Hibs jirbħu l-partita prinċipali

Wednesday, November 28, 2012, 8:38

minn  Colin Schembri.

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

 Starlites Sports Experience 39

Luxol 94

(8-27)(8-21)(14-21)(9-26)

 

Depiro vs Athleta

Depiro vs Athleta

Iċ-champions Luxol kellhom wirja oħra qawwija din id-darba kontra avversarji ferm inqas ikkwotati minnhom meta għelbu lil Starlites Sports Experience 94-39. Luxol kellhom nieqsa lil Martina Darmanin fil-waqt li għal Starlites irritornaw Sarah Galea u Stephanie Davies. Luxol mal-ewwel urew l-intenzzjonijiet tagħhom fejn wara żewġ minuti marru 11-0 minn fuq bi tlett trippli konsekuttivi ta’ Greta Zarb. Samantha Tabone wieġbet għal Starlites b’basket u freethrows  pero’ Luxol malajr għamlu run oħra ta’ 14-2 b’diversi punti minn Mollie Williams u temmew l-ewwel sessjoni 27-8 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni kien hemm iktar punti minn Luxol fil-waqt li Lyndsey Pirotta għamlet trippla għal Starlites. Luxol komplew iżidu l-vantaġġ mingħajr diffikulta u minkejja li daħlu jilgħabu players minn fuq il-bank ir-ritmu tal-partita baqa’ l-istess. Sal-intervall Luxol kellhom vantaġġ ta’ 32 punt 48-16.

It-tielet sessjoni fetħet bi break ieħor ta’ 9-2 u għalkemm għal xi ħin Starlites qasmu l-logħob mal-avversarji bi trippla oħra ta’ Pirotta fost l-oħrajn, Luxol komplew iżidu l-vantaġġ mis-seba’ minuta ‘l quddiem. Trippla ta’ Clementina Medina rathom jibdew run ta’ 10-2 għal skor ta’ 69-30 fi tmiem it-taqsima. L-aħħar sessjoni bdiet bi trippla oħra ta’ Pirotta pero’ Luxol komplew bir-ritmu qawwi tagħhom u għamlu break ta’ 20-2 u rebħu l-partita 94-39.

           

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 2, C. Riolo, A. Grixti 3, S. Tabone 14, L. Pisani, S. Cutajar, L. Pirotta 14, N. Attard, S. Galea 2, S. Davies, M. Cutajar 4.

Luxol: S. Pace 7, M. Sciortino 8, C. Medina 5, B. Naudi 9, J. B. Gaerty, G. Zarb 25, P. Ellul 4, M. Williams 27, D. Muscat 6, K. Portelli 3.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

Hibs 63

Alyssa Ashley Loyola 60

(16-15)(14-13)(15-12)(18-20)

 

Hibs ħadu rebħa mportanti kontra Alyssa Ashley Loyola 63-60 biex mhux biss ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat pero’ pattew għad-diżappunt tas-semifinali tas-shield kontra l-istess avversarji. Dak in-nhar huma tilfu vantaġġ ta’ 27 punt, u anke f’din il-partita rriskjaw li jagħmlu l-istess meta vantaġġ ta’ 14 –il punt niżel għal erbgħa fl-aħħar żewġ minuti. Iż-żewġ timijiet kellhom player importani nieqsa fejn Hibs għadhom mingħajr Joselle Borg Cardona fil-waqt li għall-Loyola kienet nieqsa Sammy Jo Barbara pero’ nkludew għal-ewwel darba lil Lisa Pace. Loyola marru 7-0 minn fuq fl-ewwel żewġ minuti wara trippla minn Brietta Thomas. Hibs wieġbu bi break ta’ 11-2 li għalquha bi trippla ta’ Lucienne Bezzina u ħadu vantaġġ. Minkejja li Loyola reġgħu ħadu l-vantaġġ wara punti minn Justine Mangion u Thomas, kienu Hibs li temmew is-sessjoni minn fuq b’punti konsekuttivi ta’ Maria Desira għal skor ta’ 16-15. Fit-tieni sessjoni Hibs kabbru l-vantaġġ għal 6 punti 24-18 wara baskets minn Khadi Soune Sagna. Loyola wieġbu permezz ta’ Jean Doughty u Thomas u rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal basket sal-mistrieħ 30-28.

Mal-ftuħ tat-tielet sessjoni, Loyola marru minn fuq b’basket ta Kristie Tonna u trippla oħra ta’ Thomas, pero’ Hibs għamlu run ta’ 7-0 minn Sagna u Elena Cassar. Loyola reġgħu feġġew fuq quddiem b’ħames punti wara xulxin imma Hibs ma ċedewx u għalqu s-sessjoni bi break ieħor ta’ 8-0 għal skor ta’ 45-40. Fl-aħħar perjodu, Cassar u Sagna komplew iżidu l-vantaġġ tal-Pawlisti li saħansitra kiber għal 14 –il punt fil-ħames minuta 56-42. Reazzjoni rabjuża minn Loyola bil-punti ta’ Thomas u trippla ta’ Doughty rathom inaqqsu d-distakk 55-59 bi ftit iktar minn minuta għat-tmiem. Doughty għamlet trippla oħra u Hibs kellhom l-aħħar pussess b’Sagna tipprova three pointer li seta swiejhom qares li kieku l-ballun ta’ Loyola ma wasalx f’nofs iz-zone u setgħu biss jippruvaw il-basket minn Adalia Bonanno. Dan l-aħħar tentattiv ta’ Loyola ma daħalx biex Hibs ħadu nifs qawwi u rebħu l-partita 63-60.

 

Hibs: J. Scerri, E. Cassar 12, R. Scerri, L. Bezzina 9, F. Mifsud, M. Desira 9, K. Gatt, A. Borg 2, N. Mifsud, E. Micallef, K. Soume Sagna 31.

Alyssa Ashley Loyola: P. Montanaro, L. Pace, J. Doughty 16, M. Gatt, D.Said Hollier, K. Tonna 13, A. Bonanno 2, J. Mangion 2, B. Sultana,  B. Thomas 27, F. Camilleri.

Referees: Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 

Depiro 85
Honey Athleta 51
(23-13)(21-11)(22-14)(19-13)

 

Depiro komplew bil-wirjiet posittivi u kisbu rebħa oħra konvinċenti din id-darba kontra Honey Athleta 85-51. Għal Depiro kienet nieqsa Emma Moore fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Madeiline De Martino għalkemm kien hemm ir-ritorn ta’ Dorien Jager. Wara żewġ minuti Depiro kienu 11-1 minn fuq b’Beverlee Zammit tagħmel żewġ three pointers. Ir-risposta tal-Athleta ġiet minn Chantelle Mifsud  qabel ma Steffi De Martino għamlet trippla oħra għal Depiro. Żewġ baskets fuq kull naħa għalqu s-sessjoni bid-Depiro fuq quddiem 23-13. Depiro reġgħu fetħu qawwi fit-tieni sessjoni bi break ieħor ta’ 9-0 bil-punti jaslu minn De Martino u Latisha Belcher. Athleta rnexxielhom jagħmlu seba’ punti kważi kollha minn Edwina Vella qabel ma Depiro komplew bi break ta’ 10-2. Qabel l-intervall kien hemm basket minn Aleksandra Ratomska għall-Athleta għal skor ta’ 44-24.

It-tielet sessjoni kompliet bl-istess andment bi trippla oħra ta’ Zammit u iktar punti minn Belcher u Svetlana Micallef. Ir-risposta tal-Athleta ġiet minn Ratomska u Claire Ciantar pero’ De Martino għamlet l-aħħar 13 il –il punt tad-Depiro biex huma temmew is-sessjoni 66-38 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kien hemm it-three pointers ta’ Samantha Brincat flimkien ma’ punti ta’ Francesca Biancho u Maria Bonett. Marie Claire Cilia kellha trippla għall-Athleta u minn hemm il-quddiem il-punti komplew ġejjin bil-mod bi Brincat tagħlaq il-partita bi trippla oħra biex Depiro rebħu l-partita 85-51.

 

Depiro: C. Camilleri, G. Mifsud, F. Biancho 6, S. Brincat 9, M. Bonnett 4, S. De Martino 25, M. Mifsud, M. Scicluna 2, L. Belcher 23, A. Mifsud, S. Micallef 2, B. Zammit 14.

Honey Athleta: D. Jager, A. Ratomska 18, J. Xuereb 3, L. Calleja 4, L. Sciberras 2, M. A. Duca, G. Muscat, E. Vella 8, R. Sciberras, M.C. Cilia 3, C. Ciantar 5, C. Mifsud 8.

Referees: Emanuel Mangani, Jacques Abeng.





Leave a comment