Hibs Melita Gadren B.C fi training camp f’Bari

Tuesday, March 27, 2012, 12:30

minn Colin Schembri

Il-Hibs Melita Gardens B.C. għadhom kemm irritornaw minn taħriġ intensiv ġewwa l-belt ta’ Bari. Kienet esperjenza kbira għat-tim femminili tal-Hibs minħabba l-impenji important li għandhom fi żmien li ġej fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Basketball Femminili Malti.

Barra t-taħriġ saret ukoll logħba ta’ ħbiberija kontra it-tim Pink Basket Bari li jilgħab fil-Kampjonat Nazzjonali Taljan tal-B1 bil-puntġġ jispiċċa 52-41 favur it-tim tal-Hibs. F’kumment li ta l-kowċ tal-Hibs B.C.Bruno Dipietrantonioqal li kien important dan it-taħriġ barra l-pajjiż u fil-logħba ħarget l-aggressivita’ difensiva tal-plejers Maltin. Hu temm igħid li esperjenzi bħal dawn huma important ħafna għaż-żgħażagħ li telgħin mill-Hibernians Basketball Nursery ħalli jkomplu jikbru fil-logħba tal-Baskitbol.

Barra t-taħriġ u l-logħba ta’ ħbiberija, it-tim kien mistieden fil-Comune ta’ Bari u mill-Klabb Liomatic Cus Bari Basket li jilghab fid-Diviżjoni Nazzjonali Taljana B li magħhom jilgħab il-plejer Malti Samuel Deguara.

Tajjeb li nsemmu li dan hu bidu ta’ proġett imniehdi mill-Klabb tal-Hibernians Basketball Club bl-għajnuna ta’ APS Bank Ltd. u Gaudos Gym Fitness Centre Gozo. Din il-kollarorazzjoni bejn dawn iż-żewġ kumpaniji u l-Hibernians B.C. twassal li timijiet barranin ta’ kull livell jiġu jilagħbu f’Għawdex tournaments ħalli barra li l-logħba tal-Basketball tingħata promozzjoni fil-gzira Għawdxija, inkomplu nsaħħu l-livell lokali. Grazzi tmur lejn Dott Victor Gusman tal-għajnuna tiegħu kollha b’risq dan il-proġett kulturali u sportiv.

 





Leave a comment