Hibs Melita Gardens u McDonalds Depiro fil-finali

Tuesday, November 29, 2011, 17:16

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT NISA

Hibs Melita Gardens 55

Alyssa Ashley Loyola  25

(10-12)(17-7)(19-0)(9-6)

 

Luxol vs Depiro

Luxol vs Depiro

L-għada li ppreżentaw l-isponsor ġdid tagħhom għal dan l-istaġun Hibs Melita Gardens pattew għat-telfa fil-finali tas-shield meta fl-ewwel semi-finali tal-Bank Of Valletta knock-out għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 55-25. Loyola ntfew kompletament wara l-mistrieħ b’mod speċjali fit-tielet sessjoni biex Hibs ħadu rebħa b’distakk ta’ 30 punt. Kienu Loyola li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 6-2 wara baskets minn Emma Moore u Christina Grima. Hibs wieġbu bil-baskets tal-Amerikana Lena Gipson u Nadia Mifsud biex ippareġjaw 8-8. Loyola reġgħu ħadu l-vantaġġ li żammewh sa’ tmiem is-sessjoni. Fil-bidu tat-tieni perjodu trippli ta’ Mifsud u Lucienne Bezzina reġgħu poġġew lil Pawlisti minn fuq. Moore wieġbet għal Loyola pero’ Hibs għalqu s-sessjoni bi 4 freethrows u basket ta’ Joselle Cardona u fl-intervall kienu 8 minn fuq 27-19.

It-tielet sessjoni kienet waħda diżastruża għal Loyola fejn fiha m’għamlux punti fil-waqt li Hibs iddominaw kompletament. Trippla ta’ Kirsten Baldacchino flimkien ma’ baskets minn Maria Desira u Gipson fost l-oħrajn raw lil Hibs jirbħu s-sessjoni 19-0 u fetħu vantaġġ ta’ 27 punt 46-19. Fl-aħħar sessjoni il-partita kieni deċiża u minkejja li Loyola bdewha bdewha bil-punti ta’ Moore, Desira u Baldacchino wieġbu għal Hibs. Wara basket minn Denise Hollier, kienet Bezzina li għamlet il-punti għal Hibs li rebħu l-partita 55-25.

 

Hibs Melita Gardens: E. Cassar, F. Mifsud, L. Bezzina 7, M. Desira 11, K. Gatt, A. Cutajar, N. Arrigo 5, K. Baldacchino 14, J. Cardona 8, L. Gipson 10.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 12, C. Grima 4, J. Doughty, L. Denooz 2, D. Hollier 2, K. Tonna, A. Bonanno, J. Mangion 2, A. Sciberras 1, S.J. Barbara 2, K. Borg.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

 

Luxol 55

McDonalds Depiro 63

(11-15)(17-17)(14-15)(13-16)

 

McDonalds Depiro ħadu l-ewwel rebħa fuq Luxol għal dan l-istaġun meta fit-tieni semi-finali tal-Bank Of Valletta knock-out għelbuhom bl-iskor ta’ 63-55. Luxol kienu mingħajr Louisa Serge u postha ħadithu Leanne Vella fil-waqt li għal Depiro kienet nieqsa Justine Xuereb pero’ rritornat Edwina Vella. Il-partita kienet nervuża b’ammont kbir ta’ fouls fuq iż-żewġ naħat, 4 fouls anti-sportivi, technical fouls u anke tkeċċija. Luxol ħadu vantaġġ zgħir fil-bidu tal-partita u żammewh sas-sitt minuta 7-3. Hawn bdew ġejjin il-punti ta’ Samantha Brincat flimkien ma’ trippla ta’ Steffi De Martino f’run ta’ 9-0 minn Depiro. Luxol wieġbu b’erba freethrows pero’ Brincat għamlet tnejn oħra u Depiro temmew is-sessjoni minn fuq 15-11. Huma saħħewh b’żewġ baskets fil-ftuħ tat-tieni perjodu u wara punti fuq kull naħa, Luxol għamlu trippla minn Sarah Pace u naqqsu d-distakk għal 5 punti 22-27. Fid-disa minuta Depiro kienu 8 minn fuq pero’ baskets minn Becky Naudi u Amelie Paul u Becky Naudi naqqsu d-distakk għal 4 punti fil-halftime 28-32.

Fit-tielet sessjoni Depiro bdew b’run ta’ 9-3 bil-Luxol jitilfu lil Beverlee Zammit li kienet imkeċċija. Hawn wasal ukoll ir-raba’ foul ta’ Brincat u kellha tinbidel u Luxol b’sensiela ta’ freethrows minn Naudi u Greta Zarb raw lil Luxol inaqqsu d-distakk. Sat-tmiem huma kellhom ċans ikomplu jnaqqsu l-iżvantaġġ pero’ fallew il-freethrows biex Depiro bdew l-aħħar sessjoni 47-42 minn fuq. Hawn Luxol komplew jagħfsu u wara foul minn Antoinette Borg huma ppareġjaw 47-47 fit-tielet minuta. Il-coach ta’ Depiro Adrian Mifsud reġa’ daħħal fuq il-court lil Brincat u trippla tagħha tat bidu għal run deċisiva ta’ 10-2 minn Depiro. Luxol għamlu sforz ieħor u bi trippla ta’ Pace u freethrows ta’ Naudi waslu sa’ basket il-bogħod 55-57. Pero hawn saru biss punti minn Depiro li rebħu l-partita 63-55.

 

Luxol: S. Pace 10, M. Sciortino 11, L. Vella, B. Naudi 12, J. Busuttil Gaerty 3, G. Zarb 11, P. Ellul, A. Paul 4, D. Muscat 2, K. Portelli, B. Zammit 2.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, M. Mifsud, S. Brincat 30, M. Bonett, F. Biancho 7, T. De Martino 4, A. Borg 10, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef, S. De Martino 12.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.





Leave a comment