Hibs jibqgħu bla telfa u Mellieħa jeleminaw lil holders

Tuesday, November 18, 2014, 17:11

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Hibs 97

Starlites 53
(17-9)(24-17)(26-22)(30-5)

Hibs żammew il-mument posittiva tagħhom fil-bidu ta’ dan l-istaġun fejn baqgħu l-uniku team bla telfa fit-tieni diviżjoni. Ivan Mitrovic kien nieqes għal Hibs fil-waqt li Starlites kienumingħajr Alex Cutajar. Il-partita kellha bidu bilanċjat u wara li Hibs fetħu bi trippla ta’ David Camilleri, Starlites wieġbu permezz ta’ baskets minn Thomas Grech. Miguel Falzon poġġa lil Starlites punt minn fuq 9-8 iżda hanw Hibs kellhom run ta’ 10-1 b’żewġ trippli minn Camilleri u Carlos Taexido u temmew it-taqsima 17-9 minn fuq. Hibs fetħu vantaġġ doppju fit-tieni sessjoni 22-11. Starlites reġgħu wettqu reazzjoni wara punti minn Anthony Schembri u trippla ta’ David Garcia u d-distakk niżel għal sitt punti 26-20. Hibs irrispondew bil-punti ta’ Fabrizio Mariani u t-trippli ta’ Camilleri u Simon Attardu daħlu jistrieħu 41-26 minn fuq.

Wara l-intervall il-partita baqgħat bilanċjata fejn Hibs kabbru l-vantaġġ għal 20 punt 50-30. Starlites kellhom trippla oħra ta’ Garcia u l-punti ta’ Falzon u Chris Doublet qabel ma Taexido għamel trippla oħra għal Hibs. Fl-aħħar ħinijiet kien hemm break ieħor ta’ 10-4 minn Hibs u t-taqsima għalqet fuq skor ta’ 67-48. Hibs ħarġu qawwi fir-raba’ taqsima u bdew bi break ta’ 17-0 b’diversi punti ta’ Taexido flimkien ma’ Kieron Caruana u Kurt Sultana. Starlites waqqfulhom din ir-run bi trippla ta’ Schembri però Hibs ukoll kellhom it-trippli tagħhom, 2 minn Taexido u oħra ta’ Sultana biex rebħu l-partita 97-53.

Hibs: M. Giusti 2, C. Taexido 28, D. Camilleri 24, L. Farrugia 4, S. Attard 7, G. Agius 2, K. Caruana 6, C. Bugeja 1, K. Sultana 9, D. Ross 4, F. Mariani 10, S. Vella.

Starlites: A. Schembri 3, T. Grech 6, D. Massa, C. Doublet 4, C. Schembri 2, M. Falzon 9, A. Felice Pace 3, J. Agius 2, Y. Cremona 2, D. Garcia 16, L. Vella.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.

Phoenix Frank Salt 56

Mellieħa Mr. Green 68
(9-17)(0-18)(17-15)(30-18)

Ġimgħa wara li eleminawhom fis-semifinali tas-shield, Mellieħa Mr. Green għelbu lil Phoenix Frank Salt 68-56 fil-kwarti finali tal-BOV Knock out biex eleminawhom ukoll minn din it-tazza li Phoenix rebħu l-istaġun li għadda. Għal Phoenix iddebutta t-Taljan Francesco Antisari i Mellieħa kellhom nieqsa lil John Muscat u Robert Loporto. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat bil-Phoenix ikollhom il-punti ta’ Jonathan Ransley u l-Ispanjol Daniel Grimaldos u Mellieħa wieġbu permezz ta’ Emanuel Lupo u Clint Grixti. Wara parita ta’ 8-8, Mellieħa għamlu run ta’ 11-1 b’baskets ta’ Lupo u Rihards Polis fost l-oħrajn biex temmew it-taqsima 17-9 minn fuq. Fit-tieni sessjoni. Phoenix ma rnexxielhomx jagħmlu punti hekk kif wettqu diversi turnovers u kellhom shooting negattiv. Mellieħa kellhom 18 –il punt fosthom ta’ Joshua Aquilina, Bernard Soler, Polis u Lupo u fl-intervall kienu 35-9 minn fuq.

Il-partita dehret se tkompli bl-istess andament anke fit-tielet sessjoni hekk kif Mellieħa bdew b’basket ieħor ta’ Lupo u trippla ta’ Michel Farrugia. Hawn però Phoenix ġew f’tagħhom u għamlu run ta’ 12-0 b’punti minn Ransley u Christian Briffa u naqqsu d-distakk għal 17 –il punt 23-40. Mellieħa rkupraw u kellhom żewġ trippli minn Polis u Farrugia biex bdew ir-raba’ taqsima b’vantaġġ komdu ta’ 24 punt 50-26. Hawn spikka n-numru sabiħ ta’ three pointers fuq iż-żewġ naħat b’Antoine Costa finalment isib il-mira u jikseb tlett trippli għal Phoenix però Mellieħa wkoll kellhom risposta bi three pointers ta’ Oliver Sammut. Il-punti komplew ġejjin biex l-iskor taż-żewġ timijiet tjieb però Mellieħa kienu b’vantaġġ komdu u qatt ma kienu fil-periklu li jitilfuh biex ħarġu rebbieħa 68-56.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 7, G. Micallef, D. Pisani, R. Curmi, D. Debattista 6, F. Antisari, M. Bonnici, D. G. Grimaldos 14, C. Briffa 7, A. Costa 9, J. Ransley 10, A. Toompere 5.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 4, M. Farrugia 10, S. Aquilina 11, R. Polis 13, O. Sammut 8, J. Aquilina 2, E. Lupo 13, P. Cauchi, B. Soler 4, P. Magro 3.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.





Leave a comment