Hibs jieħdu l-quċċata tal-klassifika b’rebħa fil-konfront dirett

Tuesday, January 29, 2019, 19:49

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Starlites Gig 37

Hibernians 63

(6-10)(6-14)(14-23)(11-16)

Ic-champions Hibernians ħadu l-ewwel post tal-klassifika li dan l-istaġun ifisser post awtomatiku fil-finali tal-play-offs wara li għelbu lil Starlites GIG 63-37. Bla dubju l-injury tal-Ispanjola Patricia Arguello wara ftit iktar minn żewġ minuti kellha mpatt fuq ir-riżultat. Dawn iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu il-Ħadd li ġej hekk kif il-partita tal-bieraħ kienet waħda rkuprata minn ġimgħat ilhu. Hibs laqgħu lura lil captain Elena Cassar u Britney Agius żammet postha din id-darba minflok Kaya Calleja. Il-partita kellha bidu kwiet fejn Hibs kellhom run ta’ 8-0 b’żewġ three pointers minn Samantha Brincat u Amelia Simmons. Starlites irrispondew permezz ta’ Kirsty Galea u Mikela Riolo bis-sessjoni tagħlaq fuq skor baxx ta’ 10-6 favur Hibs. Fit-tieni perjodu, Josephine Grima fetħet bi trippla għal Starlites però hawn Hibs kellhom run ta’ 12-2 bil-punti konsekuttivi ta’ Hannah Al Tumi  u trippla ta’ Brincat biex sal-intervall fetħu vantaġġ doppju 24-12.

Fit-tielet taqsima, Starlites komplew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti hekk kif ic-champions komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom. Brincat kompliet b’żewġ three pointers oħra u kisbu l-punti wkoll Simmons u Sophie Abela. Għal Starlites Riolo kellha żewġ baskets oħra flimkien mal-punti ta’ Michela Zammit Cordina u Maria Bonnett għal skor ta’ 47-26. Fl-aħħar taqsima Starlites kellhom tlett baskets konsekuttivi minn Grima u Adriana Lupo qabel ma Hibs wieġbu permezz ta’ Abela u trippla ta’ Cassar. Wara l-aħħar punti ta’ Starlites minn Lupo u Galea, l-partita għalqet b’basket ta’ Agius u trippla ta’ Abela għal Hibs biex huma ħarġu rebbieħa 63-37.

Starlites: M. Zammit Cordina 2, K. Galea 7, M. Riolo 6, S. Farrugia 2, M. Bonett 2, F. Fabok 2, C. Curmi 1, J. Grima 8, P. Arguello, M. Cutajar 2, S. Davies, A. Lupo 5.

 

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 3, B. Agius 2, S. Brincat 21, I. Agius, J. Abela, S. Abela 11, A. Simmons 13, N. Farrugia, H. Al Tumi 9, K. Caruana 2, L. Duncan 2.

Referees:  Tuomas Mantere, Malek Hraisha, Vladimir Nikolic

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites Gig

8

6

2

14

474

444

Hibernians

8

7

1

15

528

428

Caffè Moak Luxol

7

2

5

9

420

470

Depiro

7

0

7

7

391

471

 





Leave a comment