Hibs jiqbgħu mexjin f’ras il-klassifika

Tuesday, December 3, 2013, 11:07

KAMPJOANT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

SN Suns 48

Phoenix The Chef Bistro 43

(15-9)(8-8)(8-15)(17-11)

Suns kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Phoenix The Chef Bistro 48-43 biex tawhom it-tieni telfa. Suns kellhom lura lil Reno Camilleri iżda Keith Scicluna u Sam Farrugia kienu nieqsa fil-waqt li Phoenix kienu bil-formazzjoni solita tagħhom. Suns bdew bi break qasir ta’ 7-2 bi trippla ta’ Michael Barberi. Karl Azzopardi wkoll wieġeb bi trippla għal Phoenix iżda Suns żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Igor Marjanovic. Phoenix kellhom il-punti ta’ Andres Toompere bis-Suns itemmu l-perjodu bil-punti ta’ Reno Camilleri għal skor ta’ 15-9. Fit-tieni taqsima Phoenix naqqsu d-distakk però Suns kellhom break qasir ta’ 6-0. Il-punti komplew ġejjin bil-mod u sa’ tmiem is-sessjoni ġew biss erba’ punti oħra minn Phoenix biex fl-intervall Suns kienu 23-17 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Phoenix bdew aħjar bil-punti ta’ Clayton Camenzuli u waslu punt ‘l bogħod 22-23. Suns irkupraw u għaqqdu break qasir ieħor ta’ 6-2 b’punti minn Marjanovic iżda trippla ta’ Costa fit-tmien minuta rat lil Phoenix jippareġjaw 29-29. Phoenix temmew it-taqsima minn fuq wara punti minn Goran Mitrovic 31-32 u kabbruh fil-ftuħ tar-raba’ waħda wara basket minn Jonathan Ransley. Suns kellhom run ta’ 8-0 mibdija bi trippla ta’ Barberi b’Costa jwieġeb għal Phoenix bi trippla oħra u d-distakk niżel għal 2 punti. Hawn Suns reġgħu għamlu seba’ punti oħra mingħajr risposta b’Simon Cauchi jkollu wkoll trippla. Fl-aħħar sbatax –il sekonda, Phoenix waslu sa’ three pointer ‘l bogħod wara l-punti ta’ Costa u Mitrovic iżda żewġ freethrows ta’ Cauchi serrħu ras is-Suns u rebħu l-partita 48-43.

SN Suns: A. Pace, S. Borg, L. Grech 8, H. Agius 2, M. Barberi 8, A. Bianchi 3, R. Mercieca, R. Camilleri 8, S. Cauchi 5, I. Marjanovic 14.

Phoenix The Chef Bistro: L. Azzopardi 3, G. Micallef, R. Marin, K. Azzopardi 7, D. Debattista, R, Curmi, C. Camenzuli 4, C. Briffa 4, G. Mitrovic 8, A. Costa 9, J. Ransley 6,  A. Toompere 6.

Referees: Emanuel Mangani, Svezdan Dobrosaviljevic

Mellieħa Tritones 61

Hibs 65

(11-11)(19-20)(18-18)(13-16)

F’partita mill-isbaħ, Hibs kisbu t-tielet rebħa minn tlett partiti fil-kampjonat meta għelbu lil Mellieħa 65-61 u ħallew lil dawn tal-aħħar b’rebħa u żewġ telfiet. Għal Mellieħa kien nieqes Oliver Sammutu Hibs kienu mingħajr Kyle Vella. It-team ta’ Raħal Ġdid dehru li qabdu ritmu tajjeb u bl-inklużjoni tal-barranin Svens Niedritis u Jordan Flagel Scott żiedu l-potenzjal tagħhom biex jisfidaw għall-unuri li fadal. Wara li Mellieħa bdew b’basket ta’ Karl Cucciardi, Hibs wieġbu b’erba’ punti minn Ryan Carabott. Mellieħa komplew b’run ta’ 9-0 li temmewha bi trippla ta’ Rihards Polis iżda Hibs malajr wieġbu bil-punti ta’ Simon Attard fosthom trippla u ppareġjaw 11-11 sa’ tmiem is-sessjoni. Mellieħa reġgħu marru fuq quddiem 15-11 wara punti ta’ Samuel Aquilina. Fit-tielet minuta Hibs marru għall-ewwel darba minn fuq bi trippla ta’ Attard għalhemm Glenn Gauchi Grech ukoll wieġeb bi trippla għal Mellieħa. Is-sessjoni baqgħet bilanċjata u minkejja li Hibs fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 29-23, Mellieħa ġew lura b’baskets ta’ Michel Farrugia u fl-intervall punt biss fired liż-żewġ timijiet bil-Hibs fuq quddiem 31-30.

It-tielet taqsima kompliet tkun missielta u għalkemm Hibs darbtejn fetħu vantaġġ ta’ sitt punti, Mellieħa ġabu l-iskor indaqs 40-40 fil-ħames minuta. Polis poġġa lil Mellieħa minn fuq iżda Hibs wieġbu bil-punti ta’ Niedritis għal skor ta’ 49-48. Fl-aħħar perjodu reġa’ kien Attard li kabbar il-vantaġġ ta’ Hibs bi trippla oħra u sar-raba’ minuta huma kienu 10 minn fuq 59-49. Mellieħa kellhom ħames punti konsekuttivi iżda l-istess għamlu Hibs u minkejja li lejn it-tmiem Clint Girxti u Joshua Aquilina għamlu żewġ baskets oħra kienu Hibs li ħarġu rebbieħa 65-61.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 10, M. Farrugia 9, J. Muscat, J. Sant, S. Aquilina 9, P. Magro, J. Aquilina 9, R. Polis 13, P. Cauchi, G. Gauchi Grech 7, K. Cucciardi 4.

Hibs: S. Niedritis 15, J. Scott Flagel 3, B. Zammit, L. Farrugia, S. Atttard 17, A, Baldacchino 2, K. Caruana 13, K. Sultana, R. Carabott 11, G. Agius 4, C. Bugeja.

Referees: Steve Gouder, Stephen Micallef.

Lightning Mondays 17

Miscela D’oro Mtarfa 80

(2-8)(2-28)(2-21)(11-23)

Fit-tieni ħarġa tagħhom Lightning Mondays sofrew inqas punti hekk kif Miscela D’oro Mtarfa kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat 70-17 u t-tieni rebħa staġjonali tagħhom. L-ewwel sessjoni ftit li xejn offriet emozzjoni hekk kif saru biss 10 punti. Għal Mtarfa kien hemm tlett baskets ta’ Daniel Farrugia u fil-waqt li fl-aħħar attakk Daniel Caruana għamel l-ewwel punti ta’ Lightning Mondays. It-tieni perjodu ftit kien fih storja hekk kif Mtarfa għamlu l-ewwel 23 punt. Huma kellhom diversi baskets minn Darryl Schembri flimkien ma’ Kurt Xuereb u Samuel Zammit. Fid-disa’ minuta reġa’ kien Caruana li wieġeb għal Lightning Mondays qabel ma Mtarfa għamlu ħames punti oħra u daħlu jistrieħu 36-4 minn fuq.

Fit-tielet taqsima l-partita baqgħet bl-istess andament fejn wara żewġ baskets ta’ Mtarfa minn Farrugia u Jarnis Viibe, Caruana kiseb it-tielet basket ta’ Lightning Mondays. Minn hemm il-quddiem saru biss punti minn Mtarfa fosthom trippla ta’ Xuereb u tlett baskets ta’ Zammit għal skor ta’ 57-6. L-aħħar taqsima kienet aktar bilanċjata speċjalment lejn it-tmiem.  Fl-ewwel ħinijiet kienu Mtarfa li komplew jiddominaw b’run ta’ 13-2 li għalquha bi trippla ta’ Xuereb. Fl-aħħar ħinijiet kien hemm baskets fuq kull naħa hekk kif Matthew u Daniel Caruana għamlu 4 baskets għal Lightning Mondays biex Mtarfa ħarġu rebbieħa 80-17.

Lightning Mondays: T. Womack 2, D. Caruana 12, L. Randazzo, M. Caruana 2, D. Godwani 1, M. Cassar, M. Slim, A. Hatherly.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard, M. Agius, K. Xuereb 11, C. Calleja 6, M. Borg 2, N. Grech 11, D. Farrugia 16, S. Zammit 14, J. Viibe 6, V. Petrovic, D. Schembri 14.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Hibs

3

3

0

6

St. Nicholas Suns

2

2

0

4

Phoenix The Chef Bistro

3

1

2

4

Mellieħa Tritones

3

1

2

4

Miscela D’Oro Mtarfa

3

1

2

4

Lighting Mondays

2

0

2

2





1 Comment

  1. GABRIEL says:

    PROSET HIBS KEEP IT UP !!!

    [Reply]

Leave a comment