Hibs Medsea jibqgħu jittamaw

Thursday, April 21, 2011, 9:37

minn Colin Schembri

KAMPJONAT NISA – CHAMPIONSHIP POOL

 Hibs Medsea 43

McDonalds Depiro 30

(5-14)(11-4)(12-7)(15-5)

Hibs vs Depiro

Hibs vs Depiro

Il-ġlieda għal-uniku post li fadal għal kampjonat tan-nisa nfetħet beraħ hekk kif ic-champions Hibs Medsea għelbu lil McDonalds Depiro 43-30. Huma ġew lura minn bidu negattiv biex kisbu t-tieni rebħa fuq Depiro fil-kampjonat. Depiro kellhom l-aħjar bidu biex f’nofs l-ewwel sessjoni kienu 7-2 minn fuq wara trippla ta’ Greta Zarb. Ir-risposta ta’ Hibs ma waslitx biex sa tmiem il-perjodu Depiro fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 14-5. It-tieni sessjoni fetħet bi trippla oħra ta’ Zarb għal Depiro pero minn hemm il-quddiem saru biss punti minn Hibs minn ħames players differenti. Huma waslu sa punt ‘l bogħod qabel ma freethrows ta’ Antoinette Borg għalqu s-sessjoni bid-Depiro basket minn fuq 18-16.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kien hemm three pointer fuq kull naħa b’Kirsten Baldacchino twieġeb lil Sarah Pace. Fil-ħames minuta Hibs ħadu l-vantaġġ wara basket ta’ Joselle Cardona pero t-tielet trippla ta’ Zarb u freethrow minn Francesca Bianho taw l-aħħar vantaġġ lil Depiro. Hibs għalqu l-perjodu b’5 punti mingħajr risposta għal vantaġġ 28-25. L-aħħar perjodu kien f’idejn ic-champions speċjalment b’run ta’ 11-0 kollha minn Maria Desira. Depiro serqu żewġ blalen u għamlu basket u trippla minn Borg. Pero’ Hibs ma ħallewx il-logħba taħarbilhom u għalqu bil-freethrows ta’ Doreen Micallef u basket ieħor ta’ Desira biex rebħu l-partita 43-30.

 

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar, L. Bezzina 2, F. Tabone, M. Desira 20, D. Micallef 5, A. Darmanin, N. Arrigo 2, K. Baldacchino 8, J. Cardona 6.

McDonalds Depiro: S. Pace 4, G. Zarb 11, A. Mifsud, F. Biancho 3, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 8, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 4.

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri.

Klassifika Kampjonat Nisa – Championship Pool
Team Log]ob Reb] Telf Punti
Luxol 16 14 2 30
McDonalds Depiro 16 13 3 27
Hibs Medsea 16 12 4 27

It-timijiet ġarrew il-punti tal-ewwel fażi. Fit-tieni fażi ma

jingħatawx punti għat-telf.

Intant, f’partita li kienet ġiet posposta iktar qabel dan l-istaġun minħabba problema fil-court, Athleta għelbu lil Guzelpinar Imtarfa 52-30. B’din ir-rebħa huma temmew l-istaġun tagħhom fir-raba’ post u Mtarfa baqgħu mingħajr rebħa. Athleta temmew l-ewwel sessoni 12-8 minn fuq u sal-mistrieħ kabbru l-vantaġġ għal 12-il punt 23-11. Fit-tielet perjodu Athleta saħħew il-vantaġġ 37-20 biex temmew il-partita b’rebħa 52-30.





Leave a comment