Hibs Medsea jirbħu l-aħħar unur tal-istaġun

Thursday, June 9, 2011, 10:56

minn Colin Schembri

DETUR CUP NISA

Luxol 51

Hibs Medsea 63

(8-17)(12-19)(15-11)(16-16)

L-aħħar unur tal-basketball femminili għal dan l-istaġun intrebaħ minn Hibs Medsea li fil-finali tad-Detur Cup għelbu lic-champions Luxol 63-51. Hibs dehru iktar determinati f’din il-partita fejn minkejja li baqgħu ma rkuprawx lil Elena Cassar u Kristen Baldacchino xorta rnexxielhom joħorġu rebbieħa. B’hekk Hibs temmew l-istaġun bi tlett unuri, Depiro rebħu tnejn oħra fil-waqt li l-kampjonat mar għand Luxol. Luxol irkupraw lil Emma Moore u Beverlee Zammit li ma kienux lagħbu fis-semifinali pero’ ma ġewx utiliżżati mal-ewwel ħamsa mill-coach Val Drury. Hibs kellhom l-aħjar bidu meta bejn ir-raba’ u s-seba’ minuta għamlu run ta’ 13-2 biex fit-tmiem l-ewwel sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 9 punti 17-8 hekk kif Moore għalqet bi trippla għall-Luxol. Fit-tieni sessjoni Hibs komplew jiddominaw il-partita hekk kif ic-champions għamlu biss trippla minn Mandi Sciortino għat-tlettax il-punt ta’ Hibs li fil-ħames minuta kienu fuq quddiem 30-11. Finalment Luxol wieġbu bi break ta’ 9-2 li għalquh bi trippla ta’ Becky Naudi biex resqu sa’ 12-il punt il-bogħod pero’ Hibs għamlu żewġ baskets qabel il-halftime permezz ta’ Nadia Arrigo biex dahlu jistriehu 16 minn fuq 36-20.

Fil-bidu tat-tielet perjodu l-punti ġew bil-mod ħafna fuq iż-żewġ naħat hekk kif is-sħana bdiet tagħmel tagħha fil-padiljun. Pero’ Hibs dejjem baqgħu fil-vantaġġ hekk kif Steffi De Martino għamlet trippla għall-Luxol, huma wieġbu bil-punti ta’ Maria Desira. L-aħħar sessjoni kienet bilanċjata ferm tant li spiċċat f’parita ta’ 16-16 bil-Hibs iwieġbu kontinwament għall-baskets ta’ Luxol biex harġu rebbieħa 63-51. Fit-tmiem il-partita s-Sur Sinam Onem Managing Director ta’ Detur Malta Operations ippreżenta t-trofew lil Lucienne Bezzina captain ta’ Hibs Medsea biex b’hekk intemm l-istaġun tal-basketball femminili.

Luxol: E. Moore 10, M. Sciortino 7, L. Serge 3, B. Naudi 10, S. De Martino 10, P. Ellul 2, D. Muscat 2, B. Zammit 2.

Hibs Medsea: E. Micallef 2, M. Zammit, L. Bezzina 2, M. Desira 19, D. Micallef 11, A. Darmanin 6, N. Arrigo 10, J. Cardona 13, C. Schiavone.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara.





24 Comments

  1. basketball says:

    who is contesting the election ? you hear nothing in maltese sports ……………

    [Reply]

  2. majsi says:

    cioe l-aqwa li JRIDU jtajru l-Magistrat. Issa naraw xi progress gej. Ghal dak li ghamel il-Magistrat zgur ma kienx jisthoqqlu dak li ghamlulu

    [Reply]

    JOE MIZZI Reply:

    x ghamel il magistrat dawn l ahhar snien………dejn biss u eluf kbar mid dera, qrib il 150,000 euro. nispera li il president il gdid jamel bidla radikali min fuq sisfel. basta ghal l interest tal basketball kollu, min isfel sa fuq. bomba fuq ta qali mux bissejjed.

    [Reply]

  3. Bballer says:

    Mela, ejja nibdew suggett iehor fost il-fans tal-Basketball……………………….il-gimgha d-diehla hemm l-elezzjoni ghall-Kumitat gdid fil-MBA. Tridu bidla? Jew nibqghu l-istess? Irridu nies godda? Jew ma nafdawx? Irridu President gdid? Jew nibqghu bli hemm ghax nafu x’ghandna? Ejjew nibdew nirrispondu dawn id-domandi bl-akbar serjeta’….

    [Reply]

    majsi Reply:

    Kollox lest hemm. Kollox lest. L-aqwa li jtajru l-magistrat.

    [Reply]

  4. Truly Bball Lover says:

    kemm huma boring dawn ir raporti… qisek qed tara 90s minuto

    [Reply]

    karmnu Reply:

    ghax ma tibdiex taghmilhom int ux la truly basketball lover. nahseb aqta kemm tahdem ghal basketball int

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Hafna iktar milli tahseb int … ghamilt ghal bball jien …!!

    [Reply]

    Ali Reply:

    Mhux hekk qed jistennew lilek ha solvi il problemi. Hallina.

    Truly Bball Lover Reply:

    iktar fil baxx milli qedin ma nistawx ninzlu… xbajtu tmaqdruh il colin …tighdu li jzomm ma dak u ma l iehor … !! u jien stess naqbez ghalih… coln ghamel hafna gid ghal bball .. imma ir rapporti huma boring … jekk tahsbu li colin huwa tant importanti.. telawh!!

    meta teqleb skwadra zona ? meta tilghab man to man? ecc ecc… dak hu l punt !!

    Truly Bball Lover Reply:

    Ali.. jien miniex Fr Colin dak isolvi il problemi.. u bidla dejjem tajba .. u xorta mhux ha jgibuh Nba aw malta min ha jitla ghax mhux facli….

    Truly Bball Lover Reply:

    Karmnu thajjar int li kont pront qbizt?? taf kif lghabu timijiet ghali jista jkun ? jew mi nghamel il punti biss.. jew ma ghandiex dritt ghal opinjoni ?

    [Reply]

    Colin Schembri Reply:

    Sur basketball Lover, Tezisti possibilita kbira li dan ikun l-ahhar stagun tieghi f’Ta Qali. Ghalhekk nissugerilek biex turi l-identita tieghek u mhux tistahba wara nome de plume u nhar il-Hadd ejja sa hdejja ha ntik handover. By the way lesti ruhek ghal hafna xoghol volontarju mhux bhal 90 minuto ghax nahseb li jithallsu dawk. Inkun looking forward biex nibda naqra r-rapporti tieghek. Grazzi. Colin

    [Reply]

    Joe Borg Reply:

    Colin
    Thank you for your work. Although my Maltese needs a brushing I can understand your articles. Once again thank you.

    [Reply]

    Silvio Reply:

    Prosit Colin tax-xoghol li taghmel u li hafna kowcis uzaw is-servizzi tieghek permezz tal-istatistika. Dawn ma jafux li l-Hadd wara nofsinhar, minflok tohrog mal-mara u t-tfal titla’ Ta’ Qali u toqghod tirraporta x’jigri fil-Basketball halli kemm fuq it-TV u fuq l-internet niehdu naqra coverage, niehdu ftit promotion ghal-loghba li tant inhobbu. Il-loghba taghna lkoll nafu f’liema stat qeghda, u jekk nitilfu nies bhal Colin, difficli li nsibu nies jinteresshom it-tip ta’ xoghol li jaghmel. Ejjew nibzghu ghal ftit nies li huma verament iddedikati ghal-loghba sabiex ma nitilfuhomx.

    Joey Vella Reply:

    Colin, well done for your relentless commitment to covering the local basketball scene. You are even one of the few who covers the men’s second division. I sure hope that your decision to walk away from basketball will be reconsidered as your work is appreciated by many people involved in the local game.  

    [Reply]

    Martin Pace Reply:

    Prosit Colin. You did a good job promoting basketball. It will be very difficult to replace you. Hope you will think it over.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    coln jekk tkun l ahhar sena go ta qali .. ghax hemm posibilta li ma jurux fiducja fik jew ghax mhux ha tikontesta int?

    ijwa vera volontarju int.. imma ghax thobb il basketball?? jekk thobb il basketball ghalfejn hrigt tajjat li mintiex bi hsiebek… tiraporta il finali ghax kien hemm possibilta (kif gara) li siggiewi ma jghadux ghal finali… Colin infakrek li int kont jew ghadek il pr tal MBA … so dan ix xol kont qed tghamlu ghax int kont qed tigi elett ghax xtaqt u kont qed tikontesta int… u bir rispett kollhu (mhux nighdt li tort tijak.. imma…) bhal PR nahseb kellek tghamel iktar xol min 3 pointer (li kont tithallas cucata imma djjem tithalas) u ftit rapporti li jkunu l istess fuq diversi gurnali … !!

    [Reply]

    Colin Schembri Reply:

    Minkejja li ergajt hirgt ta bezziegh u nhbejt wara nome de plume u ma kellekx gazz li turi l-vera identita tieghek, ghandek il-messagg t’hawn fuq mimli ineżatezzi. L-ewwelnett kont ilni nghid li miniex se nikkontesta minn Marzu. It-tieni, konvint li ma kienitx problema ta’ fiducja ghax gejt avvicinat minn diversi nies biex nerga nikkontesta. It-tielet ma nafx minn fejn qlajtha din li ma kontx se nirraporta l-finali ghax SIggiewi m’ghaddewx. M’ghandu x’jaqsam xejn u jekk tfittex f’dan is-sit issib diversi rapporti ta’ finali mitlufin mis-Siggiewi ghax id-dover hekk jitlob. U anke l-ewwel finali qieghda rrapurtata. Ir-rapporti f’dan is-sit saru primarjament ghal-imhabba lejn il-loghba u ghar-rispett lejn il-kollega u owner ta sportinmalta.com Sandro Micallef. Dwar li r-rapporti jkunu l-istess nerga nisfidak biex turi minn int u taghmel kuntatt ma Sandro forsi tibda taghmilhom int. Insemmi wkoll il-pataflun statistika li tajt lil hafna clubs senza nteressi ta’ xejn (forsi wiehed minnhom tieghek) u l-organizzazjoni tal-Malta Basketball Awards li ehe niftahar li saret bil-hila tieghi u grazzi mill-gdid lil Sandro. Naghlaq billi nirrangrazzja lil dawk kollha li kemm f’dan is-sit kif ukoll b’mod personali kellmuni f’dawn l-ahhar granet. Colin

    Truly Bball Lover Reply:

    1 . Jien saqsejtek colin…. hemm queston mark fl ahhar…

    2. smajtek jien u b wdnejja tighdt ”qas niraportaha il finali… + kliem li mhux adatat” int u hiereg min ta’ qali. 3. jien qadt ma tfajt xi dubbji fik.. biss ghdt li raport boring .. int ma acetajtx il kritika… u ijwa naf li l awards kien hemm int fuq wara…

    jien kull ma ghadtlhekk li vera volontarju u niringrazjak fuq dan… imma int kont tikontesta ghal kunsill… allura xtaqt tghamlu bhal ma sippost ghamel xol iehor hadtiehor !! Jien ma ritx nghamel l ebda rapporti ghax jien miniex fil presidents council … int qed iggib id dinja fit tarf u kelli nirispondik… maqdart rapport li ijwa nerga nighdt narah boring li tighdt… basket ta dak u ta l iehor u ta dak u ta iehor .. flok tfijhem iktar is sens tal loghoba … !!

    Truly Bball Lover Reply:

    jekk tara kummenti tijaj ta qabel… jien qed nighdt li xbajtu tmaqdruh il colin u jien l ewwel wiehed naqbez ghalih…. ara posts ohra…. meta qalulek li favur luxol u qbizt ghalik … li dak xoghlok…. kul ma ghidt li raport huwa boring …

    bahri Reply:

    truly ghajjejtna taghjjar lil colin mela ghamillek xi haga? jew tlabtu xi haga u ma qdiekx? ghax sa fejn naf jien dejjem pprova jghin lil kulhadd u l-fatt li mhux hiereg ghall-kunsill l-mba se tmur lura.

    Ali Reply:

    Ir-rapporti forsi boring ghalik Truly Bball Lover imma ghal haddiehor ma humiex. Jien nahseb li kiku ma kienux dawn it-tlieta min nies li weekend wara l`iehor ikunu Ta Qali jirrapurtaw x’qed jigri li kiku l’anqas nafu li jezisti B`Ball, mela ahjar minflokk imaqdru u nikritikaw najdu grazzi lil dawn in-nies, Colin, Willy u Bonzu.

    Truly Bball Lover Reply:

    Aqraw sew pls!!

Leave a comment