Hibs Medsea jirbħu l-ewwel unur

Monday, January 31, 2011, 10:51

minn Colin Schembri

DETUR SHIELD NISA

Hibs Medsea 57
Alyssa Ashley Loyola 36
(17-9)(17-12)(12-11)(11-4)

Iċ-champions Hibs Medsea huma r-rebbieħa tal-ewwel unur ta l-istaġun meta fil-finali tad-Detur Shield huma għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 57-36. Hibs irkupraw lil Doreen Micallef li tilfet l-aħħar żewġ partiti fil-waqt li Christina Grima rritornat għal Loyola. Wara li fl-ewwel żewġ minuti ma sarux punti, Hibs fetħu bl-ewwel trippla ta’ Kirsten Baldacchino u basket ta’ Joselle Cardona. Loyola wieġbu bl-ewwel punti ta’ Grima pero trippla oħra ta’ Baldacchino tat vantaġġ ta’ 6 punti lil Hibs 8-2. Hibs għamlu run ta’ 7-2 u marru 17-6 minn fuq u Loyola għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Grima għal skor ta’ 17-9 favur Hibs. Fit-tieni sessjoni komplew jaslu t-trippli minn Baldacchino għal Hibs flimkien ma Doreen Micallef. Baskets ta’ Sammy Jo Barbara naqqsu d-distakk għal 10 punti 13-23 f’nofs il-perjodu. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Maria Desira u Francesca Tabone flimkien ma trippla minn Lucienne Bezzina biex fil-half time kienu 13 minn fuq 34-21.

Fit-tielet sessjoni, Loyola ppruvaw jerġgħu inaqqsu d-distakk wara li trippla ta’ Ruth Spiteri ressqithom 10 punti minn taħt 26-36. Pero’ Hibs għamlu run ta’ 10-4 bil-punti jaslu minn Cardona u Micallef biex temmew is-sessjoni 46-32 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Hibs għamlu run oħra ta’ 7-0 inkluża r-raba’ trippla ta’ Baldacchino biex kabbru l-vantaġġ għal 21 punt 53-32. Hibs komplew jikkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Loyola fejn għalqu l-partita bi trippla oħra ta’ Baldacchino u rebħu l-konfront 57-36.

Fi tmiem il-partita, l-president tal-MBA il-Maġistrat Antonio Mizzi ppreżenta t-trofew lil Lucienne Bezzina fost il-ferħ tal-players u l-partitarji Pawlisti.

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar 2, M. Zammit, L. Bezzina 9, F. Tabone 2, M. Desira 2, D. Micallef 11, N. Arrigo, K. Baldacchino 17, J. Cardona 14, C. Schiavone.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 2, F. Schembri 2, E. Falzon, M. Gatt, D. Hollier Said, R. Spiteri 5, A. Bonanno 1, C. Grima 20, K. Tonna 2, F. Camilleri, S.J. Barbara 4, K. Gouder.

Referees: Clive Terribile, Jean Paul Sammut





Leave a comment