Hibs Melita Gardens u McDonalds Depiro jibdew b’rebħa

Tuesday, April 17, 2012, 20:45

minn Colin Schembri.

 

KAMPJONAT MSV LIFE NISA – Playoffs Semifinali

 

Luxol 52

Hibs Melita Gardens 65

(19-20)(8-14)(17-14)(8-17)

 

Depiro vs Loyola

Depiro vs Loyola

Hibs Melita Gardens kellhom wirja verament posittiva fl-ewwel semifinali tal-playoffs tal-kampjonat MSV Life meta għelbu lil Luxol 65-52.  Kienet l-ewwel rebħa ta’ Hibs fuq Luxol fil-kampjonat għalkemm kienu rebħulhom fis-shield u fil-finali tat-tazza Louis Borg. Iż-żewġ timijiet ma kellhomx problemi ta’ formazzjoni hekk kif Hibs irkupraw lil Lucienne Bezzina u Alexis Cutajar. Il-partita bdiet bit-three pointers ta’ Luxol minn Beverlee Zammit, Sarah Pace u Robin Murphy li tawhom vantaġġ 17-10. Hibs wieġbu permezz ta’ Lena Gipson u Joselle Cardona b’din ta’ l-aħħar tagħmel trippla biex sa tmiem is-sessjoni Hibs dawwru l-iskor 65-52. Luxol reġgħu marru minn fuq fil-ftuħ tat-tieni perjodu b’basket ta’ Murphy imma pronta kienet ir-risposta ta’ Hibs b’run ta’ 10-0 bi trippli ta’ Elena Cassar u Kirsten Baldacchino biex ħadu vantaġġ ta’ 9 punti 30-21. Murphu u Pace wieġbu għal Luxol pero’ Hibs daħlu jistrieħu 34-27 minn fuq.

Wara l-intervall Luxol tejjbu l-logħba tagħhom u bil-captain Mandi Sciortino tagħmel il-punti huma naqqsu d-distakk għal basket 38-40. Punti minn Maria Desira u Gipson ħallew lil Hibs fuq quddiem minkejja t-trippli ta’ Pace għac-champions u s-sessjoni għalqet bil-Hibs 48-44 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kellna lil Luxol jerġgħu inaqqsu d-distakk qabel ma Hibs għamlu break ta’ 6-0. Sciortino u Pace reġgħu naqqsu d-distakk għal Luxol pero’ Cassar bdiet run deċisiva ta’ 9-0 minn Hibs fl-aħħar żewġ minuti li tathom ir-rebħa 65-52.

 

Luxol: S. Pace 14, M. Sciortino 9, C. Medina, B. Naudi, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 2, P.Ellul, R. Murphy 18, D. Muscat, A. Paul, B. Zammit 9.

Hibs Melita Gardens: J. Scerri, E. Cassar 16, M. Zammit, L. Bezzina, F. Mifsud, M. Desira 11, K. Gatt, A. Cutajar, N. Arrigo, K. Baldacchino 7, J. Cardona 11, L. Gipson 20.

Referees: Gordon Barbara, Steve Gouder

 

McDonalds Depiro 69

Alyssa Ashley Loyola 50

(14-9)(14-9)(14-19)(27-13)

 

McDonalds Depiro wkoll bdew is-serje tagħhom b’rebħa konvinċenti fuq Alyssa Ashley Loyola 69-50 biex ħadu l-ewwel vantaġġ. Kienet il-ħames rebħa ta’ Depiro fuq Loyola minn sitt partiti u waslet wara wirja tajba minn diversi players fosthom Samantha Brincat, Vontisha Woods u Steffi De Martino. Loyola sofrew id-difiża fuq Christina Grima u Desarae Johnson minkejja li bejniethom għamlu 28 punt. L-ewwel sessjoni kienet bilanċjata għal ħin twil biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin. Fl-aħħar minuta u nofs, Depiro għamlu ħames punti mingħajr risposta biex temmew il-perjodu 14-9 minn fuq. L-istess skor kien repetut fit-tieni sessjoni fejn Depiro bdew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Brincat fosthom trippla, Antoinette Borg u De Martino. Loyola ma kellhomx risposta kontinwa biex fl-intervall kienu 10 minn fuq 28-18.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Loyola tjiebu ferm u b’punti kontinwi minn Grima u Jean Doughty għamlu run ta’ 14-4 biex naqqsu d-distakk għal 2 punti 32-34. De Martino għamlet tlett baskets importanti għal Depiro u għalkemm Loyola wieġbu permezz ta’ Emma Moore, Depiro temmew is-sessjoni 42-37 minn fuq. Huma bdew qawwi anke fil-bidu tar-raba’ perjodu b’run ta’ 12-1 bi trippla ta’ De Martino u punti ta’ Woods u fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt 54-38. Il-moral ta’ Loyola tbaxxa u hekk kif fis-seba’ minuta De Martino bi trippla tat vantaġġ ta’ 23 punt lil Depiro, l-partita kienet mitmuma. Johnson għolliet il-punteġġ tagħha u ta’ Loyola bi tlett baskets konsekuttivi pero’ Depiro reġgħu ħadu l-kontroll tal-partita 69-50.

 

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, M. Bonett, S. Brincat 10, V. Woods 16, F. Biancho 8, T. De Martino, A. Borg 7, C. Sammut, M. Mifsud, S. Micallef, S. De Martino 28.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 7, C. Grima 15, J. Doughty 7, D. Hollier, K. Tonna 3, A. Bonanno 2, J. Mangion, A. Sciberras, S.J. Barbara 2, D. Johnson 14.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 





1 Comment

  1. louis mizzi says:

    What a turn around from the above mentioned 2 games. Loyola and Luxol beat the hell out of Depiro and Hibs in game two. So all will be decieded on Sunday for game three. Let the battle begin. Hope that the best teams wins.

    [Reply]

Leave a comment