Hibs Medsea u St. Andrews mal-aħħar erbgħa

Wednesday, February 2, 2011, 19:06
minn Colin Schembri
TAZZA LOUIS BORG NISA’

Athleta 35 

Hibs Medsea 66

(5-15)(13-21)(4-18)(13-12)

Ġimgħa wara li għelbu lil Athleta fil-kampjonat, ic-champions Hibs Medsea reġgħu rebħulhom fit-tielet kwarti finali tat-tazza Louis Borg. Huma ħarġu rebbieħa 66-35 minkejja n-nuqqas ta’ Doreen Micallef. Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 8-2 bil-punti ta’ Joselle Cardona u Lucienne Bezzina. Francesca Farrugia wieġbet għal Athleta pero’ Hibs wieġbu b’run ta’ 7-0 biex temmew is-sessjoni 15-5 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni, Hibs fetħu b’run qawwija ta’ 11-0 li għalquha bi trippla ta’ Francesca Tabone. Athleta wieġbu b’run ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Lonnecke Calleja u naqqsu d-distakk għal 12-il punt 14-26. Wara basket fuq kull naħa, Hibs għalqu s-sessjoni b’run ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Emma Micallef u daħlu jistrieħu b’vantaġġ doppju 36-18.

It-tielet perjodu wkoll kien dominat mit-team ta’ Raħal Ġdid fejn bdew bi break ta’ 8-0 qabel ma’ Athleta wieġbu b’basket ta’ Chantelle Mifsud. Pero’ Hibs reġgħu għamlu run ta’ 10-2 li bih għalqu s-sessjoni b’vantaġġ ta’ 32 punt 54-22. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata fejn Hibs baqgħu fil-kontroll. Kien hemm żewġ trippli minn Bezzina għal Hibs f’run ta’ 10-4 biex Hibs rebħu l-partita 66-35.

Athleta: R, Sciberras, L. Calleja 5, L. Sciberras 5, M. Azzopardi Duca 4, G. Muscat, D. McKeon 2, F. Farrugia 10, K. Busuttil, C. Mifsud 10.

Hibs Medsea: E. Micallef 5, E. Cassar 9, M. Zammit, L. Bezzina 21, F. Tabone 6, M. Desira 9, N. Arrigo 2, K. Micallef 2, J. Cardona 12, C. Schiavone.

Referees: Brian Sly, Alfred Carbonaro

 

Guzelpinar Imtarfa 28

St. Andrews 50

(5-6)(5-16)(11-14)(7-14)

Mtarfa vs St. Andrew's

Mtarfa vs St. Andrew's

St. Andrews saru r-raba’ team li għadda għas-semifinali tat-tazza Louis Borg wara li għelbu lil Guzelpinar Imtarfa 50-28 biex ħallew lil Imtarfa mingħajr rebħa. Il-partita bdiet b’ritmu baxx ferm tant li sas-seba’ minuta St. Andrews kienu 4-2 minn fuq. L-affarijiet baqgħu l-istess sa tmiem is-sessjoni b’St. Andrews punt minn fuq 6-5. Huma kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Nadia Cassar u fetħu distakk ta’ 10 punti 17-7. Mtarfa wieġbu bi trippla ta’ Carina Gauchi Meilak pero’ s-saints għamlu l-aħħar punti tas-sessjoni u daħlu jistrieħu 12 minn fuq 22-10.

Mtarfa fetħu t-tielet sessjoni bi trippla ta’ Nicola Said u wara li Madeline De Martino wieġbet għal St. Andrews, reġgħat kienet Said li għamlet trippla oħra. St. Andrews għamlu run ta’ 9-2 u temmew is-sessjoni 36-21 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni St. Andrews komplew jinqatgħu b’iktar punti minn De Martino biex ħarġu rebbieħa 50-28.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 3, M. Agius, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 5, R. Sammut 3, N. Said 6, C.M. Vella 2, F. Borg 2, M. Scicluna 4, G. Mifsud 1, A. Demanuele 2.

St. Andrews: R. De Martino, N. Cassar 13, K. Portelli, J. Calleja 9, N. Scicluna, R. Magro, M. Caruana, J. Mangion 5, T. De Martino 9, M. De Martino 14

Referees: Jean Paul Sammut, Jennifer Mangani.





Leave a comment