Hibs lura għar-rebħ

Monday, February 9, 2015, 20:57

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 44

Caffè Moak Luxol 70

(14-20)(8-17)(13-13)(9-20)

Ic-champions Caffè Moak Luxol għadhom bla telfa fil-kampjonat St. James Hospital wara li għamlu d-double kontra PAVI Depiro 70-44. Depiro kellhom il-finali tan-Knock out f’moħħhom hekk kif il-coach Clelia Benmesba għażlet li ddawar il-players tagħha għal din il-logħba fejn utiliżżat il-players kollha hekk kif huma rkupraw finalment lil Samantha Brincat. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ wara żewġ trippli minn Siarre Evans iżda Luxol wieġbu malajr ukoll bi three pointers minn Beverlee Zammit u Steffi De Martino. De Martino kellha aktar punti flimkien mal-Amerikana Laekitha Alston b’Gaby Mifsud twieġeb għal Depiro. Luxol għalqu l-ewwel taqsima fuq quddiem 20-14. Fil-bidu tat-tieni sessjoni Luxol kellhom żewġ trippli oħra minn Zammit u De Martino. Maria Bonett wieġbet għal Depiro qabel run ta’ 9-2 minn Luxol li temmewha bi trippla ta’ Sarah Pace. Bonett kellha żewġ baskets oħra għal Depiro iżda fil-mistrieħ Luxol kienu 37-22 minn fuq.

Luxol fetħu t-tielet sessjoni b’punti minn Alston u Paula Ellul. Depiro għamlu run ta’ 9-0 b’punti minn Mifsud, Bonett u trippla minn Evans. Luxol wieġbu bil-punti ta’ De Martino inkluż trippla biex huma spiċċaw is-sessjoni 15-il punt minn fuq 50-35. Depiro kellhom trippla minn Tina Mifsud fil-bidu tal-aħħar perjodu. Luxol wieġbu bi break qawwi ta’ 15-0 b’diversi punti ta’ De Martino, Zammit u Alston. Depiro kellhom l-aħħar punti tagħhom jaslu minn Claire Ciantar qabel l-aħħar punti ta’ Luxol bi trippla ta’ Ina Baena biex huma rebħu l-logħba 70-44.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 8, R. Calleja, S. Brincat 2, M. Bonett 10, N. Agius 2, M. Mifsud 3, S. Evans 13, P. Montanaro, S. Micallef 2, C. Ciantar 4.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 5, B. Zammit 10, M. Caruana, I. Baena 3, S. Tabone, S. De Martino 24, J. Borg Cardona 4, P. Ellul 4, L. Alston 18, M.Darmanin, C. Curmi.

Referees: Luke Camilleri, Brian Sly

DHL Phoenix 46

Hibs 75

(8-25)(10-18)(12-17)(16-15)

Hibs irritornaw lura għar-rebħ wara li għelbu lil DHL Phoenix 75-46. Phoenix qed juru titjib fil-logħba offensiva tagħhom madankollu huma xorta għadhom jagħmlu ammont ta’ turnovers li minnhom jsofru ħafna punti. Hibs mill-banda l-oħra dehru aħjar mill-aħħar prestazzjoni però jridu jaqdfu biex jippruvaw jevitaw ir-raba’ post tal-klassifika li kif inhi l-klassifika bħalissa jifsser semi-finali ta’ play-offs kontra Luxol. Hibs bdew bill-punti minn Elena Cassar fl-ewwel minuti flimkien ma’ trippla ta’ Ema Micallef. Adriana Demanuele wieġbet għal Phoenix qabel aktar punti għal Hibs minn Silvia Gambino, Nadia Mifsud u Cassar. Hibs għamlu break ta’ 13-2 biex temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 25-8. Fit-tieni perjodu, Hibs kellhom bidu ieħor tajjeb b’run ta’ 15-2 bi trippla oħra ta’ Gambino u l-punti minn Francesca Mifsud u Christina Grima. Martha Gatt wieġbet għal Phoenix b’żewġ baskets u qabel it-tmiem tas-sessjoni kien hemm żewġ trippli fuq kull naħa minn Kim Portainer Mifsud u Francesca Sant i Hibs daħlu jistrieħu 43-18 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Hibs kellhom żewġ trippli minn Micallef u l-punti minn Grima, Mifsud u Julia Scerri. Phoenix wieġbu b’punti minn Stephanie Davies u Demanuele. Grima kellha żewġ baskets oħra għal Hibs biex huma temmew it-tielet sessjoni 60-30 fuq quddiem. Phoenix kellhom run qasira ta’ 8-2 fil-bidu tas-sessjoni finali b’aktar punti minn Demanuele u Davies. Hibs wieġbu b’baskets ta’ Cassar u Grima flimkien ma’ Gambino. Jean Doughty u Gatt kellhom punti konsekuttivi għal Phoenix qabel trippla oħra minn Mifsud għal Hibs. Il-logħba ntemmet bl-aħħar punti ta’ Phoenix tal minn Lisa Pace, Doughty u Gatt biex Hibs rebħu l-logħba 75-46.

DHL Phoenix: L. Pace 5, J. Doughty 6, M. Gatt 12, F. Sant 4, G. Torpiano 2, J. B. Gaerthy, A. Demanuele 10, Y. Agius,S. Davies 7.

Hibs: E. Micallef 14, E. Cassar 12, S. Gambino 17, F. Mifsud 2, J. Xuereb, C. Schiavone, C. Grima 18, K. Portainer Mifsud 3, N. Mifsud 4, N. Farrugia 1, J. Scerri 4.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

8

8

0

16

479

356

Pavi Depiro

8

5

3

13

528

436

Honey Athleta

8

4

4

12

511

419

Hibs

8

3

5

11

464

451

DHL Phoenix

8

0

8

8

263

583

 





Leave a comment