Hibs Medsea leaders assoluti

Friday, November 5, 2010, 10:55

minn Colin Schembri

Ġuzelpinar Imtarfa 26
Athleta 64
(6-18)(9-20)(9-17)(2-9)

It-team ta’ Charles Bonnici, Athleta rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Ġuzelpinar Imtarfa 64-26 b’dawn tal-aħħar jibqgħu jiġru wara l-ewwel rebħa. Athleta kellhom l-aħjar bidu mmexija minn Leanne Sciberras biex marru 10-3 minn fuq. Trippla ta’ Gaby Mifsud waqqfet din ir-run pero’ Athleta għalqu s-sessjoni bi break ieħor ta’ 8-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 18-6. Punti minn Lonicke Calleja u Sciberras komplew ikabbru l-vantaġġtall-Athleta li f’nofs is-sessjoni kien ta’ 16-il punt 26-10. Athleta reġgħu għamlu run oħra qawwija ta’ 14-2 pero’ kienu Mtarfa li għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Diane Falzon.

Wara l-mistrieħ kien hemm bidliet mill-coach tal-Athleta pero dan ma waqqafhomx milli jkabbru l-vantaġġ tant li sa s-seba’ minuta kienu 50-19 minn fuq. Mtarfa wieġbu bi free-throws Graziella Santillo u Carina Gauchi Meilak ghal skor ta’ 55-22 fi tmiem is-sessjoni. L-aħħar perjodu kien wieħed xott mill-punti fejn f’nofshu kienu saru biss sitta minn Athleta u tnejn minn Imtarfa. Kellhom jagħddu erba’ minuti oħra biex Athleta għamlu żewġ baskets oħra biex ħarġu rebbieħa 64-26.

Ġuzelpinar Imtarfa: M. Abela 3, D. Falzon 3, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 6, M. Mifsud, M. Agius, N. Said, G. Santillo 3, R. Sammut, M. Scicluna, G. Mifsud 7, A. Demanuele

Athleta: R, Sciberras, D. Jaeger 6, L. Calleja 12, L. Sciberras 25, M. Azzopardi Duca, R. Spiteri 4, G, Muscat 2, C. Galea 6, F. Farrugia, K. Busuttil 8, C. Mifsud 3

Referees: Brian Sly, Jennifer Mangani

Hibs Medsea 86
Starlites Sports Experience 41
 (25-7(19-8)(19-4)(23-11)

Iċ-Champions Hibs Medsea baqgħu għaddejin bir-rebħ meta kisbu l-ħames rebħa konsekuttiva u telgħu temporanjament fl-ewwel post tal-klassifika. Huma fetħu tajjeb bi trippla ta’ Kirsten Micallef li rritornat wara li tilfet l-aħħar partita. Huma marru 14-3 minn fuq u wara basket ta’ Marylou Cutajar għal Starlites. Hibs għamlu break ta’ 9-2 u temmew l-ewwel sessjoni 25-7 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni kien hemm baskets fuq kull naħa qabel ma Lucienne Bezzina għamlet żewġ baskets konsekuttivi. Wara basket ta’ Christine Spiteri, Hibs għamlu run oħra ta’ 7-0 u fil-half time kienu 44-15 minn fuq.

Trippla ta’ Francesca Tabone fetħet it-tielet perjodu li għal darb’oħra kien dominat minn Hibs b’Nadia Arrigo tagħmel 7 punti konsekuttivi. Hibs għalqu s-sessjoni b’run ta’ 14-0 u kienu 63-19 minn fuq. Fl-aħħar perjodu Starlites fetħu b’żewġ baskets wara xulxin ta’ Samantha Tabone pero Hibs mall-ewwel wieġbu b’run oħra ta’ 18-2 b’żewġ three pointers ta’ Micallef. Three pointer ieħor ta’ Bezzina għalaq il-partita bi skor finali ta’ Hibs Medsea 86 Starlites Sports Experience 30.

Hibs Medsea: E. Micallef , E. Cassar 4, M. Zammit, L. Bezzina 26, F. Tabone 6, C. Schiavone, D. Micallef 17, N. Arrigo 9, K. Micallef 18, J. Cardona 6.

Starlites Sports Experience: C. Riolo 4, A. Grixti, S. Tabone 5, L. Pisani 4, C. Spiteri 5, S. Davies 2, L. Pirotta 2, N. Attard, C. Scicluna, M. Cutajar 8.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

Alyssa Ashley Loyola 47
St. Andrews 44

(5-8)(14-12)(17-13)(11-11)

Loyola tħabtu ferm biex rebħu dan il-konfront kontra St. Andrews b’distakk ta’ 3 punti 47-44. L-ewwel sessjoni kienet nieqsa mill-emozzjoni u filfatt wara erba’ minuti logħob kien hemm skor baxx ta’ 4-2 favur St. Andrews. L-affarijiet sa’ tmiem is-sessjoni ma tjiebux biex St. Andrews kienu 3 minn fuq 8-5. Wara li għaddew żewġ minuti mil-ftuħ tat-tieni perjodu, Francesca Camilleri għamlet l-ewwel punti ta’ Loyola b’Josette Calleja twieġeb bi trippla għas-Saints. F’nofs is-sessjoni St. Andrews kienu għadhom basket minn fuq 15-3 u d-distakk niżel għall-punt fil-halftime 20-19 favur St. Andrews.

Wara l-mistrieħ Loyola fetħu b’run ta’ 8-2 u marru 27-22 minn fuq b’Calleja tagħmel it-tieni trippla tagħha u terġa tnaqqas id-distakk. Fl-aħħar erba’ minuti kien hemm parita fuq skor ta’ 29-29 pero Loyola għamlu break qasir ta’ 5-0 u marru 36-31 minn fuq. Kien fl-aħħar sessjoni li Loyola inqatgħu xi ftit mill-avversarji b’run ta’ 8-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 44-37. Freethrows ta’ Calleja kienu mwieġba bi trippla ta’ Jean Doughty. Minkejja li St. Andrews għamlu l-aħħar ħames punti tall-partita, Loyola żammew sod biex ħarġu rebbieħa 47-44.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 9, F. Schembri, E. Falzon 4, M. Gatt 4, D. Hollier Said, R. Spiteri 6, K. Borg, P. Montanaro, A. Sciberras 14, F. Camilleri, S.J. Barbara, K. Gouder 6.

St. Andrews: R. De Martino 2, J. Calleja 13, N. Scicluna, R. Magro, M. Caruana, E. Cachia 10,  T. Pace Decesare, I. Galea, M. De Martino 19.

Referees: Stephen Micallef, Jennifer Mangani

McDonalds Depiro 59

Luxol 52
(22-11)(12-14)(16-16)(9-11)

Fil-partita prinċipali minn naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-kampjonat tan-Nisa, McDonalds Depiro għelbu lill-Luxol 59-52 biex laħquhom fil-klassifika u ħallew lil Hibs fil-quċċata. Luxol pattew qares għall-bidu ħażin li kellhom u għalkemm għamlu reazzjoni rabjuża lejn it-tmiem ma rnexxielhomx isalvaw il-partita. Depiro kellhom bidu mill-aqwa fejn wara nofs l-ewwel sessjoni kienu 15-2 minn fuq bi tlett three pointers ta’ Antoinette Borg. Wara basket minn Becky Naudi, Depiro għamlu 5 punti oħra nkluża trippla ta’ Kaila Agius u kienu 11 minn fuq fi tmiem il-perjodu 22-11. Depiro komplew iżidu l-vantaġġfl-ewwel minuti tat-tieni sessjoni 26-11. Hawn Luxol għamlu run ta’ 8-2 u naqqsu d-distakk għal 9 punti 19-28. Punti fuq kull naħa ħallew l-istess distakk fil-halftime bid-Depiro minn fuq 34-25.

Wara l-mistrieħ basket ta’ Naudi u trippla ta’ Mandi Sciortino ressqu lill-Luxol 4 punti minn taħt 30-34 u sa nofs is-sessjoni d-distakk niżel għall-punt 37-36. Hawn Depiro għamlu run ta’ 11-0 biex reġgħu marru 12 minn fuq 48-36. Fl-aħħar sessjoni il-grinta ta’ Sciortino rat lill-Luxol jaslu sa’ 3 punti taħt l-avversarji 49-52. Il-punti ta’ Kaila Agius hawn kienu strumentali għal Depiro li baqgħu fuq quddiem sat-tmiem u joħorġu rebbieħa 59-52.

McDonalds Depiro: S. Pace 10, G. Zarb 2, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett,  F. Biancho 2, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 17, C. Sammut, E. Vella 4, S. Micallef, K. Agius 24

Luxol: E. Moore 5, M. Sciortino 20, L. Serge, B. Naudi 12, K. Portelli, S. De Martino 10, T. De Martino, P. Ellul, D. Muscat 4, L. Chetchuti, E. Grech, B. Zammit 1

Referees: Jean Paul Sammut, Brian Sly.

Klassifika Kampjonat Nisa
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Hibs Medsea 5 5 0 10
McDonalds Depiro 5 4 1 9
Luxol 5 4 1 9
Alyssa Ashley Loyola 5 3 2 8
Athleta 5 2 3 7
St. Andrews 5 1 4 6
Starlites Sports Experience 5 1 4 6
GuzelPinar Mtarfa 5 0 5 5




Leave a comment