta’ 9-0 li ghalquha bi trippla ta’ Myron Agius. Luxol ukoll kellhom trippla minn Jandric però Depiro baqgħu basket minn fuq sal-halftime 30-28.

Il-ftuħ tat-tielet sessjoni kien wieħed eċitanti fejn iż-żewġ timiiet irrispondew lil xulxin u l-iskor beda tiela ġmielu. Trippla oħra minn Agius rat lil Depiro jmorru 4 minn fuq 42-28. Hawn wasal l-aħjar mument għal Luxol li għamlu run ta’ 10-0 primarjament minn Jandric flimkien ma’ Dimech. Huma ħadu vantaġġ ta’ 6 punti 48-40 però Depiro rkupraw u mmexxija minn Nygaard  ukoll għamlu run ta’ 10-0 biex temmew is-sessjoni 52-51 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kienu Depiro li kellhom l-aħjar bidu hekk kef bdew japprofittaw minn diversi turnovers ta’ Luxol. Huma fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 65-54 u minkejja li Luxol ġew lura bi break qasir ta’ 8-2, Depiro rreżistew u żamew il-vantaġġ sat-tmiem biex ħadu l-ewwel rebħa 74-67.

Depiro: A. Magri, M. Agius 12, A. Attard, N. Grech 18, J. Camilleri 5, E. Briffa, M. Borg 7, M. Zloh, K. Zammit, R. Xuereb, J. Nygaard 32, M. Debattista.

Luxol: L. Djoric, L. Caruana Monaldo 4, K. Camilleri, B. Caruana Monaldo, P. Cefai 2, K. Dimech 16, M. Sjoberg 8, J. Navarro, V. Jandric 37, R. Falzon, M. Steenkamer.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi.





Leave a comment