Hibs rebħa ‘l bogħod mill-kampjonat

Monday, March 30, 2015, 20:19

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Mellieħa Mr. Green 53

Hibs 69

(18-12)(16-18)(8-22)(11-17)

Hibs jinsabu biss 40 minuta ‘ bogħod mir-rebħ tal-kampjonat Bank of Valletta u jistgħu jagħmlu dan għada meta tintlagħab it-tielet il-partita bil-possibilta li jtemmu l-istaġun bla telfa. Fil-fatt hu mistenni li folla kbira ta’ supporters ta’ Raħal Ġdid jattendu għal din il-partita. Però Mellieħa żgur li mhux se jċedu l-armi għalhemm għalijhom it-triq issa hija għat-telgħa. Mellieħa għal darb’oħra bdew tajjeb f’din it-tieni finali però mal-ħin sofrew ir-rimonta ta’ Hibs li qatt ma ħarsu lura. Fil-fatt kienu Mellieħa li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Emanuel Lupo u Michel Farrugia. Hibs kellhom ir-risposta ta’ Stefan Vella u Fabrizio Mariani biex marru minn fuq 12-10. Mellieħa reġgħu ħadu l-vantaġġ hekk kif fl-aħħar żewġ minuti kellhom tmien punti mingħajr risposta bi three pointers minn Farrugia u Rihards Polis għal skor ta’ 18-12. Hibs bdew it-tieni perjodu b’run ta’ 8-0 b’żewġ baskets u trippla ta’ Micheal Giusti. Mellieħa rrispondew b’seba’ punti konsekuttivi bi trippla ta’ Robert Loporto biex marru ħamsa minn fuq 25-20. Giusti għamel trippla oħra għal Hibs flimkien mal-punti ta’ Mariani. Mellieħa wieġbu b’basket u trippla minn Polis u basket ta’ Joshua Aquilina biex daħlu jistrieħu erba’ minn fuq 34-30.

Fit-tielet taqsima kienu Mellieħa li bdew b’basket ta’ Loporto iżda Hibs wieġbu minnufih bi break ta’ 10-0 bi trippli ta’ Luke Farrugia u Stefan Vella. Mellieħa waqqfuhom bi trippla ta’ Loporto però Hibs komplew bi break ieħor ta’ 12-3 biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 52-42. Hibs ma waqfux u bdew l-aħħar taqsima b’sitt punti konsekuttivi b’żewġ baskets ta’ Caruana u ieħor ta’ Vella. Mellieħa wieġbu bi trippli minn Ian Terribile u Loporto biex reġgħu naqqsu d-distakk għal 10 punti. Hibs għalqu l-partita b’aktar three pointers minn Caruana, Mariani u Farrugia biex rebħu l-partita 69-53.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 4, M. Farrugia 10, J. Muscat, S. Aquilina, R. Polis 10, R. Loporto 15, J. Stupka, J. Aquilina 2, E. Lupo 8, I. Terribile 4, B. Soler, P. Magro.

Hibs: M. Giusti 10, M. Humpton, A. Baldacchino, L. Farrugia 8, S. Attard 6, G. Agius 2, K. Caruana 9, R. Cortis, K. Sultana, S. Vella 12, F. Mariani 22, C. Barrows.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment