Hibs Melita Gardens l-aħħar semifinalisti

Wednesday, December 14, 2011, 10:21

minn Colin Schembri

TAZZA LOUIS BORG NISA

Starlites Sports Experience 27

Hibs Melita Gardens 72

(2-22)(10-23)(10-8)(5-19)

Starlites vs Hibs

Starlites vs Hibs

Hibs Melita Gardens għamlu ċert mill-kwalifikazzjoni għas-semifinali tat-tazza Louis Borg sa mill-ewwel logħba meta għelbu lil Starlites Sports Experience 72-27 f’partita ta’ sens uniku. Hibs kienu mingħajr Alexis Cutajar, Lucienne Bezzina u Mandy Zammit u l-coach Bruno Di Pietrantonio ħa l-opportunita li juża diversi players żgħażagħ. Starlites kienu mingħajr Amanda Farrugia u Christine Spiteri. Sa mill-bidu Hibs bdew jiddominaw il-partita u bil-punti ta’ Lena Gipson, Joselle Cardona u Nadia Arrigo fetħu b’run ta’ 10-0. Hawn waslet l-uniku risposta ta’ Starlites b’żewġ free-throws minn Ariana Grixti bil-Hibs jagħlqu l-perjodu b’run oħra ta’ 12-0. Fil-bidu tat-tieni sessjoni l-logħob kien maqsum bi Starlites isibu break żgħir ta’ 6-2. Hibs imbagħad wieġbu b’run ta’ 17-4 u daħlu jistrieħu 45-12 minn fuq.

It-tielet perjodu kien nieqes mill-punti u l-aħjar wieħed għal Starlites li rebħuh 10-8 wara li bdew b’sitt punti mingħajr risposta. Hibs wieġbu permezz ta’ Julia Scerri u Maria Desira b’Marilou Cutajar terġa’ twieġeb għal Starlites. Fl-aħħar sessjoni reġa’ kellna dominju mill-Pawlisti u wara li Stephanie Davies għamlet trippla għal Starlites, Hibs wieġbu b’run ta’ 16-2 biex rebħu l-partita 72-27.

 

Starlites Sports Experience: C. Riolo, A. Grixti 2, S. Tabone 6, S. Cutajar, S. Davies 5, L. Pirotta 6, N. Attard, M.C. Cilia, C. Scicluna 2, M. Cutajar 6.

Hibs Melita Gardens: J. Scerri 8, E. Cassar 19, F. Mifsud 4, M. Desira 15, K. Gatt 4, N. Arrigo 2, K. Baldacchino, J. Cardona 6, L. Gipson 14.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 

Hibs Melita Gardens 70

Starlites Sports Experience 43

(28-7)(19-9)(8-17)(15-10)

 

Wara r-riżultat kbir li Hibs Melita Gardens kisbu fl-ewwel partita, din il-logħba serviet biss bħala sessjoni ta’ prova għaż-żewġ coaches. Hibs rebħu 70-43 u fl-ewwel sessjoni bdew b’full court press li rathom jisirqu diversi blalen u jmorru 14-2 minn fuq f’nofs l-ewwel sessjoni. Wara basket ta’ Starlites, Hibs wieġbu bi 8 punti oħra qabel ma Lyndsey Pirotta għamlet trippla għal Starlites. Pero’ Hibs temmew is-sessjoni b’baskets ta’ Julia Scerri għal skor ta’ 28-7. Hibs reġgħu bdew b’run ta’ 8-3 pero Charlotte Riolo għamlet żewġ trippli għal Starlites. Fl-intervall il-Pawlisti kellhom vantaġġ ta’ 31 punt 47-16.

Starlites marru aħjar wara l-mistrieħ speċjalment fit-tielet sessjoni li rebħuha 17-8. Huma rnexxielhom jagħmlu run ta’ 9-0 bi trippli minn Stephanie Davies għal skor ta’ 33-55. Fl-aħħar sessjoni Hibs bdew b’żewġ baskets ta’ Maria Desira pero’ Ariana Grixti u Pirotta wieġbu għal Starlites. Wara run ta’ 6-0 minn Hibs, Davies għamlet it-tieni trippla tagħha flimkien m’oħra minn Riolo. Baskets minn Elena Cassar u Lena Gipson għalqu l-partita għal Hibs fuq skor finali ta’ 70-43.

 

Hibs Melita Gardens: J. Scerri 2, E. Cassar 16, F. Mifsud 6, M. Desira 12, K. Gatt, N. Arrigo 6, K. Baldacchino, J. Cardona 12, L. Gipson 16.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 11, A. Grixti 3, S. Tabone, S. Cutajar, C. Spiteri 1, S. Davies 8, L. Pirotta 7, N. Attard 2, C. Scicluna 9, M. Cutajar 2.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder

 

Wara l-partita telgħu l-poloz tas-semifinali li se jintlagħbu kif ġej:

 

Is-Sibt 17-12-2011 – 13:45 – Semifinali 1 – Athleta vs Luxol

Is-Sibt 17-12-2011 – 17:15 – Semifinali 1 – Hibs Melita Gardens vs McDonalds Depiro.

 

Il-Ħadd 18-12-2011 – 13:00 – Semifinali 2 – Luxol vs Athleta

Il-Ħadd 18-12-2011 – 14:45 – Semifinali 2 – McDonalds Depiro vs Hibs Melita Gardens.

 





Leave a comment