Hibs Melita Gardens jirbħu l-BOV Knock Out għall-15-il darba

Tuesday, February 21, 2012, 8:53

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT NISA

Hibs Melita Gardens 48

McDonalds Depiro 43

(9-13)(14-7)(13-9)(12-14)

 

Hibs Melita Gardens rebħu l-Bank of Valletta knock-out għal 15 –il darba fl-istorja tagħhom meta fil-finali għelbu lil McDonalds Depiro 48-43 wara partita kumbattuta. Hibs kienu mingħajr Alexis Cutajar fil-waqt li Depiro rkupraw lil Samantha Brincat
pero’ l-Amerikana Vontisha Woods baqgħet imweġġa. Quddiem pubbliku numeruż,
il-partita fetħet bi trippla ta’ Antoinette Borg għal Depiro. Hibs wieġbu
bil-punti ta’ Nadia Arrigo u Lena Gipson pero’ Depiro ppareġjaw wara baskets
ta’ Steffi De Martino. Il-punti baqgħu ġejjin bil-mod bid-Depiro jagħmlu break
qasir ta’ 6-2 biex temmew is-sessjoni 13-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs
bdew bi break ta’ 8-0 magħluq bi trippla ta’ Joselle Cardona. De Martino wkoll
għamlet trippla għal Depiro biex naqqset id-distakk għal punt 16-17. Wara żewġ
baskets fuq kull naħa, Hibs għalqu b’żewġ freethrows ta’ Gipson biex daħlu
jistrieħu 23-20 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu, Gipson kompliet iżżid il-vantaġġ ta’ Hins pero’ Depiro wara li fallew xi freethrows għamlu reazzjoni biex ġabu l-iskor indaqs b’basket taż-żagħżugħa Christine Sammut 27-27. Iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin pero’ fl-aħħar żewġ minuti kienu Hibs li ħadu vantaġġ bil-punti ta’ Lucienne Bezzina fosthom
trippla f’run ta’ 7-0 għal skor ta’ 36-29. Hibs żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’
Kirsten Baldacchino 39-31 pero’ Depiro ma ċedewx u reġgħu ġew lura hekk kif
il-punti ta’ Hibs waqfu. Huma għamlu run ta’ 10-4 biex fis-seba’ minuta kienu
punt minn taħt 40-41. Wara li Arrigo għamlet basket għal Hibs, freethrows ta’
De Martinou Francesca Biancho ppareġjaw il-partita 43-43. Wasalna għall-aħħar
minuta u hawn kienu Hibs li permezz ta’ Maria Desira u Bezina li għamlu l-aħħar
punti bid-Depiro jitilfu lil Brincat bil-ħames foul u l-coach Adrian Mifsud fuq
protesti. Hibs amministraw l-aħħar pusessi biex rebħu l-partita u t-tazza
48-43. Fi tmiem il-partita s-sur Edward Muscat Azzopardi f’isem il-Bank of
Valletta ppreżenta t-trofew lil Lucienne Bezzina captain ta’ Hibs Melita
Gardens.

 

Hibs Melita Gardens: J.
Scerri, E. Cassar, F. Mifsud, L. Bezzina 10, M. Zammit, M. Desira 8, K. Gatt,
N. Arrigo 6, K. Baldacchino 3, J. Cardona 9, L. Gipson 12.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G.
Mifsud, J. Xuereb, S. Brincat 7, M. Mifsud, F. Biancho 6, T. De Martino, A.
Borg 6, C. Sammut 8, E. Vella, S. Micallef, S. De Martino 16.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel
Mangani.

 





2 Comments

  1. NEUTRALI TA QALI says:

    L-IMPERATUR ………….. DEJJEM PROTESTI……..

    [Reply]

  2. louis mizzi says:

    Adrianus Mifsudus got another back stab from Hibs……………..same as old Ceaser himself.

    And what a surprise, he was kicked out from the bench as well. About time. Hail the revolution. FREE MBA

    [Reply]

Leave a comment