Hibs jieħdu l-ewwel vantaġġ għar-rebħ tal-kampjonat

Saturday, March 21, 2015, 20:26

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Hibs 64

Mellieħa Mr. Green 58

(23-21)(12-12)(11-11)(18-14)

Hibs kisbu l-ewwel rebħa fis-serje finali għar-rebħ tal-kampjonat meta wara partita kumbattuta għelbu lil Mellieħa Mr. Green 68-61. Mellieħa kellhom żewġ players importanti nieqsa Clint Grixti u Joshua Aquilina u f’ħin kruċjali tal-partita kkomettew sensiela ta’ turnovers li swewhom il-partita. Fil-ftuħ tal-partita kien hemm it-three pointers fuq kull naħa minn Kieron Caruana u Rihards Polis. Mellieħa komplew bi trippla oħra ta’ Polis u l-punti ta’ Sam Aquilina u Michel Farrugia. Għal Hibs wieġbu Fabrizio Mariani, Simon Attard u Michael Giusti biex marru minn fuq 15-14 però trippla ta’ Farrugia għal darb’oħra rat lil Mellieħa jieħdu l-vantaġġ. Emanuel Lupo kellhu erba’ punti għal Mellieħa però Hibs irrispondew bi trippla ta’ Attard u punti ta’ Giusti biex temmew l-ewwel sessjoni minn fuq 23-21. Fil-ftuħ ta-tieni sessjoni iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Hibs żammew il-vantaġġ. Jan Stupka u Robert Loporto ġabu l-iskor indaqs 28-28 però Mariani reġa’ poġġa lil Hibs minn fuq u huma żammew vantaġġ ta’ basket fl-intervall 35-33.

Fit-tielet taqsima Mellieħa fetħu bi three pointer minn Polis qabel ma Hibs kellhom il-punti ta’ Mariani u Giusti. Mellieħa marru minn fuq b’ħames punti konsekuttivi. Il-partita kompliet tkun missielta hekk kif Hibs reġgħu ħadu l-vantaġġ bi trippla ta’ Caruana u fast break konkluż minn Churchill Barrows għal skor ta’ 46-44. Fl-aħħar taqsima ż-żewġ timijiet baqgħu viċin ta’ xulxin għalkemm Hibs irnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ seba’ punti 53-46 wara trippla ta’ Luke Farrugia. Ir-risposta ta’ Mellieħa kienet immedjata b’żewġ three pointers minn Farrugia biex reġgħu naqqsu d- distakk għal punt 54-55. Hibs kellhom run deċisiva ta’ 9-2 meta Stefan Vella kellhu żewġ steals importanti u huma reġgħu fetħu vantaġġ ta’ sitt punti li din id-darba żammew sat-tmiem biex rebħu l-partita 64-58.

Hibs: M. Giusti 13, M. Humpton, A. Baldacchino, L. Farrugia 7, S. Attard 10, G. Agius 1, K. Caruana 14, R. Cortis, K. Sultana, S. Vella 4, F. Mariani 10, C. Barrows 5.

Mellieħa Mr. Green: M. Farrugia 16, J. Muscat, S. Aquilina 2, R. Polis 17, R. Loporto 12, J. Stupka 1, E. Lupo 5, I. Terribile 3, B. Soler 2, P. Magro.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment