Hibs kontra Athleta u Depiro kontra Luxol fil-play-offs

Tuesday, March 15, 2016, 12:21

Kampjonat MSV life Nisa

minn Colin Schembri

Starlites Naxxar 28

Electrofix Hibs 95

(7-26)(3-26)(10-20)(8-23)

Hibs temmew l-ewwel fażi b’rebħa fuq Starlites Naxxar 95-28. Starlites kellhom diversi players neqsin għal diversi raġunijiet fil-waqt li Hibs kellhom nieqsa lil Elena Cassar u postha ħadithu Kirsty Caruana. Hibs bdew qawwi mill-bidu u għamlu run ta’ 18-2 b’żewġ trippli ta’ Greta Costa u l-punti ta’ Maria Said. Starlites kellhom trippla ta’ Jean Doughty u basket ta’ Adriana Demanuele qabel ma Hibs għamlu tmien punti oħra għal skor ta’ 26-7. Fit-tieni sessjoni Hibs kellhom żewġ runs ta’ 13-0 bi trippli minn Kim Portainer Mifsud u Naomi Farrugia u erba’ baskets minn Iona Agius. Bejniethom kien hemm trippla ta’ Rachel Deguara għal Starlites biex fl-intervall Hibs kienu 52-10 minn fuq.

Il-partita baqgħet bl-istess andament wara l-mistrieħ. Hibs bdew bi break ta’ 12-2 bil-punti ta’ Nicole Vella u Josephine Grima. Starlites kellhom fażi tajba bi tmien punti fosthom trippla ta’ Jaelle Micallef qabel ma Hibs għamlu sitt punti oħra għal skor ta’ 72-20. Starlites bdew l-aħħar taqsima bi trippla ta’ Deguara bil-Hibs jirrispondu bi break ta’ 9-2 bil-punti ta’ Portainer Mifsud u Hannah Al Tumi. Starlites għamlu l-aħħar basket tagħhom minn Micallef biex Hibs għalqu l-partita bi break ta’ 14-0 fosthom it-tieni trippla ta’ Farrugia biex rebħu l-partita 95-28.

Starlites Naxxar: J. Doughty 4, S. Tabone 2, J. Micallef 11, K. Pirotta 3, A. Demanuele 2, L. Pirotta, R. Deguara 6.

Electrofix Hibs: J. Scerri 5, K. Caruana 2, N. Vella 6, I. Agius 10, J. Grima 12, M. Said 7, C. Grima 6, K. P. Mifsud 11, N. Mifsud 2, H. Al Tumi 8, N. Farrugia 16, G. Costa 10.

Referees: Christine Farrugia, Alfred Carbonaro.

Pavi Depiro 73

Floriana 24

(21-7)(19-3)(17-4)(16-10)

Depiro wkoll temmew l-ewwel fażi b’rebħa fuq Floriana 73-24 bil-Furjaniżi jtemmu ir-ritorn tagħhom fil-basketball femminili tagħhom mingħajr rebħa. Depiro żammew l-istess formazzjoni ta’ dawn l-aħħar ħarġiet fil-waqt lil għal Floriana kien hemm ir-ritorn ta’ Martha Gatt. Wara basket fuq kull naħa kien hemm l-ewwel run sostanzjali minn Depiro ta’ 13-2 bi trippli minn Gaby Mifsudu għalqu t-taqsima b’sitt punti oħra għal skor ta’ 21-7. Fit-tieni perjodu Depiro komplew iżidu l-vantaġġ u kellhom aktar three pointers minn Martina Scicluna u Mifsud fi break ta’ 13-0 biex daħlu jistrieħu 40-10.

Depiro fetħu t-tielet taqsima bil-ħames trippla ta’ Mifsud u wara basket minn Vanessa Mifsud Tommasi għal Floriana, Depiro komplew b’run oħra ta’ 12-0 bil-punti ta’ Sam Brincat u Maria Bonett biex temmewha fuq quddiem 57-14. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima l-logħob kien maqsum bi Floriana jkollhom il-punti ta’ Martha Gatt, Guliana Torpiano u Emily Cassar. Depiro għalqu l-partita b’run oħra ta’ 10-2 biex rebħu l-partita 73-24.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 25, S. Brincat 6, M. Bonett 10, C. Camilleri 8, M. Scicluna 3, J. Xuereb 6, C. Ciantar 15.

Floriana: M. Borg, L. Pace 2, N. Arena 2, M. Gatt 8, A. Camilleri, V. Mifsud Tommasi 2, G. Torpiano 6, L. Haber, F. Camilleri 2, E. Cassar 2.

Referees: Jennifer Mangani, Christine Farrugia

Gżira Athleta 18

Caffè Moak Luxol 78

(4-17)(6-20)(0-17)(8-24)

Din il-partita għalqet l-ewwel fażi tal-kampjonat bic-champions Caffè Moak Luxol jiksbu rebħa komda fuq Gżira Athleta 78-18. Ħafna aktar kien mistenni minn Athleta u żgur li għal play-offs iridu jinsew din il-prestazzjoni meta fis-semifinali se jiffaċjaw lil Hibs. Fis-semifinali l-oħra Luxol se jiltaqgħu kontra Depiro. Luxol għamlu l-ewwel 15 –il punt tal-partita b’żewġ trippli minn Sarah Pace u Steffi De Martino. Athleta finalment wieġbu bil-punti ta’ Sharon Vella u Antoinette Borg fil-waqt li Luxol għalqu t-taqsima b’basket ta’ De Martino għal skor ta’ 17-4. Luxol reġgħu fetħu t-tieni taqsima b’run ta’ 8-0 b’punti konsekuttivi ta’ Joselle Borg Cardona. Borg u Sciberras irrispondew għall-Athleta bil-Luxol jagħmlu sitt punti mingħajr risposta għal skor ta’ 37-10.

Wara l-intervall Athleta ma rnexxielhom jagħmlu l-ebda punt hekk kif kellhom shooting erratiku għall-aħħar. Luxol għamlu 17 –il punt fosthom minn Paula Ellul, Martina Darmanin u Christine Curmi biex kabbru l-vantaġġ 54-10. Ic-champions komplew b’run oħra ta’ 14-0 bi trippla oħra ta’ De Martino fl-aħħar taqsima u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 78-18.

Gżira Athleta: M. Debono, K. Busuttil, S. Pisani, L. Sciberras 2, S. Cilia, D. Said Hollier 3, A. Borg 4, R. Sciberras 1, S. Vella 2, E. Pace, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, B. Zammit 2, N. Agius 2, J. Borg Cardona 7, M. Mercieca 1, S. De Martino 36, C.Sollami 4, A. Calleja 2, P. Ellul 8, N. Vella, M. Darmanin 5, C. Curmi 4.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Electrofix Hibs

10

9

1

19

759

370

Caffe Moak Luxol

10

9

1

19

712

355

Pavi Depiro

10

5

5

15

512

498

Gżira Athleta

10

5

5

15

503

519

Starlites

10

2

8

12

332

657

Floriana

10

0

10

10

247

666

 

Programm tal-play-offs (L-aħjar minn 5):

26-03-2015 – 11:15 – Electrofix Hibs vs Gżira Athleta

26-03-2015 – 14:45 – Pavi Depiro vs Caffè Moak Luxol

 

03-04-2015 – 11:15 – Gżira Athleta vs Electrofix Hibs

03-04-2015 – 14:45 – Caffè Moak Luxol vs Pavi Depiro

 

07-04-2015 – 18:15 – Electrofix Hibs vs Gżira Athleta

07-04-2015 – 20:00 – Pavi Depiro vs Caffè Moak Luxol

 

10-04-2015 – 13:00 – Gżira Athleta vs Electrofix Hibs

10-04-2015 – 14:45 – Caffè Moak Luxol vs Pavi Depiro

 

13-04-2015 – 18:15 – Electrofix Hibs vs Gżira Athleta

13-04-2015 – 20:00 – Pavi Depiro vs Caffè Moak Luxol





Leave a comment