Hibs jibqgħu mexjin

Tuesday, January 13, 2015, 20:32

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Hibs 59

Mellieħa Mr. Green 47

(14-12)(11-12)(16-12)(18-11)

Hibs komplew bis-serje posittiva tagħhom meta għelbu lil Mellieħa Mr. Green 59-47. David Camilleri reġa’ rritorna mat-team ta’ Floriana però rritorna Ivan Mitrovic u Mellieħa rkupraw lil Clint Grixti. Hibs bdew il-partita mingħajr Fabrizio Mariani però fl-ewwel ħinijiet kellhom it-trippli ta’ Mike Giusti u l-baskets ta’ Gabriel Agius. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Grixti però Hibs temmew il-perjodu 14-12 minn fuq. Fit-tieni taqsima Mellieħa marru minn fuq wara l-punti ta’ Samuel Aquilina però Hibs kellhom it-trippli ta’ Stefan Vella u Kieron Caruana biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 25-24.

Wara l-intervall, Mellieħa reġgħu marru fuq quddiem wara punti ta’ Rihards Polis fosthom trippla. Però, Hibs issa kellhom lil Mariani lura u bi trippli tiegħu kellhom break ta’ 12-2. Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Bernard Soler u Robert Loporto bil-Hibs jagħlqu t-taqsima b’baskets ta’ Giusti għal skor ta’ 41-36. Hibs kellhom bidu tajjeb fl-aħħar taqsima bl-ewwel erba’ baskets għal skor ta’ 49-36. Mellieħa għamlu l-aħħar sforz meta għaqqdu break ta’ 9-1 biex naqqsu d-distakk għal 5 punti 45-50. Hibs irrispondew bil-punti ta’ Mariani u Vella flimkien ma’ Simon Attard u Luke Farrugia biex rebħu l-partita 59-47.

Hibs: M. Giusti 12, M. Humpton, A. Baldacchino 3, L. Farrugia 6, S. Attard 2, G. Agius 7, K. Caruana 9, I. Mitrovic, K. Sultana, D. Ross, F. Mariani 11, S. Vella 9.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 12, M. Farrugia 3, J. Muscat 2, S. Aquilina 11, R. Polis 11, R. Loporto 2, J. Aquilina 4, B. Soler 2.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

Phoenix Frank Salt 46

Athleta 59
(15-16)(6-12)(15-11)(10-20)

Athleta kisbu riżultat posittiv ieħor meta kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat meta għelbu lil Phoenix Frank Salt 59-46. Huma kienu mingħajr Julian Naudi u Martin Krastev u għal Phoenix Luca Bugelli ħa post Matthew Fenech. Kienu Phoenix li kellhom l-aħjar bidu meta kellhom il-punti ta’ Andres Toompere u Jonathan Ransley marru 8-2 minn fuq. Ir-risposta tal-Athleta ġiet bi trippla ta’ Francesco Mifsud Bonnici u l-punti ta’ Matthew Gouder u marru 11-8 minn fuq. Phoenix kellhom aktar punti minn Toompere però Mifsud Bonnici wkoll wieġeb għall-Athleta li temmew l-ewwel sessjoni punt minn fuq 16-15. Athleta żiedu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu meta kisbu l-ewwel żewġ baskets. Għal Phoenix, kompla jkun Toompere li baqa’ jikseb il-punti perì qabel l-intervall Gouder u Mifsud Bonnici kellhom tlett baskets biex Athleta daħlu jistrieħu sebgħa minn fuq 28-21.

It-tielet sessjoni kienet l-aktar bilanċjata speċjalment fl-ewwel ħinijiet fejn iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin. Antoine Costa kellhu trippla biex naqqas id-distakk għal basket 32-34. Sa’ tmiem it-taqsima d-distakk baqa baxx hekk kif l-Athleta marru 3 minn fuq wara basket ta’ Daniel Buhagiar 39-36. Fl-aħħar sessjoni mbagħad, Athleta fetħu qawwi bi break ta’ 8-0 u wara basket ta’ Christian Briffa għal Phoenix però l-Athleta kkontrollaw tajjeb fl-aħħar minuti biex rebħu l-partita 59-46.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 8, G. Micallef, D. Pisani, R. Curmi, D. Debattista, L. Bugelli, M. Bonnici, D. Cuenca, C. Briffa 4, A. Costa 8, J. Ransley 6, A. Toompere 20.

Athleta: W. Hopper 4, F. Mifsud Bonnici 22, D. Buhagiar 6,D. Garcia 3, H.Soufian, R. Bezzina,  M. Gouder 22, L. Stefanovic, M. Vincic, S. Gouder, M. Gauchi Montaldo 2.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Starlites 45

St. Nicholas Suns 69
(9-21)(15-14)(8-20)(13-14)

Ic-champions St. Nicholas Suns irritornaw għar-rebħ fil-kampjonat meta għelbu lil Starlites 69-45. Huma kienu mingħajr Stefano Borg u Keith Scicluna fil-waqt li Starlites kienu mingħajr David Garcia. Il-partita bdiet bis-Suns jieħdu vantaġġ bil-punti ta’ Robert Mercieca li rritorna wara diversi partiti. Għal Starlites kien hemm ir-risposta mimm Miguel Falzon u Alec Felice Pace. Suns żiedu d-distakk bil-punti ta’ Michael Barberi u Alex Bianchi flimkien ma’ Mercieca biex temmew is-sessjoni 21-9 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet b’żewġ baskets fuq kull naħa qabel ma Starlites kellhom break qasir ta’ 7-0 bi trippla ta’ Jean Paul Borg biex naqqsu d-distakk għal seba’ punti 20-27. Suns temmew il-perjodu b’żewġ baskets oħra ta’ Mercieca minn fast breaks biex daħlu jistrieħu 35-24 minn fuq.

Fit-tielet perjodu kien hemm bidu tajjeb minn Suns li kellhom ukoll il-punti ta’ Hubert Agius flimkien ma’ Barberi u Mercieca. Huma għamlu run ta’ 13-3 biex saħħew il-vantaġġ. Starlites sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti tant li Suns fetħu vantaġġ ta’ 23 punt 55-32. L-aħħar taqsima kienet bilanċjata bir-riżultat diġa ċert għas-Suns li kellhom trippla minn Adrian Pace. Clive Schembri wkoll kellhu żewġ three pointers għal Starlites però Suns rebħu l-partita 69-45.

 

Starlites: A. Schembri 4, T. Gatt 4, D. Massa 3, C. Doublet, C. Schembri 9, M. Falzon 7, A. Felice Pace 4, J. Agius 2, J.P. Borg 6, L. Vella, T. Grech.

St. Nicholas Suns: A. Pace 3, R. Camilleri 5, L. Grech 9, H. Agius 10, M. Barberi 8, A. Bianchi 6, R. Mercieca 24, R. Camilleri 2, S. Cauchi 2.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Cesar Baena.





Leave a comment