Hibs jippareġjaw is-serje finali

Thursday, May 10, 2018, 10:06

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 59

Hibernians 67

(10-16)(12-11)(15-19)(22-21)

Hibernians kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-finali biex b’hekk ippareġjaw is-serje b’rebħa kull team. It-tieni finali kienet ta’ skor baxx komparata mal-ewwel waħda hekk kif iż-żewġ timijiet kellhom persentaġġ baxx fis-shooting tagħhom. Fatt importanti kien l-ammont ta’ offensive rebounds li ħadu Hibs, 17 b’kollox li minnhom għamlu 12 –il punt li finalment irriżultaw deċisivi għal kawża Pawlista. Athleta fallew ukoll 11 –il free-throw u f’dan l-istadju tal-istaġun dawn jistgħu ikunu kruċjali. Athleta kienu fuq quddiem fl-ewwel sekondi biss u minn hemm ‘l quddiem ġrew il-ħin kollhu wara l-avversarji għalkemm fl-aħħar nofs minuta naqqsu d-distkk għal 4 punti. Punt posittivi għall-Athleta kien l-inklużjoni ta’ Matthew Gouder li kellhu mpatt posittiv. Hibs kellhom lil Alvaro Lizaur jikseb l-ewwel punti flimkien ma’ Marco Matijevic u Chad Patus. Ir-risposta tal-Athleta ġiet minn Michael Naudi u Jon Feiler iżda kienu Hibs li temmew is-sessjoni 16-10 minn fuq, punteġġ mhux solitu speċjalment minn naħa tal-Athleta. Fit-tieni perjodu, Feiler fetaħ bi tlett baskets konsekuttivi però Hibs ukoll kellom il-punti ta’ Patus u Lizaur. L-Ispanjol kellhu wkoll trippla biex Hibs daħlu jistrieħu 27-22 minn fuq.

Wara l-intervall, Hibs kellhom it-three pointers ta’ Roderick Vella u Luke Farrugia biex fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 45-30. Athleta kellhom trippla ta’ Ivan Mitrovic flimkien mal-punti ta’ Peter Shoults u Gouder li daħal flok Naudi biex reġgħu naqqsu d-distakk 37-46. Athleta kellhom jibdew l-aħħar taqsima mingħajr Shoults li sofra injury u kien Gouder li kompla jikseb il-punti tant li sar-raba’ minuta waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod 47-52. Hibs kellhom it-trippli minn Farrugia, Patus u Lizaur biex reġgħu kabbru d-distakk. Feiler irrisponda għall-Athleta biex naqqsu d-distakk għal 4 punti 59-63 fl-aħħar 33 sekonda. Huma ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ iżda free-throws ta’ Patus u Matijevic serrħu ras il-Pawlisti li ħarġu rebbieħa 67-59

Gżira Athleta: M. Naudi 7, B. Zammit, P. Shoults 2, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici, O. Said 7, M. Gouder 11, N. Xuereb 2, S. Vincic, I. Mitrovic 7, J. Feiler 23.

Hibernians: R. Vella 10, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 6, S.Attard, I. Bonnett, L. Tardito, A. Axiaq 2, M. Matijevic 9, A. Lizaur 24, F. Mariani 1, C. Patus 15.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic

Statistika…

Statistika

Athleta

Free throws – 10 on 21

Baskets – 23 on 52

Three pointers – 1 on 10

Rebounds – 38

Assists – 10

Turnovers – 9

Steals – 3

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 21

Hibs

Free throws – 17 on 23

Baskets – 13 on 39

Three pointers – 8 on 27

Rebounds – 53

Assists – 10

Turnovers – 12

Steals – 2

Fouls Suffered – 20

Fouls Made – 19

It-tielet partita: Il-Ħadd 13 ta’ Mejju – 16:15





Leave a comment