Hibs Medsea għal ma’ Luxol fil-finali tal-kampjonat

Tuesday, May 3, 2011, 23:02

minn Colin Schembri

KAMPJONAT NISA’ – CHAMPIONSHIP POOL

 Luxol 55

McDonalds Depiro 47

(17-9)(19-4)(5-18)(14-16)

Depiro vs Hibs

Depiro vs Hibs

Din il-partita ma ddeċidiet xejn hekk kif it-tieni finalista ried jiġi deċiż mill-aħħar partita. Pero żgur li se sservi għal moral ta’ Luxol li rebħu l-partiti kollha fic-championship pool wara din ir-rebħa ta’ 55-47 fuq Depiro. Luxol jittamaw li għal finali jirkupraw lil Steffi De Martino u Emma Moore li t-tnejn ħarġu mweġġa’ minn din il-partita. Il-bidu tal-logħba kien bilanċjat bil-Luxol punt minn fuq 8-7. Trippla minn De Martino bdietilhom run ta’ 7-0 li biha temmew l-ewwel sessjoni 17-9 minn fuq. Luxol baqgħu jiddominaw u fil-ftuħ tat-tieni perjodu għamlu run ta’ 14-0 bil-punti kollha jaslu minn De Martino u Becky Naudi. Depiro wieġbu wara tmien minuti b’4 freethrows minn Antoinette Borg. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet minn trippla ta’ Mandi Sciortino u freethrows ta’ Diana Muscat għal skor ta’ 36-13 fil-halftime.

Depiro rkupraw xi ftit fil-bidu tat-tielet sessjoni meta fl-ewwel sitt minuti għamlu run ta’ 12-0 biex naqqsu d-distakk għal 11-il punt 36-25. Luxol waqqfulhom din ir-run bi trippla oħra ta’ Sciortino pero’ punti minn Sarah Pace raw lil Depiro jaslu sa 10 punti l-bogħod 31-41. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata għalkemm Luxol baqgħu jikkontrollaw b’iktar trippli minn Sciortino. Deporo tħabtu biex isalvaw il-partita pero’ kienu wisq il-bogħod u Luxol ħarġu rebbieħa 55-47.

 

Luxol: E. Moore 2, M. Sciortino 14, L. Serge 2, B. Naudi 8, S. De Martino 19, P. Ellul, D. Muscat 6, B. Zammit 4.

McDonalds Depiro: S. Pace 9, G. Zarb 5, J. Xuereb, A. Mifsud, F. Biancho 8, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 18, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 7

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

McDonalds Depiro 38

Hibs Medsea 43

(8-9)(2-9)(5-14)(23-11)

Din il-partita riedet tiddeċiedi min minn dawn iż-żewġ timijiet se jasal fil-finali flimkien ma’ Luxol. Finalment kienu c-champions Hibs Medsea li rebħu dan il-konfront 43-38 mhux qabel pero ma ħadu ħasda kbira u raw vantaġġ t’20 punt jispiċċa f’żewġ punti fl-aħħar ftit sekondi. B’hekk Hibs mhux biss baqgħu biċ-ċans li jiddefendu t-titlu pero żammew ukoll it-tradizzjoni li kemm ilhom isiru l-playoffs, dejjem kienu fil-finali. Hibs għamlu l-ewwel 3 punti tal-partita pero Depiro wieġbu b’run ta’ 8-2 li għalquha bi trippla ta’ Antoinette Borg biex ħadu vantaġġ. Hibs għamlu l-aħħar 4 punti tas-sessjoni għal skor baxx ta’ 9-8 favurhom fi tmiem is-sessjoni. Fit-tieni perjodu Hibs bdew bi trippla minn Kirsten Baldacchino u basket ta’ Joselle Cardona biex kabbru l-vantaġġ. Depiro setgħu jagħmlu biss 2 punti minn fuq il-freethrow line permezz ta’ Borg biex żewġ baskets oħra ta’ Cardona raw lil Hibs jidħlu jistrieħu 18-10 minn fuq.

Fit-tielet perjodu iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin b’Sarah Pace tagħmel trippla għal Depiro fil-ħames minuta u naqqset id-distakk għal 7 punti 15-22. Pero Hibs wieġbu b’run ta’ 10-0 li għalquha bi trippla ta’ Doreen Micallef. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni Hibs kabbru l-vantaġġ għal 20 punt pero’ hawn bdiet rimonta ta’ Depiro mħeġġa mil-partitarji tagħhom li fl-aħħar minuta rathom jaslu sa basket minn taħt 38-40. F’din ir-run kien hemm trippli minn Borg u Francesca Biancho b’Elena Cassar tagħmel trippla għal Hibs. Depiro kellhom il-ballun biex jippareġjaw il-partita pero fallew l-attentat tagħhom u Hibs għamlu l-freethrows permezz ta’ Kirsten Baldacchino u Lucienne Bezzina u rebħu l-partita 43-38.

McDonalds Depiro: S. Pace 5, G. Zarb, J. Xuereb, A. Mifsud, F. Biancho 9, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 21, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 3

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar 3, L. Bezzina 3, M. Desira 5, D. Micallef 10, A. Darmanin 4, N. Arrigo, K. Baldacchino 6, J. Cardona 12.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri

Klassifika Kampjonat Nisa’ – FINALI
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Luxol 18 16 2 32
Hibs Medsea 18 13 5 29
McDonalds Depiro 18 13 5 27

It-timijiet ġarrew il-punti tal-ewwel fażi. Fit-tieni fażi ma

jingħatawx punti għat-telf.

PROGRAMM TAL-FINALI

 

Finali numru 1 – Il-Ħadd 15 ta’ Mejju

Finali numru 2 – Il-Ħadd 22 ta’ Mejju

Finali numru 3 – Il-Ħadd 29 ta’ Mejju





Leave a comment