Hibs lura għar-rebħ

Thursday, December 19, 2013, 21:48

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Lightning Mondays 14

Phoenix The Chef Bistro 97

(2-30)(2-21)(5-21)(5-25)

Phoenix The Chef Bistro kisbu t-tielet rebħa fil-kampjonat biex momentarjament qabżu lil Hibs f’ras il-klassifika. Kif mistenni huma ma sabu l-ebda diffikulta kontra t-team ta’ Lightning Mondays u rebħu 97-12. Phoenix kellhom żball fil-line-up u ħallew barra lil Goran Mitrovic i Lightning Mondays kienu mingħajr Tim Wommack u Mok Slim. Phoenix bdew bl-ewwel 22 punt tal-partita b’diversi punti minn Jonathan Ransley, Christian Briffa u trippli ta’ Antoine Costa u Karl Azzopardi. Wara l-uniku basket ta’ Lightning Mondays minn Anthony Micallef, Phoenix għamlu 8 punti oħra bi tlett baskets ta’ Darryl Pisani għal skor ta’ 30-2. Fit-tieni perjodu Phoenix reġgħu għamlu 19 –il punt konsekuttiv bi Briffa u Pisani jiksbu aktar punti u fl-intervall kienu 51-4 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Phoenix għamlu break ta’ 13-2 fl-ewwel minuti. Lightning Mondays wieġbu bi trippla ta’ Chris Mifsud u Phoenix għamlu erba’ baskets oħra għal skor ta’ 72-9. Il-partita baqgħet bl-istess andament flr-raba’ taqsima bil-Phoenix ikollhom trippli minn Costa f’run ta’ 19-3. L-aħħar punti ġew minn Rueben Curmi u Clayton Camenzuli għal Phoenix li rebħu l-partita 97-14.

Lightning Mondays: D. Caruana 2, L. Randazzo, M. Caruana, D. Godwani 2, A. Micallef 5, C. Mifsud 3, A. Hatherly 2.

Phoenix The Chef Bistro: M. Grech, G. Micallef, D. Pisani 19, K. Azzopardi 5, D. Debattista, R, Curmi 6, C. Camenzuli 10, C. Briffa 22, A. Costa 18, J. Ransley 16,  A. Toompere 1.

Referees: Stephen Micallef, Svezdan Dobrosaviljevic

Miscela D’oro Mtarfa 52

Hibs 76

(14-25)(12-22)(7-15)(19-14)

Hibs irritornaw għar-rebħ fil-kampjonat meta għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 76-52 biex pattew ukoll għat-telfa kontra l-istess avversarji fil-logħob tas-shield. Mtarfa  kellhom nieqes lil Darryl Schembri fil-waqt li Hibs kienu mingħajr Adrian Baldacchino. Il-partita bdiet b’basket fuq kull naħa u Hibs komplew b’żewġ trippli minn Kieron Caruana u Svens Niedritis. Mtarfa ġabu l-iskor indaqs b’baskets ta’ Daniel Farrugia 8-8 iżda Hibs komplew b’run ta’ 9-2 bit-tieni trippla ta’ Caruana. Farrugia għamel basket u trippla għal Mtarfa iżda bejniethom Hibs għamlu 8 punti oħra biex temmew is-sessjoni 25-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu Hibs żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Jordan Scott u Simon Attard. Il-partita kompliet b’punti fuq kull naħa biex Hibs kabbru l-vantaġġ 40-22. Sa’ tmiem is-sessjoni Hibs kellhom break qasir ta’ 7-2 u daħlu jistrieħu 47-26 minn fuq.

Mtarfa bdew it-tielet sessjoni bil-punti ta’ Karl Xuereb u Josef Attard. Hibs wieġbu bi break ta’ 13-2 sa’ tmiem is-sessjoni bil-punti ta’ Niedritis u Chris Bugeja biex kellhom vantaġġ ta’ 29 punt 62-33. Fl-aħħar taqsima Mtarfa tejjbu l-logħba tagħhom u għaqqdu run ta’ 11-2 bi trippla ta’ Matthew Borg. Hibs wieġbu bil-baskets ta’ Attard u Kyle Vella. Mtarfa għalqu l-partita bi break ieħor ta’ 7-0 bi trippli ta’ Attard u Borg però kienu Hibs li rebħu l-partita 76-52.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard 7, M. Agius 5, K. Xuereb 8, C. Calleja, N. Grech, D. Farrugia 23, S. Zammit 8, J. Viibe 3, M. Borg 8.

Hibs: S. Niedritis 18, J. Scott Flagel 12, L. Farrugia 6, S. Atttard 12, K.Vella 2, K. Caruana 10, C.Bugeja 8, K. Sultana 2, R. Carabott 4, G. Agius, K. Marouda 2.

Referees: Stephen Micallef, Emanuel Mangani

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Hibs

5

4

1

9

Phoenix The Chef Bistro

5

3

2

8

St. Nicholas Suns

3

3

0

6

Mellieħa Tritones

4

2

2

6

Miscela D’Oro Mtarfa

5

1

4

6

Lighting Mondays

4

0

4

4

 





Leave a comment