Hibs jiksbu l-ewwel rebħa fl-ewwel diviżjoni

Monday, November 30, 2015, 18:44

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 72

Floriana Cafè Del Mar 80

(10-15)(18-15)(23-22)(21-28)

Floriana Cafè Del Mar kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat u t-tieni waħda fuq it-team ta’ Gżira Athleta dan l-istaġun. Athleta rkupraw lill-Olanidiż Daan Wiersum però kellhom l-isfortuna li jitilfu lil Roderick Vella b’injury fil-bidu tat-tieni taqsima. Floriana ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Nikola Vasovic flimkien ma’ Anton Axiaq u Chad Patus. Ir-risposta tal-Athleta ġiet minn Michael Naudi u Vella però Floriana komplew iżidu l-vantaġġ bil-baskets minn Patus u Axiaq biex temmew it-taqsima 5 minn fuq 15-10. Athleta tilfu lil Vella fil-ftuħ tat-tieni perjodu madankollhu xorta rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ wara żewġ baskets minn Adrian Micallef u Nikolai Lubrano 19-18. Floriana wieġbu bi trippla minn Lee Ross flimkien ma’ Clayton Calleja u Patus. Athleta kellhom il-punti ta’ Billy Zammit li kellhu wkoll trippla però n-naħa l-oħra kien hemm trippla minn Ross biex Floriana daħlu jistrieħu basket minn fuq 30-28.

Floriana kabbru l-vantaġġ mal-ftuħ tat-tielet sessjoni bit-tielet trippla ta’ Ross. Lubrano u Micallef reġgħu wieġbu għall-Athleta li kellhom trippla oħra minn Zammit u punti konsekuttivi ta’ Wiersum biex reġgħu marru minn fuq 47-45. Ross wieġeb għal darb’oħra flimkien ma’ Patus u Nigel Sultana għal skor ta’ 52-51. Floriana fetħu qawwi fl-aħħar taqsima fejn bil-punti ta’ Ross u Patus għamlu run ta’ 9-2. Athleta kellhom aktar punti ta’ Naudi qabel ma Patus kellhu trippla għal Floriana biex kabbru l-vantaġġ 71-58. Athleta ma ċedewx u kellhom three pointers minn Naudi, Wiersum u Lubrano però Patus kompla jwieġeb għal Floriana biex aċċerthom mir-rebħa fuq skor ta’ 80-72.

Gżira Athleta: M. Naudi 26, R. Vella 2, F. Mifsud Bonnici, D. Wiersum 13, L. Stefanovic, I. Buldakov, B. Zammit 13, A. Micallef 8, N. Lubrano 9, S. Vincic, J. Wait, M. G. Montaldo.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 26, N. Sultana 4, L. Ross 24, S. Borg, A. Portelli 1, N. Vasovic 12, C. Calleja 2, A. Axiaq 9, A. Micallef Trigona 2, N. Andrejevic.

Referees:  Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Hibernians 58

Pavi Depiro 50

(17-12)(11-6)(15-13)(15-19)

Hibernians kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat tagħhom wara li għelbu lil Pavi Depiro 58-50 li kienu eleminawhom minn knock out ftit ġimgħat ilhu. Hibs irkupraw lil Ryan Carabott li tilef l-aħħar partita fil-waqt li Depiro kellhom lura lil Kurt Xuereb però kienu nieqsa Daniel Farrugia u Myron Agius. Depiro fetħu l-partita bi trippla ta’ Andrew Aquilina iżda Hibs wieġbu bi break ta’ 11-0 run bil-punti ta’ Marco Matijevic u trippla minn Stefan Vella. Depiro ġew lura u kellhom run ta’ 7-2 b’punti minn Michael Nwelue u Darryl Schembri però Hibs kienu għadhom fuq quddiem 17-12 fi tmiem it-taqsima. Fit-tieni perjodu Hibs żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 10 punti 22-12 wara ħames punti fl-ewwel minuta minn Fabrizio Mariani, Luke Farrugia u Simon Attard. Għal darb’oħra, Depiro resqu viċin iżda wettqu diversi żbalji fis-shooting biex Hibs żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 10 punti 28-18.

Wara l-intervall, Depiro kellhom reazzjoni tagħhom prinċipalment bit-three pointers ta’ Aquilina flimkien ma’ Malcolm Mallia. Hibs però ikkonkludew is-sessjoni b’run ta’ 10-2 run fejn kellhom il-punti ta’ Mariani biex żammew vantaġġ ta’ 12 –il punt 43-31. Fl-aħħar perjodu, Depiro kellhom finalment il-punti ta’ Nwelue biex daħlu aktar fil-logħba. Hibs però kellhom Matijevic f’forma tajba speċjalment taħt il-basket hekk kif hu wieġeb għalihom. Hibs għalqu l-logħba tagħhom bi free-throws fl-aħħar minuta minn Vella u Attard biex rebħu l-logħba 58-50.

Hibs: P. Attard, M. Houmpton, G. Agius, L. Farrugia 9, S. Attard 11, I. Bonett, K. Caruana, R. Carabott 1, K. Sultana, S. Vella 4, F. Mariani 12, M. Matijevic 21.

Pavi Depiro: J. Attard, D. Schembri 11, A. Aquilina 11, N. Grech 4, T. Zammit,  M. Mallia 7, V. Vlachos, K. Xuereb 2, M. Borg, M. Nwelue 12.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Teemu Helenius.

Bupa Luxol 76

Falken Cynergi Virtus 78

(19-31)(14-10)(19-24)(24-13)

Ic-champions Falken Cynergi Virtus kienu għadhom 10 punti minn fuq fit-tmien minuta tal-aħħar sessjoni madankollu huma raw lil Bupa Luxol jersqu sa’ basket ‘l bogħod u l-partita kellha tmiem inċert. Luxol kellhom lil Jean Paul Bonnici nieqes fil-waqt li Virtus rkupraw lil David Bugeja u Peter Shoults. Virtus fetħu qawwi meta kellhom run ta’ 16-5 fl-ewwel minuti. Hawn spikka għalijhom iż-żagħżugħ Thomas Grech li kellhu diversi punti flimkien ma’ Robert Bonnici u l-Amerikan Chris Santo. Luxol wieġbu b’żewġ baskets tal-Amerikan Colt Fason u Tom Paris. Virtus komplew b’run oħra ta’ 8-2 minn Shawn Pace u Shoults. Bonnici wkoll kellhu trippla biex Virtus għalqu l-perjodu fuq quddiem 31-19. Luxol fetħu t-tieni sessjoni bi break qasir ta’ 8-3 run b’punti minn Fason u Paris. Jacob Formosa kellhu trippla għal Virtus u għalkemm Fason kiseb aktar punti għall-vjola, fl-intervall Virtus kellhom vantaġġ ta’ 12 –il punt 41-33.

Fit-tielet sessjoni, ic-champions kellhom aktar three pointers minn Bugeja u Bonnici iżda Luxol hawn bdew inaqqsu d-distakk speċjalment bil-punti ta’ Marco Mercieca u Fason. Virtus irrispondew bil-punti ta’ Santo u three pointer ieħor ta’ Pace biex huma rnexxielhom iżidu l-vantaġġ b’punt 65-52. Luxol, immexxija minn Fason kellhom run ta’ 12-4 fl-ewwel sitt minuti hekk kif naqqsu d-distakk għal 5 punti 64-69. Santo u Grech finalment wieġbu għal Virtus iżda Luxol kellhom aktar punti minn JP Schembri u Mercieca. Fl-aħħar ħinijiet, Luxol kellhom aktar three pointers minn CJ Cordina u Schembri imma bejniethom Pace kellhu basket għal Virtus li spiċċa biex kien deċisiv hekk kif Virtus rebħu l-partita 78-76.

Bupa Luxol: CJ Cordina 7, C. Fason 32, J. Willoughby 2, S. Visser, J.P. Schembri 12, K. Dimech, T. Paris 11, M. Mercieca 12, J. Maistre.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 14, D. Bugeja 5, R. Bonnici 12, D. Camilleri 2, S. Bonnici, J. Formosa 10, A. Felice Pace, C. Santo 12, A, Schembri, F. Bartolo, P. Shoults 7, T. Grech 16.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment