- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibs jieħdu r-raba’ post u jiltaqgħu kontra Athleta u Luxol kontra Depiro

Posted By sportinmalta1 On March 12, 2014 @ 10:47 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 78

Starlites Naxxar BC 44

(14-13)(19-7)(18-13)(17-11)

Il-ħolma ta’ Starlites li jagħddu għall-play-offs intemmet fi tmiem din il-partita fejn huma sabu oppożizzjoni iebsa ferm minn naħa ta’ Caffè Moak Luxol li ħarġu rebbieħa 78-44 u kien biss fl-ewwel sessjoni li Starlites żammew il-pass mal-avversarji. Luxol li kienu mingħajr Steffi De Martino, bdew tajjeb u marru 7-2 minn fuq wara trippla ta’ Kerstin Baldacchino. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Maria Desira u Renea Phelps però Becky Naudi kella trippla għal Luxol. Starlites reġgħu rrispondew b’basket ta’ Lindsey Pirotta u trippla ta’ Phelps biex Luxol temmew l-ewwel taqsima punt minn fuq 14-13. Fit-tieni perjodu, Luxol bdew jibnu vantaġġ aktar komdu fejn kellhom aktar punti minn Baldacchino u Naudi bi trippla. Starlites għal darbtejn wieġbu permezz ta’ Pirotta u Samantha Tabone biex baqgħu viċin fl-ewwel minuti. Hawn iżda Luxol kellhom run ta’ 12-2 b’żewġ baskets ta’ Patricia Bright u żewġ three pointers minn Greta Costa biex daħlu jistrieħu 33-20 minn fuq.

Wara l-intervall Luxol kellhom punti kontinwi mill-Amerikana Bright bi Starlites ma jkunun konsistenti fir-risposti tagħhom. Luxol kabbru d-distakk bil-punti ta’ Costa, Mandi Mercieca u żewġ baskets ta’ Bright. Starlites kellhom trippla minn Justine Busuttil Gaerty però Luxol kienu għadhom 51-33 minn fuq fi tmiem il-perjodu. Fl-aħħar taqsima Luxol bdew b’run ta’ 10-3 bi trippla ta’ Costa. Huma komplew jiddominaw il-partita u għamlu run oħra ta’ 13-2 li għalquha bi trippla ta’ Ina Medina. Il-punti ta’ Starlites ġew kollha minn Desira qabel ma Luxol għalqu l-partita bil-punti taż-żagħżagħ Christina Curmi u trippla ta’ Monique Caruana biex rebħu 78-44.

Caffè Moak Luxol: M. Caruana 3, M. Mercieca 8, I. Medina 3, B. Naudi 12, P. Ellul 4, G. Costa 11, K. Portelli, K. Baldacchino 11, P. Bright 23, M. Darmanin 2, C. Curmi 1.

Starlites Naxxar BC: A. Mifsud, J. Busuttil Gaerty 3, A. Grixti, S. Tabone 6, P. Montanaro, M. Desira 14, R. Phelps 11, L. Pirotta 6, N. Attard, S. Galea, S. Davies, M. Cutajar 4.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Phoenix Petrus Pizza Loyola 40

Pavi Depiro 78

(8-17)(5-22)(7-21)(20-18)

Kif mistenni Pavi Depiro rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Loyola 78-40 biex temmew l-istaġun regolari fit-tielet post u issa jiltaqgħu kontra Luxol fis-semi finali tal-play-offs. Għal darb’oħra Depiro kienu mingħajr Samantha Brincat u kienet nieqsa wkoll Martina Mifsud. Depiro minkejja li rebħu xorta kellhom ammont ta’ turnovers u żbaljaw okkażjonijiet faċli li kontra timijiet oħra ma jaffordjawx li jagħmlu u dan deher f’wiċċ il-coach Gabriele Alessi tul il-partita. Depiro issa jilgħabu fil-finali tat-tazza Louis Borg kontra l-istess Luxol qabel ma jibdew il-play-offs. Intant Phoenix bdew bl-ewwel tlett baskets tal-partita minn Martha Gatt. Depiro ħadu ħames minuti biex bdew jagħmlu l-punti però ġaladarba bdew huma għamlu 17 –il punt mingħajr risposta fejn fost l-oħrajn kien hemm trippla ta’ Beverlee Zammit u baskets minn Svetlana Micallef, Antoinette Borg u Maria Bonett. Fit-tieni taqsima Depiro żiedu l-vantaġġ wara trippla ta’ Nicole Agius u baskets tal-Amerikana Nola Taylor fi break ieħor qawwi ta’ 22-2 biex daħlu jistrieħu 39-13 minn fuq.

Il-partita kompliet bl-istess andament anke fit-tielet taqsima  u wara li Depiro għamlu  disa’ punti minn Zammit u Bonett, Phoenix kellhom basket minn Gatt. Il-partita kompliet bi trippla fuq kull naħa minn Zammit għal Depiro u Melania Bajada għal Phoenix biex Depiro temmew is-sessjoni 40 punt minn fuq 60-20. L-aħħar taqsima kienet l-aktar waħda bilanċjata u ż-żewġ timjiet bdew jirrispondu lil xulxin b’ Phoenix ikollhom diversi punti minn Jovana Stancic fosthom trippla. Depiro rrispondew b’diversi żagħażagħ fuq il-court biex ikkontrollaw il-partita sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 78-40.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: M. Abela, L. Pace 4, Y. Agius 1, M. Gatt 8, M. R. Agius, N. Said 2, N. Said,  G. Muscat, C. Scicluna, J. Stancic 18, J. Millo, M. Bajada 5.

Pavi Depiro: N. Agius 8, G. Mifsud 6, D. Sammut, M. Bonett 10, A. Borg 16, N. Taylor 18, N. Donoghue 2, S. Micallef 8, B. Zammit 10.

Referees: Clive Terribile, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Honey Athleta 53

Hibs 41

(11-9)(20-11)(14-5)(8-16)

Din il-partita għalqet l-ewwel fażi tal-kampjonat u Honey Athleta aċċertaw ruħhom mill-ewwel post tal-klassifika fejn issa jiltaqgħu kontra l-istess Hibs fis-semifinali. L-ewwel sessjoni kienet bilanċjata u kellna liż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin bil-Hibs jiftħu bi trippla ta’ Emma Micallef u sas-sitt minuta kienu għadhom 9-6 minn fuq. Però fl-aħħar tlett minuti kienu biss Athleta li għamlu l-punti permezz ta’ Ijeoma Ofomata biex temmew il-perjodu fuq quddiem 11-9. Hibs reġgħu bdew iżommu l-pass mal-avversarji sa’ nofs it-tieni sessjoni b’mod partikolari bil-punti tal-Amerikana Crystal Woodley. Iżda bħal ma ġara fit-taqsima ta’ qabel, wara nofs is-sessjoni Hibs waqfu u Athleta kellhom run ta’ 11-0 b’Ofomata u Sammy Jo Barbara jagħmlu żewġ baskets għal skor ta’ 31-20.

Fit-tielet perjodu, Hibs kellhom il-punti minn Woodley u Elena Cassar bl-Athleta jwieġbu b’baskets ta’ Emma Moore u Leanne Sciberras però l-vantaġġ tal-leaders kiber għal 20 punt 45-25. Fl-aħħar sessjoni il-coach tal-Athleta Ruth Spiteri tat ħin lil players ta’ fuq il-bank. Hibs irnexxielhom jagħmlu run ta’ 9-2 biex naqqsu d-distakk. Huma komplew bi trippla oħra ta’ Woodley u għalqu l-partita b’basket ta’ Elena Cassar u Athleta rebħu l-partita 53-41.

Honey Athleta:E. Moore 8, M.C. Cilia, J. Xuereb, L. Cassar, L. Sciberras 5, D. Said Hollier, I. Ofamata 20, E. Vella, A. Demanuele, F. Farrugia 4, S.J. Barbara 8, C. Mifsud 2.

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 6, J. Doughty, R. Scerri, N. Farrugia, J. Scerri 3, L. Micallef, F. Mifsud, N. Mifsud, C. Woodley 27, J. Borg Cardona 6.

Referees: Clive Terribile, Teemu Helenius

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Honey Athleta

10

9

1

19

545

391

Caffe Moak Luxol

10

8

2

18

737

455

Pavi Depiro

10

6

4

16

555

420

Hibs

10

4

6

14

542

557

Starlites Sports Experience

10

3

7

13

521

534

Phoenix Petrus Pizza Loyola

10

0

10

10

282

825

Programm tal-play-offs:

26-03-2014 – 18:30 – Honey Athleta vs Hibs

26-03-2014 – 20:15 – Caffè Moak Luxol vs Pavi Depiro

31-03-2014 – 11:15 – Hibs vs Honey Athleta

31-03-2014 – 14:45 – Pavi Depiro vs Caffè Moak Luxol

02-04-2014 – 18:15 – Honey Athleta vs Hibs

02-04-2014 – 20:15 – Caffè Moak Luxol vs Pavi Depiro


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibs-jiehdu-r-raba-post-u-jiltaqghu-kontra-athleta-u-luxol-kontra-depiro/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.